Provenz: Stramberiji, Sess U Pjaciri Ohra

Walter Pater kien iddefinixxa r-Romanticizmu bhala "strangeness added to beauty". Fil-ktieb "The Western Canon" Harold Bloom jghid li dal-kliem, tabilhaqq, ghandu jghodd ghal kull letteratura; anzi jsostni li l-kriterju ewlieni li jsawwar xoghol validu hu l-istramberija. Xoghol stramb hu xoghol devjanti, eccentriku, stravaganti, kapriccuz. Xoghol stramb jitbieghed minn dak li hu familjari; jitbieghed mill-formula u mill-platitudni. F'dal-kuntest ma nistghux ninjoraw il-kuncett seminali ta' stranjament, mghammed minn Shklovsky u mhaddan bhal kredu mill-formalisti Russi u d-dixxipli taghhom. Meta taqra n-novelli ta' Zahra bilfors li ha tiltaqa' ma' xi haga stramba; xi haga li tahsad; xi haga li tbieghdek mill-aspettazzjonijiet tas-soltu. Ir-realta’ li titfacca f'xoghlu hi dejjen realta’ mbaghbsa, xi drabi b'elementi fantastici u meraviljuzi, xi drabi bil-memorja li issa ccajpret, xi drabi bl-ingastar mistifikanti tal-prezent mal-passat jew tal-veru mal-misthajjel. Fi ftit kliem Zahra ma jhallix l-affarijiet kif inhuma sewwasew ghax l-affarijiet ma jarahomx u ma jifhimhomx kif jarahom u jifhimhom haddiehor. Wara kollox l-iskop tal-letteratura fittizzja hi li tissodisfa n-necessitac li nistaghgbu u noholmu. Ikun xieraq ghalhekk li nelenkaw xi strategiji li huwa juza biex huwa jikseb din l-awra ta' stramberija. Qabelxejn nitkellmu fuq devjazzjonijiet stlistici:

(a) narrattiva transittiva vs narrattiva intransittiva

B'narrattiva transittiva nifhmu rakkont li jimxi b'mod lineari hekk li episodju jsegwi 'l iehor b'mod logiku u naturali. Zahra, minflok ihobb juza n-narrattiva intransittiva billi jabbanduna l-linearitac u jirrakkonta n-novelli tieghu b'hafna alternanzi, qtugh, u digressjonijiet. L-istruttura, hafna drabi, hi episodika, b'hafna truf imberflin f'xulxin. Xahxieh Vjola tabbanduna kull xorta ta' kronologija; taqbez minn aneddotu ghal iehor minghajr ma tikkunsidra x'ghandu jigi l-ewwel u x'ghandu jigi wara Hu l-qarrej li jrid jirriloka l-partijiet biex forsi johloq il-kwadru komplet, u anke hawn sa jibqa' ffaccjat b'hafna "hofor" li ma jistghux jimtlew. In-novelli Post Battal u Taht Fanal Mitfi huma mimlijin flashbacks li minn hin ghal iehor irazznu n-nixxiegha tal-grajja. San Valentinu taqbad nofs tuzzana stejjer u toqghod tirmixkahom bhal mazz karti; l-effett huwa deliberament aljenanti.

(b) identifikazzjoni vs averzjoni

Hafna kittieba jippreferu joholqu protagonisti li maghhom il-qarrej jista' jempatizza jew jibni rabta emozzjonali maghhom. Zahra jhobb jissogra u xi drabi johloq karattri centrali li maghhom ma tafx fejn int; jew ghax ihaddnu personalitac frammentarja u bizarra jew ghax addirittura il-karattru taghhom jaljenak. Fi Hgieg, il-protagonista hi Amanda; tifla terribbli bi predilizzjonijiet morbuzi. Nafu li ommha mejta u li missierha abbandunaha, imma xejn ma jista' jifdiha; imgibitha tibqa' timbuttak. L-istess f'Taht Fanal Mitfi ; il-protagonist hu ragel vjolenti u ripellanti li zgur ma jiggenerax simpatija.

