Mistoħbija fuq L-Għatba

Trust the tale and not the teller (D.H. Lawrence)

Il-Misterjuz, il-Fantastiku u l-Meraviljuz

Meta nghidu li b'dawn in-novelli Zahra jaqbad mal-fantastiku, inkunu ftahna argument shih ghax il-fantastiku, 'l hinn mis-semantika tad-dizzjunarju, ghandu tifsira specifika bhala generu letterarju. Il-Miklem ta' Erin Serracino Inglott jinterpreta l-fantastiku kif gej: li hu mibni fuq il-fantasija; li fih il-fantasija; ta' sura jew gost kapriccuz; mahsub u maghmul bi hsieb barra mis-soltu; immaginattiv; stravaganti; misthajjel u aktarx imbieghrd mir-realta`; li hu holqien ta' mohh xi ftit imberfel; stramb; irreali; eccentriku; grottesk; li johrog barra min-normal, mill-uzu komuni, specjalment fl-arti. Imma fil-kamp letterarju x'inhu sewwasew il-fantastiku? Louis Vax f' L'Art et la Litterature Fantastiques isostni li n-narrativa fantastika, hafna drabi, tinvolvi nies bhalna li jabitaw fid-dinja reali; izda dawn, f'daqqa wahda, ihabbtu wicchom ma' hwejjeg inspjegabbli. Biss Tzvetan Todorov fil-ktieb tieghu The Fantastic izid kriterju essenzjali li fid-dinja tal-generu hu sine qua non -- l-ambigwita’. Il-fantastiku jezisti appuntu fl-ezitazzjoni ta' persuna li taf biss il-ligijiet tan-natura waqt li qed taffronta avvenimenti sopranaturali. Din l-ezitazzjoni ma tridx tkun biss tal-karattri jew tan-narratur fil-grajja nnifisha, izda tal-qarrej ukoll. (Jekk il-qarrej ma jesperjenzax l-istess ambigwita`, allura l-fantastiku ma jregix). Hu jghid li l-fantastiku hu mhaxken bejn zewg generi ohra li huma l-misterjuz (the uncanny) u l-meraviljuz (the marvelous). Jekk tinhall l-ambigwita`, nitbieghdu mill-fantastiku u nidhlu f'xi wiehed minn dawn il-generi girien. Jekk il-ligijiet tan-natura kif nafuha jibqghu intatti u jippermettu spjegazzjoni naturali ta' kulma jigri, allura qeghdin fit-territorju tal-misterjuz. Fil-misterjuz ghandna premessa jew soluzzjoni razzjonali; dak li jidher jew deher inspjegabbli jigi spjegat bhala holma (ez. Le Diable Amoureux ta' J.Cazotte) jew htija ta' illuzjoni sensorja(ez. The Burning Court ta' J.D. Carr), ta' l-influwenza tad-drogi (ez. Confessions of an Opium Eater ta' T. De Quincey), ta' xi trikk ingenjuz (ez. The Saragossa Manuscript ta' J.Potocki), jew kawza ta' genn jew zbilanc mentali (ez. Princess Brambilla ta' E.T.A. Hoffmann). Jekk imbaghad l-istess ligijiet tan-natura jigu sospizi deliberament u t-test ihaddan spjegazzjoni purament sopranaturali, allura qeghdin fit-territorju tal-meraviljuz. Fil-meraviljuz l-awtur jesigi li l-qarrej jaccetta l-kontenut misthajjel bhallikieku hu parti mill-hajja ta' kuljum. Dan hu aktarx it-territorju tal-hrafa u r-rumanz medjevali. Il-meraviljuz jista' jkun iperboliku , fejn l-element sopranaturali ghandu dimensjoni hafna superjuri mil-ligijiet tan-natura (bhall-bajda kbira daqs koppla jew is-sigra li tlahhaq