Monsieur Jourdain

addattament mill-kummiedja

Le Bourgeois gentilhomme

ta’

 MOLIÈRE

 

Kitba ta’

Trevor Zahra

 

 

 

 

Jiehdu Sehem:

 

 

Monsieur Jourdain

Madame Jourdain (martu)

Lucile (bint Monsieur Jourdain)

Maestro (ghalliem tal-muzika)

Zeffien (Ghalliem taz-zfin

Kmandant (Ghalliem tad-dwell)

Professur (tal-filosofija)

Tliet Qaddejja subien

Nicole (tfajla qaddejja)

Il-Konti Dorante

Il-Markiza Dorimène

Cleonte (il-mahbub ta’ Lucile)

Covielle (qaddej ta’ Cleonte)

Kantanta

Nutar

Zeffiena u Muzicisti

_____________________________________________________________________

 

 

            Att Wiehed

 

                    Is-Sala ta’ Monsieur Jourdain

--------------------------------------------------------------

 

                            Jidhlu MAESTRO  u ZEFFIEN

                                               

ZEFFIEN:          Liz-zeffiena qeghdin jistennew fl-intrata.

 

MAESTRO:        Prosit.  Lill-muzicisti tieghi wkoll hellejthom hemmhekk.

 

ZEFFIEN            Qed nara li gibt mieghek il-muzika wkoll !

 

MAESTRO          Dazgur.  (Jurih romblu karti li jkollu f’idu) Qabbadt jiktibha lil wiehed mill-istudenti tieghi. Biex tikkomponi serenata li toghgob lil Monsieur Jourdain ma tridx wisq gherf.

 

ZEFFIEN            Ghal  Monsieur Jourdain  kollox jghaddi, mhux hekk?  Imma taf x’hemm tajjeb.... li idu miftuha sew meta jigi biex ihallas.

 

MAESTRO          Minn daqshekk kollu minnu.  La darba Monsieur Jourdain wahhalha f’mohhu li jrid isir Gentlom u jitghallem dak kollu li jafu l-kbarat... allura mieghu zgur naqilghuha tajjeb.  Jiena nohodlu hsieb il-muzika....

 

ZEFFIEN            U jien nohodlu hsieb iz-zfin.

 

MAESTRO          U l-flus go bwietna dejjem dehlin.... ha ha  ha...

 

ZEFFIEN            Biss, nghidlek is-sewwa, xi drabi nkun nixtieq li dan l-imbierek ta’ Monsieur Jourdain, kien kapaci japprezza x-xoghol li qed naghmlulu.  Mill-flus qatt ma jhallina neqsin.... veru... imma afli, il-flus m’humiex kollox.  Xi drabi nkun nixtieq l-apprezzament ta’ min jifhem tassew.  Jiena nghidlek li ghalina l-Artisti m’hemmx aghar mit-tifhir ta’ l-injorant u c-capcip ta’ min mohhu mimli bil-qargha twil!

 

MAESTRO          Eh, habib... inti forsi ghandek ragun... imma t-tifhir u c-capcip ma jimlewx il-but.  Jiena nghidlek li l-aqwa apprezzament huwa dak li jista’ jissarraf f’valur monetarju... u minn dan it-tifhir Monsieur Jourdain ghandu biex ibigh.

 

                            JIDHOL JOURDAIN LIEBES ILBIES TA’ GEWWA.  MIEGHU JIDHLU ZEWG QADDEJJA SUBIEN.  WIEHED MINNHOM B’GAGAGA  LUSSUZA  MITWIJA FUQ DRIEGHU.

 

JOURDAIN        Hawn qed nara li intom bakkartu llum.  L-ghodwa t-tajba hbieb.  (Lill-Maestro).  Inti lestejthieli dik il-bicca xi haga li kellek tikteb? 

 

MAESTRO          (Offiz) X’jigifieri?  Xi trid tghid biha “bicca xi haga” ??

 

JOURDAIN        Insomma... dik hemm... x’tghidulha intom... serenata hux hekk?

 

ZEFFIEN            Jien lestejt ukoll zifna stupenda ghal maghha.

 

MAESTRO          Serenata mill-aqwa. Ghandna kollox lest biex insemmghuk il-muzika u tara z-zifna.