(c) gheluq vs ftuh

In-narrattiva klassika ghandha habta tigbor it-trufijiet kollha u tmexxi 'l-qarrej lejn xi sura ta' konkluzjoni; Zahra mhux dejjem jaghtina dan is-sodisfazzjon. Xi whud mit-trufijiet jibqghu mdendlin fl-arja; xi dettalji jibqghu bla spjegazzjoni; xi mistoqsijiet jibqghu bla twegiba. Id-destin ta' xi karattri jibqa' mistur, indeterminat. Ir-Rih li Jokrob Wahdu hi novella li tfakkrek hafna fil-parabboli sovversivi ta' Borges. Ghandna storja mera ta' storja ohra u billi wahda tibqa' bla mitmuma l-ohra, b'mod analogiku, tibqa' miftuha berah. Anke l-istejjer ta' San Valentinu jibqghu sospizi; jieqfu, mhux jintemmu. Dawn il-tliet binarji opposti nistghu nigbruhom b'binarju wiehed: sodisfazzjon vs aljenazzjoni. Il-qarrej konvenzjonali jixtieq narrattiva transittiva, jixtieq jidentifika mal-karattri fl-istorja, u jixtieq xi forma ta' gheluq. Fid-dinja ta' Zahra, mela, il-qarrej mhuwiex sa jkun daqstant komdu appuntu ghax sa jsib narrattiva skuncertanti li ccahhad xewqatu. Stilema ohra ta' Zahra (li xi kritici jistghu jsibuha aljenanti f'sens Brechtjan) hi l-uzu ta' metafori jew similitudnijiet li ma johorgux mid-dinja dijegetika tar-rakkont bhar-referenzi gratuwiti ghas-swaba' leggendarji ta' Listz, l-iskalpell ta' Michelangelo, jew in-nisa mimlijin cellolite ta' Pietru Pawl Rubens. Imbaghad niltaqghu ma' dawn it-tixbihat: "[Sor Gertrude] Qatt ma tieqaf tkellem lil hadd; dejjem mghaggla u skuncertata qisha l-Fenek l-Abjad ta' Alice in Wonderland." (Fjuri ta' l-Arzell) jew "iz-zija Anna regghet marret fit-tarf tal-kju; l-istess bhal Dopey fil-film ta' Snow White." (XahxiehVjola). Dawn huma tixbihat affaxxinanti imma fl-istess hin huma estetikament strambi. Madankollu, l-istramberija ta' Zahra mhijiex sempliciment stilistika; in-novelli tieghu mhumiex sempliciment ezercizzji ta' virtwozizmu formali. Fuq kollox, l-istramberija hi mizrughha fl-immaginazzjoni fertili tieghu, fid-dettalji bizarri li jdewdu l-istejjer tieghu, fil-liwjiet stravaganti li jxaqqu n-nisga u fil-pinzellati kapriccuzi li bihom johloq il-karattri tieghu. Fi Qniepen, nghidu ahna, Zahra, b'sensiela ta' daqqiet impressjonistici, jirnexxilu jpitter maltempata wahxija li donnha tqanqlet minn qawwiet sopranaturali. It-tvenvin tar-rih, ir-raxx tax-xita, it-tkarwit tar-raghad, u t-tfaqqigh tas-silg u s-sajjetti joholqu xenarju infernali li jgieghlek temmen li din mhijiex maltempata kwalunkwe. L-istess atmosfera ghariba ssawwar minghajr ebda dubju tour de force letterarju. F'Xahxieh Vjola, imbaghad, jirnexxilu jinseg tapizzerija mlewna b'bosta karattri li huma deliberament akbar mill-hajja. L-eccentricita' tilhaq proporzjonijiet Dickensjani. Il-burdata minaccuza ta' Hgieg, l-umorizmu makabru ta' Anglu Abjad, u t-temperament ironiku ta' Gorgonzola kollha jiggeneraw intimazzjonijiet