sas-shab); ezotiku, fejn l-element fantastiku hu kkaretterizzat mimnn elementi mitici (ez. She ta' H.R. Haggard); strumentali, fejn hwejjeg tal-perjodu jissostitwixxu mezzi possibbli (ez. it-tapit li jtir hu sostitut ta' l-ajruplan jew tal-helikopter, it-tuffieha li tfejjaq il-mard hi sostitut ta' l-antibijotici ecc.); jew xjentifiku fejn is-sopranatural hu spjegat b'mod razzjonali izda mhux b'mod accetabbli mix-xjenza kontemporanja.( ez. The Invisible Man ta' H.G. Wells). Il-fantastiku genwin la joffri soluzzjoni naturali, xjentifika jew psikologika u lanqas jikkommetti ruhu favur is-sopranatural. Jibqa' jsostni l-ambigwita` sa l-ahhar; meta taghlaq il-ktieb, l-ambigwita` tibqa' hemm. Il-kritici jhobbu jsemmu l-kaz klassiku ta' The Turn of the Screw ta' Henry James li jibqa' ma jiccarax il-provinjenza ta' l-ispirti. Il-fantazmi setghu ezistew tabilhaqq daqskemm setghu kienu frott l-allucinazzjonijiet ta' governanti isterika u ripressa, influwenzata mill-atmosfera disturbanti ta' madwarha. It-titlu ta' din l-antologija hu sinjifikanti. Lubien tfisser mnieghes jew imtaqqal bin-nghas (drowsy); min hu lubien qieghed sewwasew fi stat ambigwu, bejn rieqed u mqajjem, fuq il-fruntiera bejn il-konxju u l-inkoxju, bejn is-sensibbilta` u l-holm, u allura bejn ir-realta` u l-fantasija. ( Ma jistax jonqos, ghalhekk, li din il-kundizzjoni sa ggorna lejn l-ghalqa tal-psikologija). Bhala ezempju nistghu nistharrgu mill-qrib in-novella Ir-Ragel ta-Mustacci fejn il-protagonist kien konvint li fuq video kien ra lil zijuh li kien miet hafna qabel ma ngibed il-film. Jista' jkun li kollox kien frott ta' mohh skuncertat, aktar u aktar meta kien ghadu kif hassar l-gherusija tieghu. Zahra jimmina s-sopranatural b'kummenti bhal: Kienet marret ghajni bija meta kwazi beda jraxxax/ Nahseb li l-kalmanti li tani t-tabib kienu qawwija zzejjed ghalija/ Xi whud mix-xeni kienu mudlamin hafna, ohrajn imzellgin u spiss kienu jfiggu rqajja' ta' dawl qawwi.../Dawn xi bcejjec huma?! Mela l-bierah kont qed nohlom? Mela qed nitlef rasi?/ Allura bilfors li qbadt in-novizjat ta' l-izmagati/Hassejt rasi ddur bija. Anke ommu stess tghidlu: Marija Santissima... mela qed titlef mohhok?/Af li ibni, dawn l-affarijiet ma jghamluhomx in-nies normali. Ghandna jew ma ghandniex naccettaw l-element sopranaturali? Biex nirrispondu din il-mistoqsija rridu noqoghdu nfettqu biex naraw jekk Zahra jizloqx xi mkien u jikkometti ruhu naha jew ohra. Forsi l-aktar zewg novelli li jidhru jobdu l-ktiterji Todorovjani tal-fantastiku huma Ghabex u Bocca tal-Hgieg, imma mill-gdid jisthoqqilhom skrutinju aktar rigoruz. Xoghlijiet ohrajn huma aktar facli biex tikklassifikahom: il-genn ta' Celestina jgorr in-novella Fjuri Bbalzmati lejn il-misterjuz filwaqt li Deheb hi certament novella tal-meraviljuz ghax l-awtur iridna nemmnu sa mill-bidu li l-ghodod kapaci jitkellmu.

