L-ILJUN SULTAN

Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: L-Iljun Sultan


dramm muzikali bbazat fuq il-film animat


THE LION KING


 


 


Kitba u lirika ta’


Trevor Zahra


 


 


 


Karattri Principali:


 


MUFASA                 ______________________________


 


SIMBA (ZGHIR)     ______________________________


 


SIMBA (KBIR)        ______________________________


 


ZAZU                       ______________________________


 


SKAR                       ______________________________


 


TIMON                    ______________________________


 


PUMBA                   ______________________________


 


NALA (ZGHIRA)    ______________________________


 


NALA (KBIRA)       ______________________________


 


JENA-1                    ______________________________


 


JENA-2                    ______________________________


 


JENA-3                    ______________________________


 


SARABI                   ______________________________


 


 


 


 


 


 


XENA 1 - Pride Lands

 


Ftuh: KANZUNETTA 1

(Kor u Lead Singer jibdew ic-‘chants’ Afrikani ‘a cappella’).


 


Xemx titla’ (din tinhadem strixxi orizzontali li jitellghu mill-art bi xlief biex joholqu “shimmering effect”... fl-istess hin jitla’ d-dawl fuq is-Cyc u fis-Sala... effett ta’ Tlugh ix-Xemx.  Annimali jigu minn nahat differenti (anki mis-sala) waqt il-kanzunetta. 


 


Tkanta Lead Singer mill-Kor.   Pride Rock tkun quddiem il-bieb tal-palk (MR), barra fis-sala.  L-annimali jibdew jersqu lejn il-pozizzjoni finali... fuq il-palk (u forsi t-torgien) taht Pride Rock, iharsu ’l fuq jistennew il-maghmudija ta’ Simba. Mufasa u Sarabi bl-iljun tarbija fuq Pride Rock (il-prezentazzjoni) u t-tislim ta’ l-annimali.


 


 


KANZUNETTA 1  (Il-Hajja bla Tarf)


 


LEAD                  Nant sinvenya mabagi thibaba


KOR                    Sithi uhhmm wenya-ma


                                                                (Ye, wenya-ma)


LEAD                  Nant sinvenya mabagi thibaba


KOR                    Sithi uhhmm .................. venya-ma


                         (gen-gen,   va-va ............ haj-lah-bah)


                                                      (Wenya-ma)


Wenya-ma ....................... wenya-ma


(Siyo Nkobwe)


 


KOR                    (Tibda’ l-Muzika) Ingonyama neng w'enamabala


(din il-frazi tirrepeti matul il-kanzunetta kollha)


 


LEAD                  Hekk kif nifthu ghajnejna ghall-hajja,


U bil-qawwa tax-xemx niskantaw,


Nintebhu dlonk kemm hawn dwal mohbijin


Li ghajnejna mhu qatt se jaraw.


 


Hawn wisq triqat, hawn wisq gholjiet,


Moghdijiet li qatt m’inti se ssib;


Imma x-xemx fis-smewwiet


Tmexxi hi kull grajjiet,


Turina t-triq boghod minn kull tigrib.


 


KOR                    U dil-hajja bla tarf


Iddur cirku shih,


Fis-sahha w fil-mard


Fil-gid u fil-guh;


Sa ma nsibu t-triq


F’dil-gungla ffullata


Tul dil-hajja


Li ddur cirku shih


 


--- MUZIKA ---


 


U dil-hajja bla tarf


Iddur cirku shih,


Fis-sahha w fil-mard


Fil-gid u fil-guh;


Sa ma nsibu t-triq


F’dil-gungla ffullata


Tul dil-hajja


Li ddur cirku shih.


 


 


 


 


XENA 2 - Pride Lands


 


Filghodu.  Mufasa u l-iljunessi ghadhom reqdin.


Jidhol Simba.


 


SIMBA                Pa, pa, qum .... haffef... haffef.


 


MUFASA            (ghadu rieqed).  Hmmm... x’gara?


 


SARABI              (rieqda wkoll) Ibnek qam.


 


MUFASA            (ghadu rieqed).  Iva, izda qabel titla’ x-xemx dak ikun responsabbilta’ tieghek.


 


SARABI              Imma issa x-xemx telqghet.


 


SIMBA                Sebah pa.... sebah....!


 


MUFASA            (ghadu rieqed).  Mhux kuljum jisbah?  Hallini kwiet.


 


SIMBA                Pa... inti weghidtni.  Weghidtni li nitilqu malli titla’ x-xemx.


 


MUFASA            (beda jistejqer) U issa x-xemx telghet?


 


SIMBA                Dazgur li telghet.


 


MUFASA            (jistenbah) Mela mhemmx x’taghmel.  Ikollna nqumu..


                           


                            MUFASA jqum, jitmattar, jittewweb, ecc..


                            Forsi ftit muzika sakemm MUFASA u SIMBA jitilghu fuq Pride Rock.


 


MUFASA            Hares ibni.  Kull fejn ix-xemx tmiss bir-raggi taghha huwa s-saltna taghna.


 


SIMBA                Wow!


 


MUFASA            Simba, iz-zmien tal-hakma ta’ kull sultan, jitla’ u jinzel l-istess kif taghmel ix-xemx.  Ghad jigi zmien meta x-xemx tas-saltna tieghi  tinzel, u titla’ dik tas-saltna tieghek.


 


SIMBA                U dak kollu jkun tieghi?


 


MUFASA            Kollu kemm hu.


 


SIMBA                (skantat, qisu qed ikellem lilu nnifsu) Kull fejn ix-xemx tmiss bir-raggi taghha!!!  U dawk il-postijiet fejn hemm id-dell??


 


MUFASA            Dawk il-postijiet huma 'l barra mill-fruntieri taghna.  Simba, qis li qatt ma tersaq 'l hemm.


 


SIMBA                Imma... jien kont minghalija li Sultan jista’ jaghmel li jrid.


 


MUFASA            Eh... li tkun Sultan ma jfissirx li dejjem taghmel li trid.  Sultan jehtieg jifhem bosta hwejjeg ohra.


 


SIMBA                Xi hwejjeg huma?


 


MUFASA            Il-holqien kollu jghix flimkien f’armonija u f’bilanc delikat hafna.  Bhala sultan, ikun jehtieglek tifhem dan il-bilanc u tirrispetta l-hlejjaq kollha; min-nemel ckejken li bil-kemm jiccalaq, sac-criev li jaqbzu m’oghla sigra.


 


SIMBA                Pa, imma lic-criev  ahna nikluhom.


 


MUFASA            Iva, Simba. Ifhimni sewwa.  Meta mmutu gisimna jispicca u jsir haxix.  Ic-criev jieklu l-haxix. Qed tifhem?  Kollox huwa maghqud f’dan ic-cirku kbir tal-hajja, cirku li dejjem idur tond.


 


                            Jidhol ZAZU


 


ZAZU                  L-ghodwa t-tajba, Sire.


 


MUFASA            L-ghodwa t-tajba lilek ukoll, Zazu.


 


ZAZU                  Gejt naghtik ir-rapport ta’ kuljum.


 


MUFASA            Tajjeb.  X’ghandek gdid x’tghidilna?


 


KANZUNETTA 2  (Ir-Rapport ta’ Kuljum)