 

JOURDAIN        Tajjeb tajjeb.... irrid li ghal-lejla kollox imur tajjeb... anzi perfett.

 

ZEFFIEN            Mela nistghu nsejhu liz-zeffiena u l-muzicisti.

 

JOURDAIN        Stennew... l-ewwel irrid nilbes il-gagaga tal-harir.  Qaluli li l-kbarat dejjem joqoghdu gewwa bil-gagaga.  Tfajjel... ghinni nilbes... (ikun ghoddu libisha).  Ghalkemm... qed nghid ahjar nilbisha wara, ghax taghmilli s-shana. (jinzaghha).  Imma le, le... ahjar nilbisha.  (Jilbisha) B’dil-gagaga tal-harir inkun nista’ nara u nisma’ ahjar.  Haffu... fejn huma.... se thalluni nistenna ?

 

                            JIDHLU L-MUZICISTI, ZEFFIENI u KANTANTA

 

                            Kanzunetta Nru. 1

 

JOURDAIN        Tajba... mhux hazin kieku... imma ma jidhrilkomx li hi kemmxejn ta’ swied il-qalb?

 

MAESTRO          Monsieur, il-kliem jehtieg jimxi f’armonija mal-muzika.

 

JOURDAIN        Iva dazgur... mela x’inhu.  Imma darba kont smajt kanzunetta tghidx kemm kienet tajba.  Sa ftit ilu kont ghadni nafha.  Ha nara niftakarhiex.  Iva... kienet xi haga hekk ara:

 

                                    Kien hemm wahda mara fartasa,

                                    Li xehtet parrokka fuq rasha,

                                    Dlonk sabet gharus

                                    Li kien aghma w tal-flus

                                    W qatt ma nduna li rasha langasa.

 

                            Hux kemm hi tajba ?

 

ZEFFIEN            (B’ironija) Prosit Monsieur... ma kontx naf kemm ghandek vuci tajba.

 

MAESTRO          Imissek tibda tiehu l-lezzjonijiet tal-kant.

 

JOURDAIN        Tassew ?

 

MAESTRO          Dazgur... il-kbarat gentlomi kollha jitghallmu l-kant.

 

ZEFFIEN             U z-zfin.

 

JOURDAIN        Mela x’inhu!  Minn ghada stess irridkom tibdew taghtuni l-lezzjonijiet.

 

                            JIDHLU QADDEJJA 1 u 3

 

QADDEJ-1          Monsieur, wasal il-Kmandant tad-dwell.

 

QADDEJ-3          Monsieur, wasal il-Kmandant tad-dwell.

 

JOURDAIN        Ahhh.. prosit!  Ghidulu jghaddi malajr.  (Lil Zeffien u lil Maestro)  Ghax mill-gimgha l-ohra ’l hawn bdejt niehu l-lezzjonijiet tad-dwell... jew ahjar: L-Arti tax-Xabla... ghax qaluli li qatt ma tista’ tkun tabilhaqq gentlom, jekk ma tkunx taf thaddem ix-xabla.  Il-mara tghidli li dawn kollha hmerijiet... imma dik miskina mohhha dghajjef u qatt ma tasal biex tifhem misteri bhal dawn.

 

                            JIDHOL KMANDANT

 

KMAND              L-ghodwa t-tajba Monsieur Jourdain... qed nara li ghandek il-mistednin.

 

JOURDAIN        Dawn huma l-hbieb tieghi l-Maestro Clebeau li qed jghallimni l-muzika u l-Maestro Chenelle li qieghed jghallimni z-zfin.

 

KMAND              Mahbub Monsieur Jourdain, il-parir tieghi huwa li ahjar tiddedika hinek kollu fuq l-Arti tax-Xabla.  Wara kollox... din hi l-aqwa minnhom ilkoll.

 

ZEFFIEN/

MAESTRO          (Offizi) Kif  inhi din ?

 

ZEFFIEN            Trid tghid li x-xabla hija aqwa miz-zfin...??

 

MAESTRO          Jew mill-muzika??

 

KMAND              Hekk hu!  X’jiswew dawn il-hmerijiet kollha quddiem il-ponta tax-xabla, eh...?

 

ZEFFIEN            Hmerijiet..!!! Ma nippermettilek qatt tuza din il-kelma quddiem l-arti sagra taghna.