L-Aspetti Narratologici u Stilistici

L-ambigwita` fi hdan il-fantastiku ma tohrogx biss mill-ezitazzjoni fil-binja sintattika tal-grajja izda wkoll minn strategiji purament narratologici u verbali. Nistghu minn ta' l-anqas insemmu erba' aspetti: (a) ir-rakkont fl-ewwel persuna, (b) ir-rakkont fl-imperfett, (c)il-modalita` at-ton, u (d) id-diskors poetiku. (a) Meta awtur jikteb fl-ewwel persuna, qieghed necessarjament idejjaq il-panorama percettiva tal-grajja. Mhux biss ghandna vizjoni wahda li ma tistax tigi kkontestata izda jinholoq dubju serju fuq l-affidabbilta` tan-narratur (The unreliable narrator hu centrali fl-estetika post-moderna). In-narratur mhux dejjem tista' torbot fuqu ghax ghandu l-pregudizzji u l-bagalja ideologika tieghu; jista' jigdeb u jqarraq; fi kliem iehor jista' jghawweg il-verita` ghal finijiet personali. (Bizzejjed wiehed jiftakar fir-rakkont ingenjuz Who Killed Roger Ackroyd? ta' Agatha Christie). Il-fantastiku diga` jpoggi quddiemna dilemma (temmen jew ma temminx?) izda l-ambigwita` hi amplifikata jekk in-narratur li jidher affidabbli jiffaccja s-sopranatural. (b) Meta awtur jikteb fl-imperfett, aktar u aktar meta jirreferi ghall-passat remot, id-dokumentazzjoni tal-fatt tispicca tistrieh wisq fuq il-memorja. Mhux biss il-memorja hi notorja bizzejjed kemm kapaci tbiddel u tiddeforma l-imghoddi izda sahansitra ssir, kif jghid Tennyson, forza kreattiva fiha nnfisha. Il-memorja mhijiex fil-fatt skavazzjoni tal-fatti izda riinterpretazzjoni fittizja tal-fatti. (Kif qalu xi whud: Memory is a fictionalised past ). Il-poeta Georgjan Edward Thomas jghid: The past is the only dead thing that smells sweet. F'Bocca tal-Hgieg Zahra jikteb: "Salvinu llum jaf li la l-bitha u lanqas il-gnien ma jista' jkun li kienu kbar daqskemm ghadha trid tbellaghhielu t-tifkira." Fi Blokki ta' Bini Lixx, imbaghad, in-narratur jistqarr: "Imma t-tifkiriet wehlu mieghi u l-passat taghhom inbidel fi prezent kontinwu." In-novelli Ir-Ragel tal-Mustacci, Vari, L-Inkwatru, Fjuri Bbalzmati, Ghabex u Blokki ta' Bini Lixx kollha huma miktuba fil-perfett u fl-ewwel persuna u allura jistghu jigu skrutinizzati skond il-kriterji msemmija. (c) L-awtur tal-fantastiku deliberament johloq modalita` ambigwa fir-registru tat-tahdit billi juza kelmiet u espressjonijiet bhal: milli jidher, aktarx, pjuttost, hsibt, jidhirli, nemmen, donnu, forsi, ghandu mnejn, jista' jkun, ma nafx zgur, jekk qed niftakar tajjeb, miniex cert, possibbilment ecc. Dan ir-registru jitfa' dell ta' dubju fuq l-awtenticita` tal-fatti rrakkontati. Xi ezempji minn Lubien: Ma niftakarx jekk qattx ghidnielha.../Subghajja donnu kien ghad fadlilhom riha dghajfa ta' qronfol/U Kristin donnha tassew kienet qed tisma' lehinhom/Jista' jkun li meta nbniet l-iskola, hafna u hafna snin ilu.../Hija Benjamin kien miet ta' sena, ma nafx sewwasew biex/Ma niftakarx kemm ghadda zmien sewwa wara din il-grajja.../ Issa skond ommi u skond nies imdahhlin fiz-zmien li kienu jafuh mill-qrib.../Ghamilt zmien kont nemmen li kollox kien htija ta' kuginuwi Atanas.../Kont minghalija li kienet ilha mejta s-snin . (d) Il-fantastiku johrog ukoll mid-diskors figurattiv ghax jisfida t-tifsir litterali. Il-metafora ghandha habta tgiddeb il-verita` jew inkella tizra' konnotazzjonijiet godda li jistghu joholqu sfumaturi varji ta' interpretazzjoni. Min-naha l-ohra l-insinwazzjoni (innuendo) hi mahluqa ghas-suggestjoni filwaqt li l-iperbola (hyperbole) hi mahluqa ghall-esagerazzjoni. Il-magija verbali ta' Zahra jisthoqqilha studju ghalih, izda hawnhekk nistghu nipprovdu xi kampjuni: (i) dejjem bi tbissima diehla u hierga minn wara l-persjani hodor t'ghajnejha, (ii) Gie hdejha u fuqha u magenbha u honoqha bhalma l-leblieba tohnoq ic-centifolju u toqghod tinkih, (iii) Gol-mera tal-karozza lmaht lil celestina, lil Bertu u lill-qawsalla jxejruli minn fuq l-ghatba, (iv) Jien ukoll ghandi l-bizghat tieghi... hawn imsallba ghall-eternita` shiha fuq dan il-kurcifiss ta' metru drapp, (v) Bla ma konna nafu kif, konna sibna ruhna bilqieghda fuq blokka silg. Hi naha u jien ohra. U b'sikta kbira l-blokka xxaqqet helu helu min-nofs. U jien 'l hawn u hi 'l hinn. Imbaghad il-bahar beda jitqanqal f'kurrenti strambi u l-blokki bdew jitbieghdu bil-mod il-mod minn xulxin. Ma' dawn nistghu nzidu l-poezija intensa taz-ziju Kruc f'Ir-Ragel tal-Mustacci u l-passaggi lirici fid-djarju ta' Kristin fin-novella L-Inkwatru.