strambi. Xi drabi din l-istramberija tigi assimilata bhallikieku hi estensjoni naturali ta' dak li ahna (minghajr ma nkunu nafu x'qeghdin nghidu) insejhulha r-realta’ -- Grabiel rieqed fit-tebut (Anglu Abjad) jew il-manuvri notturni-amoruzi tan-nannu Salvu u n-nanna Cens (Xahxieh Vjola). Drabi ohra, l-istramberija nibqghu ma nassimilawhx u l-idjosinkraziji taghha jibqghu ikidduna -- l-accjomu jterter bil-bard fin-nicca tal-hgieg (Qniepen) jew il-pupa tnixxi d-demm minn taht l-ingwanta (Hgieg). L-isem ta' dal-ktieb hu sinjifikanti. Litteralment, il-provenz hu rih kiesah punent-majjistru li minn waqt ghal iehor itella' s-shab u jgib ix-xita. Madankollu l-Miklem ta' Erin Serracino Inglott jghidilna wkoll li f'sens idjomatiku jista' jfisser ukoll rih mejjet li mhu gej minn imkien. Dan ir-rih misterjuz hu metafora ta' l-istramberiji kollha li jsehhu fix-xoghol ta' Zahra. F'din l-antologija l-aktar motiv li jispikka, bla dubju ta' xejn, huwa s-sess; hafna min-novelli ta' Zahra huma kkargati b'doza erotika mhux tas-soltu. Din mhijiex ezattament xi haga gdida fl-opra tieghu izda hawn donnha sabet espressjoni aktar esplicita u sostenuta. Wiehed, ghalhekk, ma jistax jirrezisti t-tentazzjoni li jaqra dawn ix-xoghlijiet godda ta' Zahra f'termini Freudjani. Jitlighu fil-wicc suggerimenti ta' repressjoni, sado-mazokizmu u libido infantili; ir-razan tipiku ta' ambjent Kattoliku bhal jitlef il-glieda ma' l-istinti karnali u l-pjaciri tal-gisem. Zahra, minghajr sens ta' inibizzjoni, il-hin kollu jikkoncentra fuq iz-zoni erogeni tal-bniedem bhas-sider, il-fomm u l-kuxxtejn. F'Gorgonzola, il-mara mizzewga taghmel elogju fuq ix-xofftejn ghaslija u s-swaba' lussurjuzi ta' zewgha; f'Post Battal, Frans jiddeskrivi b'mod l-aktar libidinuz ix-xofftejn u l-kuxxtejn irrezistibbli ta' Gola; f'Il-Qrieqen, it-tifel joghxa bl-ghafsa ta' sider kugintu Hilda. L-attivitac sesswali li tispikka tul il-ktieb kollu mhijiex biss voraci izda wkoll devjanti. F'Anglu Abjad, ix-xebba, bit-thakkik tas-saqajn minn taht il-mejda u bl-ilbies skullat taghha, taghmel minn kollox biex tipprovoka lill-medium li suppost qieghed jipprova jikkomunika ma' l-ispirtu ta' missierha. F'Ir-Rih Li Jokrob Wahdu, il-pittur Nicolo Armani kemm-il darba jitlaq il-pinzell u t-tila biex joqghod jitkaghbar mal-qiegha ta' l-art ma' Belinda l-mudella. F'Xahxieh Vjola, Turu, f'estru ta' genn jistupra 'l martu fuq il-bejt bil-bombi nezlin waqt hbit mill-ajru. Fl-istess novella naqraw bir-relazzjoni lesbika bejn Frangiska u z-zija Betty li jinqabdu gharwenin fl-istess sodda "gharqanin xraba u ggranfati ma' xulxin". Id-deskrizzjonijiet ta' Zahra hafna drabi huma espliciti u mhawra, imfasslin minghajr wisq qima lejn is-suxxettibbilta' ta' haddiehor. F'Gorgonzola, il-mumenti intimi bejn il-koppja mizzewga jinbidlu