 

MAESTRO          Sur Kmandant.... dik li inti ssejhilha l-Arti Tax-Xabla  mhi xejn ghajr loghob tat-tfal. Ghadkom bhall-vavi tilaghbu tas-suldati... u malli xi hadd imerikom arakom tisiltu x-xabla u tilaghbuha tal-kbar.

 

ZEFFIEN            (lill-Maestro... imma apposta biex jisimghu l-Kmandant)  U l-intelligienza kollha taghhom hija rqiqa daqs ix-xabla li juzaw u timmolla aktar minnha.  (jiddiehku).

 

KMAND              Ninfidkom it-tnejn u naghmilkom passatur.

 

JOURDAIN        Isktu... isktu... hallikom minn dal-hmerijiet... isaw !

 

MAESTRO          U ahna nbellghuk snienek u nnittfulek mustaccik.

 

KMAND              Monsieur, qed nibza’ li f’din id-dar illum se naghmel wahda tinkiteb. Li kieku mhux  ghax nibza’ ghal dawn it-twapet tieghek kont nahsel kull m’hawn bid-dmija.

 

ZEFFIEN            Qed jibza’ li jaqta’ sebghu bix-xabla tieghu stess. 

 

KMAND              Ja zewg imbecilli.

 

MAESTRO          Pupu mlibbes ta’ buffu.

 

KMAND              Issa zzejjed... Monsieur, skuzani imma se jkolli nfarraklek nofs l-ghamara li ghandek!  (ikun se jislet ix-xabla).

 

                            JIDHOL Il-PROFESSUR.

 

PROFESSUR      X’gara... dan l-ghajat kollu??

 

JOURDAIN        (Jiehu r-ruh)  Ahh... Professur ta’ qalbi... wasalt propju fil-hin.  Ghandna bzonn il-gudizzju tieghek dwar it-tilwima li nqalghet bejn dawn it-tlitt ihbieb tieghi.  (Lit-tlieta l-ohra)  Dan huwa l-Professur tal-Filosofija... li qed jigi jaghtini lezzjonijiet dwar l-gherf kollu tad-dinja.

 

PROFESSUR      Ghiduli... ghiduli... x’inhi dit-tilwima ta’ bejnietkom?

 

MAESTRO          (Juri lill-Kmandant.)  Dan il-..... il-.... irid jghid li l-loghob bix-xabla huwa aqwa mill-Arti taghna.... mill-Arti tal-Muzika...

 

ZEFFIEN            U mill-Arti taz-Zfin....

 

KMAND              U hekk nibqa’ nsostni.  L-Arti Tax-Xabla hija Sultana fuq kollox.

 

PROFESSUR      Bil-mod l-ahwa... ma nghagglux.  Jiena nahseb li intom it-tlieta ghandkom zball.

 

L-OHRAJN:        X’inhu!

 

PROFESSUR      Hekk hu.  Dawk li intom qed issejhulhom Arti mhuma xejn hdejn il-kobor tal-Filosofija.  X’jiswew il-muzika, iz-zfin u l-loghob bix-xabla jekk mohhkom ma jkunx miftuh ghall-misteri tal-hajja.

 

ZEFFIEN            Aghlaq halqek ja bahnan...

 

MAESTRO          Ja pulcinell....

 

KMAND              Ja pupu mlibbes ta’ buffu....

 

PROFESSUR      Intom m’intom xejn hlief bicca gladjatur u bicca daqqaq u bicca ballerin!

 

IT-TLIETA          Nuruk ahna... mela hudha... dan izzejjed taf... (ecc)

                           

                            JAQBDU F’XULXIN U JOHORGU ’L BARRA JIGGIELDU.

 

JOURDAIN        (Wahdu) Iggieldu kemm tridu mela....  tahsbux li se nipprova nferraqkom.  Mela x’naghmel!!!  Biex ngharraq din il-gagaga gdida tal-harir.  Gentlom tal-klassi tieghi m’ghandu qatt jindahal fi glied redikolu bhal dan.

 

                            JIDHOL MILL-GDID IL-PROFESSUR BI HWEJGU MHARBTIN.

 

PROFESSUR      (Jirranga hwejgu u jitfarfar) Kollox sew.  Issa nistghu nibdew il-lezzjoni.  X’tixtieqni nghallmek ilum?