Il-Holma Ripressiva

Fin-novelli ta' Zahra l-holm hu mill-aktar abbundanti forsi ghax hu ghodda siewja ta' ambigwita`. Il-psikologija Freudjana taghmel differenza bejn il-holma manifestata (kif wiehed jiftakarha) u l-holma latenti (il-kontenut mohbi taht ix-xbihat apparenti). Il-holm jidher stramb, illogiku jew distort ghax ikun qed jikkondensa jew jittrasforma kontenuti skabruzi li altrimenti jistghu jiddisturbaw il-halliem. Fil-fatt Freud insista li l-holm hu kombinazzjoni ta' elementi ripressi mar-residwu tal-gurnata (il-memorja ta' l-avvenimenti li sehhew tabilhaqq qabel l-irqad). F'das-sens il-holma tista' tkun mezz kif wiehed iwettaq xewqat ripressi taht velu virtwali (wish fulfilment). Il-holm jitfacca f'novelli bhal Ir-Ragel tal-Mustacci, Vari, Blokki ta' Bini Lixx u Riha ta' Qronfol li kollha jistghu jigu analizzati f'dawn il-parametri. Il-psikoanalizi tghidilna li l-inkonxju ghandu habta jorbot relazzjonijiet prezenti m'esperjenzi ohrajn fit-tfulija. Hekk perezempju, f'Vari, il-holm tal-protagonist adult jirrikkrea t-trawmi ta' l-infanzja filwaqt li f'Blokki ta' Bini Lixx il-holm ta' ragel mizzewweg jibqa' jidwi l-Milidijiet ta' tfulitu. Il-fantasija ta' Zahra , f'din l-antologija, tixghel bhal lampa biex tillumina rkejjen oskuri tal-psike umana u tindirizza temi aktarx skomdi li xi whud jippreferu jhalluhom mistura fid-dlam. Il-holm makabru fin-novella Vari jista' perezempju jigi interpretat bhala xbieha ta' ripressjoni religjuza u sesswali: Iva, jien kont tifel hazin u ghalhekk l-Imghobbi u l-Marbut u l-Accjomu u l-ohrajn kollha kienu jharsu lejja bir-rabja./Warrab minn quddiemna, ghax imorru nugzawk 'l ommok u 'l missierek u nghidulhom xi tkun taghmel wahdek hemm gew./Kull meta niftakar fihom kont inqeghedhom fil-qiegh nett gol-kexxun ta' tfuliti.

Il-Krizi tal-Personalita`

Il-psikologi jhobbu jaghzlu bejn il-jien (the self) u l-iehor (the other), zewg poli utili hafna f'kull diskors dwar il-fantastiku billi l-individwu jista' jkun mhedded minn forzi gewwiena daqskemm minn forzi barranija. Il-jien jimplika l-izolament tal-bniedem fid-dinja psikika filwaqt li l-iehor jimplika l-aspetti insidjuzi tad-dinja awtonoma. Fl-ewwel kuntest il-jien jithabat mieghu nnifsu. Motivi komuni huma l-psikozi, il-patalogija, il-genn u l-multiplikazzjoni tal-personalita` jew l-iskizofrenija (li fil-letteratura hi aktarx maghrufa bhala t-tema tad-doppelganger - ir-ruh jew id-double ta' xi hadd haj). Id-double jista' jkun manifestazzjoni ta' mirror image jew alter ego; jista' jkun ukoll dak li Jung isejjah id-Dell, jew in-natura oskura tal-personalita`. F'din l-antologija t-tema tad-doppelganger tidher bl-aktar mod limpidu f'Ghabex u f'Bocca tal-Hgieg. Fl-ewwel novella it-tewmin isiru bhal Jeckll u Hyde, il-faccati opposti ta' l-istess personalita`. Zahra jikteb: Konna tewmin, imma skond ommi hija kien anglu u jiena xitan./ Dak il-hin sewwa, min taht il-ghajn, nilmah biswiti s-sura tieghi go mera li ma nafx mnejn giet, sewwasew magenb l-akkwarju tal-hut. Fin-novella l-ohra Salvinu jisthajjel li dahal fil-Bocca tal-Hgieg u ghandu mnejn partat postu mat-tifel maqful hemm gew: Minn taht Petitu kien liebes pagama sewwasew bhal tieghu. F'qafas semjologiku nifhmu ghalhekk l-importanza u l-proliferazzjoni ta' oggetti bhalma huma mirja, teleskopji, mikroskopji, kannokkjali, nuccalijiet, ghajnejn foloz, u affarijiet ohra tal-hgieg li jistghu joholqu sens ta' doppjagg jew illuzjonizmu. (Dan hu l-aktar konspikwu fir-rakkonti ta' Hoffman). F'Lubien ghandna l-istess ossessjoni: l-iskrin tat-televixin li warajh qed jostor misteru f'Ir-Ragel tal-Mustacci, il-figurini u l-istatwetti wara l-hgieg tal-vetrina jharsu lejn il-pazjent u l-ghajnejn tal-hgieg tar-Redentur iharsu lejn it-tifel imwewer f'Vari, , in-nicca ta' Santu Kristu li fiha l-protagonist jilmah ir-rifless dghajjef tieghu fl-istess novella, u l-Bocca tal-Hgieg li setghet jew ma setghetx laghbet loghba bil-personalita` tat-tfajjel marid fis-sodda. Fi Fjuri Bbalzmati ghandna n-nuccali tal-hgieg ta' celestina li jista' jispjega l-vizjoni distorta taghha, u f"Riha ta' Qronfol il-missier ixaqqaq il-mera ta' l-intrata li forsi kienet tifred id-dinja reali mid-dinja l-ohra.