f'ritwal magiku daqskemm kumpless li f'sens Baudelairejan jittrasforma ruhu f'estasi religjuza. Fuq wicc il-mara "kienet titfacca espressjoni ta' hena u ugigh, ta' biza' u pjacir, tbissim u tensjoni...kollox maghqud flimkien fi trasfigurazzjoni tal-genna." Meta jrid, Zahra ghandu habta jippoeticizza l-kontenut erotiku fi stil li jfakkrek xi kultant f'D.H. Lawrence: "U f'salt wiehed il-qamar jixroblu n-nghas kollu u minn wara l-purtiera fina tal-bizzilla, joqghod jiskanta u jitpaxxa bil-loghba notturna taghhom waqt li jahsilhom bil-gharaq u l-fidda qabel ma jidher l-ewwel ragg tat-tbexbix" (Gorgonzola) jew "...bla ma trid tiftakar f'dak iz-zmien meta r-riha tal-hamrija mxarrba li tidhol bhal balzmu mill-ventilatur, kienet ghalihom l-aqwa afrodisijaku. Taht il-kutri kienu jinzghu hwejjighom bil-galbu biex ma jkesshux il-friex, u fid-dlam ifittxu gisem xulxin l-istess bhax-xita ghamja." (San Valentinu). Post Battal hi novella esplicitament Freudjana. Meta Gola, nhar il-Gimgha l-Kbira, thares bi tbissima inkejjuza lejn Frans hekk kif jitfacca Karmnu Bagolli bil-lasta tal-kandelabru mdeffsa gol-bokkin imdendel b'cintorin ma' qaddu, wiehed ma jistax ma josservax li l-awtur hawnhekk qieghed jipparodizza s-simboli fallicili li soltu jimmanifestaw ruhhom fil-psiko-analizi. Freud ma jorbotx il-gibdiet erotici biss ma' l-adulti; anzi fid-dawl tal-kumpless Edipku jsostni li anke t-tarbija tan-nieqa hija digac sesswalment attiva. Zahra, li f'ghajnejn hafna qarrejja hu assocjat b'mod sfiq mad-dinja "innocenti" taz-zghorija jahsadna b'novelli li fihom it-tfal jippartecipaw fl-estasi tas-sess. It-tifel f'Xahxieh Vjola ma jiddejjaqx jitkixxef fuq ir-rapporti sesswali tal-kbar. It-tfajjel protagonist fin-novella Fjuri ta' l-Arzell jinfatwa ruhu b'kugintu Jackie li tixghel fih l-ewwel fjammi ta' passjoni. F'Il-Qrieqen jitfaccaw intimazzjonijet ta' incest bejn iz-zewg kugini: " U f'nofs it-tizlig ilmaht pagama u qmis ta' bil-lejl jintelqu gozz ma' l-art u hassejt bhal sider ckejken jaghfas ma' tieghi...". Anke r-relazzjoni stramba bejn Amanda u Johnny fin-novella Hgieg ghandha implikazzjonijiet erotici u sado-mazokisti. Tema tahraq ohra ttrattata minn Zahra hija appuntu l-mazokizmu. F'Gorgonzola, ir-ragel gwejjed jaccetta b'sabar kbir il-kapricci u l-inkejja morbuza ta' martu: "Kieku mqar tkun taf kemm kienet tixtiequ joffendiha, isabbatha ma' hajt, iferrxilha l-irmied ta' kemm kien hemm ashtrays fuq rasha u jgeghelha taghmel elf penitenza." Dan it-tip ta' mazokizmu, li qabelxejn ghandu rezonanzi bibblici, jista' jikkorrispondi mal-mazokizmu morali li jitkellem fuqu Freud. F'dis-sura, is-sodisfazzjon huwa psikologiku ghax jitnissel minn forom differenti ta' tbatija astratta bhal nghidu ahna mix-xewqa li tkun ikkastigat minn Alla jew mid-destin bi tpattija ghal dak