 

JOURDAIN        Kollox.  Irrid nitghallem dak kollu li l-genituri tieghi m’ghallmunix meta kont ghadni zghir.

 

PROFESSUR      Ghandek ragun; nam sine doctrina vita est quasi mortis imago.  Inti tifhmu l-Latin, hux hekk?

 

JOURDAIN        Dazgur... dazgur... imma ejja nghidu li  jkun hawn xi hadd li ma jifhmux, kieku dik kif tfissirhielu?

 

PROFESSUR      Jigifieri: Minghajr taghlim il-hajja tkun biss xbiha tal-mewt!

 

JOURDAIN        Precizament!  Eh... il-Latin lingwa kbira.  Mela x’se tghallimni llum?

 

PROFESSUR      Trid nibdew bi ftit tal-Logika.

 

JOURDAIN        Logika?  Din xi tkun ezattament?

 

PROFESSUR      Il-Logika hija x-xjenza li tittratta t-tliet operati tal-mohh...

 

JOURDAIN        Jigifieri...?

 

PROFESSUR      Jigifieri l-ewwel kif il-mohh jikkoncepixxi bis-sahha tal-premessi, it-tieni kif il-mohh jirraguna bis-sahha tal-kateoriji, u t-tielet kif il-mohh jigbed il-konkluzjonijiet bis-sahha tal-figuri:  Barbara, Celarent, Darii, Ferio, Baralipton..ecc

 

JOURDAIN        X’wahda din x’ismijiet koroh dawn!  Le, le le... nippreferi tghallimni xi haga isbah.

 

PROFESSUR      Mela tridx nghaddu ghal ftit filosofija morali.

 

JOURDAIN        Din xi tkun?

 

PROFESSUR     Il-filosofija morali tghallem lill-bniedem kif jikkontrolla l-passjonijiet tieghu....

 

JOURDAIN        Le, le, le... din mhix tajba ghalija.  Jiena bniedem tad-dinja u ma tantx inhobb min jindahalli fil-passjonijiet tieghi.  Meta jkolli aptit nirrabja rrid nirrabja b’qalbi kollha.

 

PROFESSUR      Mela allura x’se naqbad nghallmek?

 

JOURDAIN        Ghallimni l-ortografija.

 

PROFESSUR      La darba trid hekk.  Kollox sew.  Mela jehtieg nibdew mill-ittri ta’ l-alfabet.  Dawn il-famuzi ittri jinqasmu fi tnejn: vokali u konsonanti.  Il-vokali huma hamsa A, E, I, O, U... u l-konsonanti huma dawk kollha li mhumiex vokali. Qed tifhimni?

 

JOURDAIN        Sa l-inqas dettal.

 

PROFESSUR      Tajjeb.  Il-vokali A llissnuha billi nifthu halqna berah... A A A A

 

JOURDAIN        A A A.  Prosit.  Hekk hu!

 

PROFESSUR      Il-vokali E llissnuha billi ntellghu x-xedaq ta’ taht ’il fuq, vicin ix-xedaq ta’ fuq: A... E...

 

JOURDAIN        A - E... A - E... X’kull wahda wkoll!  Tafx li ghandek ragun !!

 

PROFESSUR      Biex nghidu l-vokali I jehtigilna nkomplu rressqu x-xedaq ta’ fuq u ta’ taht eqreb lejn xulxin u ggebbdu ftit halqna lagenba... A , E, I

 

JOURDAIN        A - E - I I I I... preciz... prosit..! Ahh kemm hu sabih l-gherf !

 

PROFESSUR      Il-Vokali O nghiduha billi naghlqu halqna u naghmlu xofftejna forma ta’ cirku.  A-E-I- O O O O

 

JOURDAIN        X’ghegubijiet A-E-I- O O O O.  Tafx li veru!

 

PROFESSUR      U fl-ahharnett il-vokali U ... nghiduha l-istess bhall-O imma ngebbdu xofftejna aktar ’il barra. A-E-I-O- U U U U

 

JOURDAIN        A-E-I-O- U U U U... xi gmiel!  X’misteri kbar fiha l-hajja!  Tassew dnub li ma bdejtx nitghallem qabel.