Il-Qilla t'Hemm Barra

Fit-tieni kuntest il-jien jitqabad ma' xejriet li jemanaw mid-dinja ta' madwaru. F'dan l-ambitu jabitaw l-ihirsa malevolenti, l-uhux, ix-xjaten, is-shahar, u hlejjaq mostruzi jew demonjaci ohra. Dawn hafna drabi ghandhom konnotazzjonijiet sesswali. Meta Freud jitkellem fuq il-libido jew il-karika sesswali tal-bniedem jaghzel bejn object libido li hu indirizzat 'il barra mis-suggett (persuna jew oggett li jissostitwixxu persuna) u ego-libido li hu indirizzat lejn is-suggett innifsu (il-jien narcissistiku). Fil-fantastiku il-konkupixxenza hi precipizzju djaboliku; is-sess hu marbut mad-dlam u mal-mewt. Il-kilba ghas-sess twassal ghal kull sura ta' perverzjoni u krudelta` jekk mhux ukoll ghall-mewt. Is-sess u l-mewt huma relatati b'mod sfiq. (Mhux ta' b'xejn li fil-Latin, amor u mors ghandhom l-istess gherq, filwaqt li l-istorja ta' Little Red Riding Hood mhux biss toffri hjiel ta' bestjalizmu izda tikkontempla l-possibbilta' li tidhol fis-sodda u tinqatel). Il-fantastiku jista' jipprogetta wkoll il-glieda bejn l-eros u t-thanatos. L-eros jissarraf f'dawk il-gibdiet istintivi marbuta mal-preservazzjoni tal-hajja bhas-sesswalita` u l-principju tal-pjacir. It-thanatos jissarraf f'dawk il-gibdiet istintivi marbuta mac-cahda tal-hajja bhall-mazokizmu u t-tendenzi suwicidali. Robin Wood , meta jitkellem fuq il-generu horror, jghid li dan iseddaq it-taqbida biex nirrikonoxxu dak li l-kultura taghna toppressa u tirripressa. Kulma jitqies disturbanti, dizuman, fahxi, jew sempliciment indesiderabbli jirxoxta taht sura fantastika u b'hekk isir accettabbli Il-fantastiku hu ghalhekk ghodda siewja f'idejn l-awtur biex ittella' fil-wicc attivitajiet sesswali meqjusin tabu' bhal nghidu ahna l-incest, l-omosesswalita`, is-sado-mazokizmu, il-bestjalizmu u n-nekrofilja. In-nekrofilja tista' tidher fis-sura ta' mhabba ta' persuna ghal statwa, xbieha jew pittura jew fir-relazzjoni sesswali ma' vampir, zombie jew spirtu li gie lura mill-qabar. F'Bizzilla Sewda u Weraq tal-Liedna, Fredu , l-ghassies tac-cimiterju, jispicca jinnamra ma' l-istatwa ta' Sina, it-tifla li kien ihobb fi tfulitu u li mietet qasir il-ghomor. U meta jqaccat minn fuqha il-weraq tal-liedna li kien ingema' madwarha biz-zmien nintebhu li fil-fatt qieghed inezzaghha gharwiena: "Issa ibqa' hawn mieghi", pespsitlu Sina go widintu. "Jehtieg nibdew norqdu flimkien". F'Riha ta' Qronfol, imbaghad, titfacca t-tema ta' l-incest. Il-protagonist, fil-holm, jispicca jinnamra ma' tfajla u sahansitra jweghidha li jizzewwigha, bla ma jkun jaf li kienet l-istess ohtu li mietet meta kienet ghadha tarbija. (Angela tghidlu: "Dan l-ahhar lejl li se nhallik wahdek. Minn ghada nibdew norqdu flimkien. Imbaghad tkun tieghi anki bil-lejl!") F'Is-Sigra taz-Zebbug jitfacca l-motiv ta' l-omosesswalita` fost it-tfal li kienu jattendu d-Domus tal-parrocca. Hjiel ta' sado-mazokizmu jidher f'Ghabex, fejn it-tifel bhal donnu jikseb gost sadist meta jinkwieta 'l ommu daqskemm gost mazokist meta ssawtu jew tikkastigah. Dawn ir-relazzjonijiet perversi ghal darba ohra jirrealizzaw ir-relazzjoni tal-bniedem u x-xewaqat tieghu fid-dinja ta' l-inkonxju.