li tkun wettaqt jew deherlek li wettaqt. Il-kuncett ta' penitenza sintendi hu marbut ma' l-idea Kattolika ta' dnub u retribuzzjoni. Anke t-tifel imqareb fi Fjur ta' l-Arzell joqghod jhewden fuq il-bukketti tal-kunvent mimlijin penitenzi tas-sorijiet u d-dnubiet hoxnin li setghu wettqu. Iz-ziju Lino f'Il-Qrieqen jidher dejjem anzjuz u bezghan, dejjem jistenna l-kastig imwieghed. Normalment, ir-retribuzzjoni tasal ghax il-protagonist ikun daq mill-frotta pprojbita jew ahjar ghax il-kurzita' ggieghlu jinfed sigrieti li ghalih suppost huma mistura; l-ironija hi li bhal fil-mit ta' Pandora, il-kastig kapaci jiehdu haddiehor. Amanda fi Hgieg tossessjona ruhha bil-kexxun msakkar; meta saflahhar issib cavetta taqbel u tiskopri r-ritratti pprojbiti tniedi katina ta' grajjiet li jwasslu ghall-mewt tragika ta' Johnny. Mark, fin-novella Il-Qrieqen idahhalha f'rasu li jrid jidhol fil-kamra ta' l-ghodda taz-ziju u l-laqgha mal-qrieqen tikkastiga lil kugintu Hilda. It-tieni sura ta' mazokizmu timmanifesta ruhha fi pjacir mill-mohqrija jew umiljazzjoni fizika. Hilda kienet tiehu pjacir meta kuginuwa kien isakkarha fil-kamra tas-sodda filwaqt li hu kien jitqanqal jismaghha tinghi wara l-bieb titolbu bil-hlewwa sabiex jifthilha. Fi Hgieg, Johnny kien jorbot lil Amanda mas-siggu u joqghod idur maghha mbe fuq it-tapit, dettal disturbanti li jidwi ritwali sado-mazokisti. Jidher li Zahra ghandu ossessjoni bir-ritratti; bhal donnhom iservuh biex jibni pont bejn il-prezent u l-passat, bejn l-esperjenza attwali u l-memorja. Zahra jisfrutta tajjeb dil-qawwa misterjuza tal-fotografija li ghandha habta twahhadna ma' l-antenati taghna. Fir-ritratti jilmah prezenzi li donnhom ma jridu jitilqu b'xejn. Xi studjuzi tal-paranormali jemmnu li l-erwieh tal-mejtin ghandek mnejn issibhom ihufu fl-imkejjen fejn ikun hemm ir-ritratti jew ix-xbihat taghhom. Kien ikun interessanti immens kieku Zahra kiteb novella li tesplora direttament din il-possibbiltac; l-aktar storja li toqrob lejn din l-idea hi Taht Fanal Mitfi li fiha l-awtur jaghtina x'nifhmu li l-ispirtu tas-sewwieq tal-mutur ghadu ma fehemx li miet u ghalhekk baqa' jhuf hdejn qabru. Fix-xoghlijiet prezenti, Zahra xorta jaghtina x'nifhmu li r-ritratti tal-mejtin, partikolarment ta' qrabatna jew hbiebna, b'xi mod li mhux lakemm tfissru, ghandhom il-hila jikkomunikaw certi messaggi lil min ikun qed jiflihom. Is-sikta taghhom hija elokwenti. L-itwal novella f'din l-antologija, Xahxieh Vjola, hi bbazata appuntu fuq sensiela ta' kwadretti ispirati minn ghadd ta' ritratti antiki. Permezz ta' xbieha wara l-ohra, in-narratur jsehhlu jirrikostruwixxi s-saga kollha ta' familtu. F'mument fantasmorgiku, minn gol-kamra ta' barrra, ir-ritratt tan-nannu Salvu ghajjat: "Ghalqa xahxieh!" Fi Hgieg, ir-ritratti pprojbiti jgieghlu lil Amanda tintebah