 

PROFESSUR      Ghada nibdew nitghallmu l-konsonanti.

 

JOURDAIN        Hmmm... professur... nixtieq nghidlek xi haga bejni u bejnek.. sigriet.

 

PROFESSUR      Tkellem Monsieur... tkellem...

 

JOURDAIN        Bejnietna.. jiena tlift ghaqli wara certa Markiza... gmiel tas-sema u l-art. Nixtieqek tghinni niktbilha ittra... ittra li nkun nista’ nixhithielha baxxa baxx go hogorha... Irridha miktuba bl-aktar mod irfinut.

 

PROFESSUR      Fhimtek.  Kif trid li niktbhuha... f’ghamla ta’ poezija?

 

JOURDAIN        Le.. le.. mhux poezija.

 

PROFESSUR      Tajjeb, mela niktubha fi proza.

 

JOURDAIN        Le... le lanqas proza.

 

PROFESSUR      Imma Monsieur, jehtieg bil-fors li tkun jew wahda jew l-ohra.

 

JOURDAIN        L-ghaliex ?

 

PROFESSUR      Ghax hawn biss zewg modi kif tista’ tikteb: jew poezija jew proza.

 

JOURDAIN        Daqshekk biss?

 

PROFESSUR      Hekk hu... dak kollu li mhux poezija huwa proza u dak kollu li mhux proza huwa poezija.

 

JOURDAIN        Allura d-diskors ta’ kuljum xi nsejhulu?

 

PROFESSUR      Proza.

 

JOURDAIN        Kif, allura trid tghidli li meta lil Nicola s-seftura nghidilha: ‘Fittex newwilli l-papocc u l-beritta!’ jien inkun qed nitkellem bil-proza ?

 

PROFESSUR      Hekk hu.

 

JOURDAIN        Xi gmiel!  Ili  aktar minn erbghin sena nitkellem il-proza u ma kontx naf.  Grazzi Professur... grazzi minn qalbi talli qed tiftahli mohhi ghal dan l-gherf kollu.

 

                            JIDHLU QADDEJJA 2 u 3

 

QADDEJ-2          Monsieur, wasal il-lavrant tal-hajjat bil-libsa l-gdida.

 

QADDEJ-3          Monsieur, wasal il-lavrant tal-hajjat bil-libsa l-gdida.

 

JOURDAIN        Kollox sew.. ghidulu jidhol fis-sala z-zghira.  Imxi mieghi, Professur, halli nipprova l-libsa l-gdida u fl-istess hin tghidli x’jidhirlek minnha.  Imbaghad nibqghu sejrin fl-istudju halli naraw kif se niktbu dik l-ittra.

 

                            QADDEJJA, PROFESSUR u JOURDAIN JOHORGU.

                            JIDHLU MADAME JOURDAIN u NICOLE

 

NICOLE              Monsieur Jourdain qalli li l-Konti ghandu jerga’ jigi dal-ghodu.

 

MADAME          Dazgur.. issa qed johodha drawwa gej u sejjer.  Afli tassew ghandi ragel bahnan biex qed ihalli bniedem bhal dak jaqbad mieghu b’dan il-mod.

 

NICOLE              Biex nghidlek, Madame, jien xejn m’ghandi grazzja mieghu. Dawn il-kbarat lilna jarawna dubbien.

 

MADAME          U l-ghaziz zewgi mohhu mimli li l-Konti l-akbar habib tieghu.

 

NICOLE              Hbieb ta’ dan it-tip jien xejn ma niehu gost bihom. (Minn taht l-ilsien) Bejnietna, Madame, il-Konti tghidx kemm flus qed jissellef minghand zewgek.  Monsieur Jourdain twajjeb wisq.

 

MADAME          Mhux twajjeb ridt tghid ... imma bahnan!!!

 

NICOLE              Ara ma tmurx tikxifni tafx....

 

MADAME          Ruhi Nicole, jien tghidx kemm ili nissuspetta.  U inti tahseb li bniedem aristokratiku bhall-Konti, se joqghod jithabbeb ma’ bicca negozjant bhal zewgi  ghalxejn.... hekk... ghas-sabih wiccu ?  Dak xamm li ghandna l-flus u qed jisolhu helu helu.  Imma xi trid taghmel la darba zzewwigt bahnan.