Ir-Raqda tar-Raguni

Hawnhekk il-ligijiet tan-natura jigu sospizi u nassistu ghal grajjiet 'l hinn minn kwalunkwe spjegazzjoni razzjonali jew xjentifika. Motivi komuni huma l-invizibbilta'(ez. The Invisible Man ta' H.G. Wells), it-telepatija, it-telekinezi, l-ghejbien misterjuz ta' nies jew oggetti (ez. Picnic at Hanging Rock ta' J. Lindsay), il-waqfien jew ir-repitizzjoni taz-zmien (ez. Tom's Midnight Garden ta' P.Pearce), il-profezija, u r-ritorn mill-mewt. Ta' min jitkellem fuq dak li normalment jissejjah il-motiv ta' Lazzru (the Lazarus motif), cioe` r-rizurezzjoni ta' xi haga mejta jew minsija. F'Ir-Ragel tal-Mustacci l-omm tohlom biz-ziju Kruc wara li kien ilu seba' snin mejjet. Aktar tard l-istess ziju jitfacca misterjozament fil-video bhallikieku ha l-hajja mill-gdid. F'Bocca tal-Hgieg Benjamin, it-tewmi l-mejjet, donnu jerga' jitfacca biex jippersegita lil huh filwaqt li F'Riha ta' Qronfol, Angela tibda tidher lil huha fil-holm meta fil-fatt mietet meta kienet ghadha tarbija. Fi Fjuri Bbalzmati x-xwejha li n-narratur kien ghoddha b'mejta terga' titfacca: U lill-imsejkna Celestin mhux biss dfintha imma kont sahansitra bdejt inhassarha ghal kollox mill-fakra tieghi bhal stampa ta' l-akkwarella maqbuda fl-irxiex. Il-premonizzjonijiet huma abbundanti ukoll, l-aktar taht forma ta' holm prolettiku. Hekk perezempju f'Ir-Ragel tal-Mustacci l-omm issir taf bit-twelid ta' binha wara li jidhrilha z-ziju Kruc f' holma filwaqt li fl Blokki ta' Bini Lixx in-narratur jintebah li l-presepju stramb tal-holm tieghu ma kienx ghajr figurazzjoni ta' cimiterju fejn kellu jispicca hekk kif tmut martu Anna. Id-destin jithabbar ukoll f'L-Inkwatru meta bhala tarbija Kristin taghzel il-bajro fil-quccija li tispjega l-kitba poetika fid-djarji taghha meta tfarfret filwaqt li t-tqala u l-hlas ikkomplikat ta' l-omm f'Ghabex ibassar il-qilla ta' binha: Hemm...ara d-destin tieghi kif kellu jkun. Sa minn twelidek hlift li teqridni.

Realizmu Magiku jew Magija Realistika?