bir-rivalita' bejn ommha u zijitha. Ir-ritratti fin-novelli ta' Zahra jistghu jintrabtu ma' dak li jissejjah il-motiv ta' Lazzru li jhabbar ir-ritorn ta' xi haga mejta, f'dal-kaz tal-passat li jigi lura, drabi biex jillumina, u drabi biex jiddisturba l-prezent. Zahra ghandu attitudni ambivalenti lejn il-passat. Veru li xi drabi jhares lejh b'ghozza u nostalgija meta r-riha tfuh ta' l-imghoddi terga' tinvadilu mnifsejh; biss, xi kultant, il-passat jirritorna biex jimpesta kullimkien. Fl-istess waqt Zahra jaf li l-fotografija mhijiex fotokopja tar-realta’; ir-ritratt hu dejjem enfasi, xbieha stilizzata li tilghab mal-percezzjoni taghna. Terga' u tghid, iz-zmien ghandu habta jbiddel it-tifsira taghom; ir-ritratti mitfija, imkemmxin jew imqasqsin ibaghbsu r-realta’ ta' darba. Fi Fjuri ta' l-Arzell, in-narratur jistaghgeb bir-ritratt antik taz-zija Sor Mansweta li ta' anqas minn erbatax-il sena "donnha ga kienet hasbet ghas-santa tal-mewt". Fl-istess novella, ir-ritratt (pittura) ta' l-isqof jew monsinjur fil-parlatorju, f'ghajnejn it-tifel jinbidel fil-harsa omnixjenti (t'Alla), dejjem lesta biex iccanfru. Provenz huwa meditazzjoni fuq il-kapricci sesswali tal-bniedem, fuq il-kapricci tal-memorja, fuq il-kapricci tat-tfal u tal-kbar, u fuq il-kapricci tal-hajja ingenerali. F'Gorgonzola Zahra jirrefletti fuq is-sens ta' kontingenza li donnha tiddetta l-hajja. Sensiela ta' kumbinazzjonijiet ilaqqghu guvni u tfajla li eventwalment jizzewgu u jinqabdu f'"cirku-vizzjuz-kattiv-inkejjuz" li jfakkrek fir-rota eterna tad-dannazzjoni li kien ihobb isemmi Nietzsche. Kollox idur madwar il-frazi krucjali "li kieku" li tista' tissuggerixxi li l-hjut li jsawru l-korsa ta' hajjitna jintisgu biss bl-element tac-cans. Fl-univers ta' Zahra, id-destin jirkeb fuq kull hjiel ta' rieda hielsa. L-aktar storja li tenfasizza das-sens ta' fatalizmu hi Ir-Rih Li Jokrob Wahdu. Il-muzicist Lino Darmanin isib rumanzett qadim, mhux mitmum, li b'ghageb kbir tieghu jipprofetizza hajtu stess. B'hekk jintebah li kull m'ghadda minnu kien premeditat minn xi qawwa sopranaturali; li hu ma kellu ebda setgha fuq kulma gralu. Kif jghidu l-Gharab: Kollox miktub! Il-hajja forsi hi kontingenti izda l-kitba ta' kwalita' zgur li mhijiex. Il-kitba hi frott ta' deliberazzjoni, ta' kalkolu, ta' tirqim u revizjoni, anke jekk b'element ta' sogru meqjus. In-novelli ta' Zahra huma strambi ghax ihalltu l-meraviljuz mal-mundan, ihalltu c-cajt mas-serjeta', ihalltu l-emozzjoni mar-riflessjoni. Zahra jaf jiddisturba daqskemm jiddeverti. Zahra jaf id-differenza bejn popolaritac u popolizmu, bejn intelligenza u intellettwalizmu, bejn sentiment u sentimentalizmu. Provenz (ir-rih) jista' jkun rih mejjet li jinqala' minn imkien izda Provenz (il-ktieb) hu xoghol haj u nafu minn fejn gie. Mario Cassar Frar 2000