 

                            JIDHOL JOURDAIN  B’LIBSA REDIKOLA

 

MADAME          (lil Nicole) Rajtx x’ghidtlek... mhux biss bahnan imma buffu wkoll.  (lil Jourdain)  Hemm xi lbist... mela ma tafx li l-Karnival ghadda?

 

JOURDAIN        Ghaziza marti, jisghobbija nghidlek li inti tassew ma tifhimx fil-moda ta’ l-aristokrazija. Dan huwa l-istil l-aktar popolari fost il-kbarat.

 

MADAME          Eh iva?  Mela ghalfejn ilbistu int ??

 

JOURDAIN        Tassew ingrata!  Jiena naghmel hilti biex ngholli l-livell tal-familja taghna u nithabbeb ma’ l-aqwa nies tal-belt u inti dejjem tipprova tbaxxini.  Jien qed nipprova nitghallem u niftah mohhi... waqt li int bqajt fejn kont.  Ara... ha naghtik prova.  Bhal issa jiena biex qed nitkellem?

 

MADAME          Tajba din... b’ilsienek.

 

JOURDAIN        Iva... imma x’qed nghid...?

 

NICOLE              Salt hmerijet.

 

JOURDAIN        Iskot int, ja injoranta u tindahalx fi hwejjeg bhal dawn.  (lil martu)  Waqt li qed inkellemek... bhal issa... jiena x’jiena nuza?

 

MADAME          U issa jien naf.... sewwa qaltlek Nicole... salt hmerijiet.

 

JOURDAIN        Qed taraw kemm ma tafu xejn!?  Kemm bqajtu fid-dalma ta’ l-injoranza!  Bhal issa jiena qed nuza l-proza!  IL-PROZA!

 

NICOLE              (lil Madame) Nahseb il- “POZA” ried jghid.

 

JOURDAIN        (lil Nicole) U int ukoll.. ersaq ftit ’l hawn.  Ghid l-ittra E.

 

NICOLE              X’inhu?

 

JOURDAIN        Isa... ghid l-ittra E

 

NICOLE              E-E-E-E-

 

JOURDAIN        Taf x’inti taghmel bhal issa...

 

NICOLE              Nghid l-ittra E.

 

JOURDAIN        Bhal issa inti qed tittella’ x-xedaq ta’ taht lejn ix-xedaq ta’ fuq u ggebbed halqek lagenba.  E-E-E-E

 

NICOLE              E-E-E-E...

 

MADAME          U biex jghidulek dan kollu qed thallashom il-flus !!??

 

JOURDAIN        Afli inti tassew stinata u trid tibqa’ mohhok maghluq.

 

NICOLE              Jien nahseb li l-Madame qed tipprova tiftahlek  mohhok tassew...

 

JOURDAIN        Iskot int u razzan ilsienek.  Ftakar dejjem li int m’inti xejn hlief bicca seftura.

 

NICOLE              Mieghek ma tantx hemm cans ninsa, Monsieur... ghax ma tghaddix gurnata li ma tfakkarnix li jien bicca seftura!

 

MADAME          (lil zewgha)  Nicole qed tghidlek sewwa.  Ma nafx kif ma tisthi minn hadd.... kiber u tiblieh!

 

JOURDAIN        Ara x’qed nghidlek... minn hawn u ftit iehor ghandu jasal il-habib kbir tieghi, il-Konti Dorante... qis li tara kif iggib ruhek quddiemu. Jekk ma tafx kif mur inheba x’imkien.

 

MADAME          Habib kbir... dazgur... biex jisloh il-flus minn fuq dahrek.

 

JOURDAIN        X’inhu!!  Jisloh xejn... anzi huwa ta’ unur ghalija li jkolli l-opportunita’ naghmel pjacir lil bniedem importanti bhall-Konti.

 

MADAME          Dazgur... issa tara kemm se jaghtihomlok lura malajr.  Jien nghidlek li dak kollu li sliftu tista’ troddlu s-salib.

 

JOURDAIN        Ma tisthix titkellem hekk fuq il-kbarat ?

 

                            JIDHLU QADDEJJA 1 u 3

 

QADDEJ-1          Monsieur... wasal il-Konti Dorante.

 

QADDEJ-3          Monsieur... wasal il-Konti Dorante.