Il-fantasija ta' Zahra xi drabi tidher tersaq lejn il-konvenzjonijiet tar-realizmu magiku, terminu generiku li ghalkemm qabad sew fic-cirkoli letterarji, mhux lakemm tiddefinih b'mod preciz. Mhux biss min jiddefinixxi jkun qieghed jillimita, izda xoghol letterarju gdid (u validu) aktarx jisfida, jikkoregi jew jimmodifika l-fruntieri ta' l-istess generu. Ghaldaqstant waqt li l-generu jibqa' jzomm qalba komuni, il-hin kollu qieghed jghawweg u jgedded il-qafas tieghu. Hu x'inhu jidher li t-terminu realizmu magiku ntuza ghall-ewwel darba mill-kritiku Amerikan Alastair Reid b'referenza specifika ghall-fiction spettakolari u fantastika Sud-Amerikana ta' wara l-gwerra. Fost l-esponenti ewlenin nistghu nsemmu lil Miguel Angel Asturias, Carlos Fuentes, Alejo Carpentier, Julio Cortazar, Mario Vargas Llosa, Isabel Allende, u l-aktar famuz fosthom Gabriel Garcia Marquez. Il-generu hu kkaratterizzat mill-gustapozizzjoni ta' rappurtagg realistiku u affidabbli ma' fantasija stravaganti, fejn il-meraviljuz (skond kif fehmu Todorov) jithallat mal-kwotidjan. F'One Hundred Years of Solitude ta' Marquez, perezempju, naqraw bil-bini ta' impjant li jipprocessa l-banana, imbaghad naqraw b'mara tiela' s-sema. F'The House of the Spirits ta' Allende naqraw fuq il-kolp ta' stat militari fic-cile, imbaghad naqraw b'mara li kapaci ccaqlaq l-affarijiet. Ir-realizmu magiku jhaddan certu dispozizzjoni kapriccuza u umoristika. Marquez qal li tista' ggieghel lin-nies jemmnu kollox jekk tghidu b'mod konvincenti. Temi komuni huma: ir-relattivita' tal-verita`, it-tirannija tad-destin u l-glieda kontra l-assolotizmu u kull ghamla ta' certezza. Ir-realizmu magiku, sintendi, ma baqax marbut biss ma' l-Amerika Latina. Fl-istess idjoma nistghu nsemmu x-xoghol tat-Taljan Italo Calvino, ic-cek Milan Kundera (The Book of Laughter and Forgetting, The Unbearable Lightness of Being), u l-Anglo-Indjan Salman Rushdie (Midnight's Children, Shame). Awturi Inglizi li normalment huma assocjati mal-generu huma Angela Carter, Graham Swift u Peter Carey. Fit-tradizzjoni Ewropea, hu possibbli tara lil Rabelais (Gargantua et Pantagruel) u lil Kafka (Metamorphosis , In the Penal Colony) bhala l-prekursuri ta' din it-tradizzjoni. Fil-Metamorphosis, perezempju, il-qarrej mill-ewwel jigi kkonfrontat ma' fenomenu sopranaturali (bniedem mibdul f'insett) izda sakemm jispicca n-novella Kafka jilhaq jaccetta n-naturalezza tal-kundizzjoni. Ir-ragel normali hu fil-fatt ir-ragel fantastiku; il-fantastiku jsir ir-regola u mhux l-eccezzjoni. Din forsi hi d-differenza bazika mir- rakkonti fantastici klassici. L-element fantastiku ta' Zahra jista' jidher aktar realistiku ghax il-locus jew l-ambjentazzjoni tar-rakkonti tieghu hu sewwasew id-dar jew imkejjen familjari f'rahal tipiku Malti u mhux f'xi bosk wahxi jew kastell abbandunat bhal dawk tar-rumanzi gotici. Fost in-novelli tieghu forsi l-aktar li joqorbu lejn l-ispirtu tal-generu huma Il-Hanut tal-Helu (is-sensiela ta' kumbinazzjonijiet esagerati li jwasslu ghall-mewt ta' Angla, il-katavri jipprotestaw taht il-kaptelli ecc.), Is-Sigra taz-Zebbug ( Dun Pawl jitkellem fit-tebut, il-hajja awtonoma tas-sigra ecc.) u Bizzilla Sewda u Weraq tal-Liedna (l-istatwa titkellem fic-cimiterju, ic-cipressa tittanta lill-mejjet ecc.).

L-Antropomorfizmu u l-Akkumulazzjoni tad-Dettalji

(a) Wahda mill-kapacitajiet ta' Zahra hi l-antropomorfizmu jew l-hila li jlibbes l-inanimat b'dimensjoni umana. F'Vari l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira jiehdu nifs biex jippersegwitaw lit-tifel fil-knisja; f'L-Inkwatru l-missier jisthajjel l-oggetti tal-quccija cassi lejn bintu u jsejhulha filwaqt li aktar tard il-figuri fuq it-tila bhal donnhom jiksbu hajja awtonoma u l-missier jghid: U f'daqqa wahda ntbaht li l-kaxxi u l-laned u l-fliexken kellhom qalb li thabbat; fi Fjuri Bbalzmati Celestina titkellem fuq il-hajja tal-fjuri li skondha kapaci joholmu u jittamaw filwaqt li n-narratur jghid hekk: ghax il-mara kienet taf x'vizzji kellha l-karozza taghna li tiehu rih mix-xejn u tieqaf tisghol f'nofs ta' triq. F'Ghabex l-ilma tal-funtana jahlef vendetta fuq it-tfajjel gharwien waqt li l-hut fl-akkwarju jinstema' jghajjat ghall-ajjut. F'Is-Sigra taz-Zebbug l-istess sigra toqghod tosserva l-bawxati tat-tfal filwaqt li l-mejda tal-biljard tberraq ghajnejha. F'Deheb ir-raxketta, l-gharbiel, l-imterqa, il-lampa u ghodod ohra nisimghuhom jiftahru bix-xoghol li wettqu fi zmienhom. (b) Zahra ghandu habta jakkumula dettalji sinjifikanti li jiksbu tifsira fin-nisga tal-grajja. Hekk perezmpju fi Fjuri Bbalzmati jolqtuna dawn l-osservazzjonijiet: ix-xwejha liebsa l-iswed f'luttu perpetwu, il-passiggati fil-hin tat-tlieta u l-harsa moribonda miktuba fuq gbin il-kahwiela, kollha xbihat mortwarji li jorbtu mat-tema makabra tal-grajja. F'Bizzilla Sewda u Weraq tal-Liedna d-deskrizzjoni inizjali tal-klassi ta' l-iskola diga` ghandha s-sintomi kollha ta' cimiterju: il-gir mal-hgieg ifakkrek fil-gir ta' l-oqbra, iz-zaqziq tal-bankijiet ifakkrek fiz-zaqziq tal-hbula, il-qanpiena, il-ftila tixghel quddiem id-Duluri, il-wicc pallidu tas-surmast, ir-referenza ghall-anglu (tal-mewt?), kollha ghandhom konnotazzjonijiet funebri. Aktar tard il-klassi hi mxebbha ma' dormitorju li sintendi jfakkrek fir-raqda ta' dejjem.

Xi Riflessjonijiet fuq il-Fantastiku

(a) Il-generu mhuwiex iddeterminat minn elementi tal-plot daqskemm mill-attitudni lejn il-plot. Il-fantastiku hu interessat li jfittex l-abnormalita` f'nofs in-normalita`, id-dizordni f'nofs l-ordni, u jxettel l-ambivalenza f'nofs ic-certezza. Hu interessanti jekk wiehed ikollu jikkonsidra l-generu f'termini ta' sensiela ta' oppozizzjonjiet bhal nghidu ahna: il-hajja vs il-mewt; is-sekulari vs is-sopranaturali; in-normalita` vs l-abnormalita`; il-konxju vs l-inkonxju; l-ordni socjali vs id-dizordni ; is-sanita` vs il-genn; il-kultura vs in-natura; is-sigurta` vs il-paranoja. (b) Todorov jishaq fuq kundizzjoni ohra mehtiega biex tippermetti l-fantastiku; u din hi li l-istorja ma tridx tiffunzjona fuq livell allegoriku. Hafna fjabi ma jistghux ikunu fantastici appuntu ghax jahbu tifsira allegorika. Moby Dick ta' Melville jew Animal Farm ta' Orwell ghandhom funzjoni simbolika jew poetika; huma illustrazzjoni ta' idea jew kuncett, ghalhekk fil-parametri ta' Todorov ma jikkwalifikawx fil-generu tal-fantastiku. Sintendi dan hu kriterju li rridu napplikaw ukoll ghax-xoghlijiet ta' Zahra. (c) Il-fantastiku ghandu funzjoni socjali: dik li twassalna biex naccettaw il-jien u l-iehor. Jikxef l-eccessi ta' passjoni mohbija fil-psike u fl-istess waqt kapaci jgieghel lill-bnieden jaccetta il-mostrozita` u l-qziez ta' go fih. (d) Ghandu wkoll funzjoni letterarja: biex isawwar id-dinamika tan-narrativa u fl-istess waqt izomm il-qarrej fuq ix-xwiek. Hu mahsub biex isawwar intensita` drammatika u jforni sens kapriccjuz ta' biza' u sthajjil divertenti. (Todorov isostni li ghalkemm il-biza' hu hafna drabi marbut mal-fantastiku, mhuwiex kundizzjoni necessarja tal-generu). (e) Fl-ahharnett il-fantastiku ghandu funzjoni metafizika; billi jippermetti l-manifestazzjoni ta' dak kollu li hu inspjegabbli, kapaci jqanqal sens ta' kurzita` fis-sopranatural u jxettel dubju dwar l-ezistenza ta' hwejjeg 'l hinn mill-gharfien immedjat taghna. Mario Cassar Frar 2000