 

JOURDAIN        Fittxu ghidulu jghaddi.  (lil Madame)  U inti ara x’ghidtlek... razzan ilsienek.

 

NICOLE              Madame, nahseb jien ahjar immur nara x’ghad fadalli naghmel fil-kmamar ta’ fuq.

 

MADAME          (aside)  Le... le... oqghod hawn ha naraw dil-bicca kif inhi gejja.

 

                            JIDHOL IL-KONTI

 

KONTI                (isellem b’hafna cerimonji esagerati)  Ah.. Madame u Monsieur... l-ghodwa t-tajba.  Nittama li l-Madame tinsab tajba.

 

MADAME          Kieku n-nies ihalluna bi kwietna nkunu wisq ahjar.

 

KONTI                (lil Jourdain) U l-habib tal-qalb taghna, kif inhuwa dal-ghodu ?

 

JOURDAIN        Tajjeb hafna, ghaziz Konti... u meta nkun fil-kumpanija tieghek, inhossni wisq ahjar.

 

MADAME          (Aside ... lil Nicole)  Smajtha l-farsa... se tibda.

 

KONTI                Jiena ma gejtx biss biex narak... imma gejt, qabel xejn, biex niffinalizzaw il-bicca ta’ dik is-somma li inti gentilment ghogbok tislifni.  Irrid li mill-aktar fis inroddlok flusek lura.

 

JOURDAIN        (Aside... lil Madame)  Qed tara kif ikunu l-gentlomi.

 

KONTI                Inti nahseb ghandek miktub x’imkien, hux hekk, kemm hija s-somma dovuta minni, lilek?

 

JOURDAIN        (Jimxi lejn mejda u jgib karta)  Iva.. hawn ara...

                            (lil Madame)  Qed tara kif is-suspetti tieghek huma bla sens?

                            (Lill-Konti) Mela.. hawn ara:  l-ewwel darba kont sliftek 200 Livre....

 

KONTI                Iva... niftakar.

 

JOURDAIN        Imbaghad gimgha wara sliftek 350.

 

KONTI                Hekk hu.

 

JOURDAIN        150 Livre meta hallastek il-kont tal-hajjat.

 

KONTI                Precizament.

 

JOURDAIN        400 Livre li kont slift lil missierek.

 

KONTI                Dazgur, dazgur... dawk irridu nghodduhom ukoll.

 

JOURDAIN        U fl-ahhar nett il-500 tal-gimgha l-ohra.

 

MADAME          (Lil Nicole)  Meta ghidlek li zewgi bahnan, hadt zball.  Ridt nghid mignun!

 

KONTI                Prosit.  Qatt ghadni ma ltqajt ma’ gentlom tal-kalibru tieghek. Mela ghoddli ftit it-total ha naraw kemm jigu b’kollox.

 

JOURDAIN        Ghandi miktub ukoll.  B’kollox jigu elf u sitt mitt Livre.

 

KONTI                Ghaziz habib, nahseb li ghandek zball... ridt tghid elfejn Livre.

 

JOURDAIN        X’inti tghid ghaziz Konti..!?  Jien qatt ma nasal biex nitlob aktar milli nkun slift.  Ghandek taghtini biss elf u sitt mitt Livre.

 

KONTI                Imma jiena nsostni li ghandi naghtik elfejn Livre.

 

JOURDAIN        Hawn ara habib (jurih il-karta) elf u sitt mitt Livre biss.

 

KONTI                Iva... imma maghhom inti nsejt izzid l-400 Livre li se tislifni llum.

 

JOURDAIN        Hmmm.. kif.... hmmm ... dazgur.. dazgur...  grazzi ghaziz Konti; Nammetti li dawk kont se ninsiehom.  Tassew napprezza s-sincerita’ tieghek.

 

MADAME          (lil Nicole)  Imxi ’l barra Nicole... ghax jekk nibqa’ hawn nibza’ li se naghmel wahda tinkiteb.

 

KONTI                Jaqaw il-Madame thossha xi ftit storduta?

 

MADAME          Iva... ic-cifri kbar lili dejjem jistorduni.  Imxi Nicole.

 

                            MADAME U NICOLE JITILQU.

 

JOURDAIN        Hekk ahjar... issa nistghu nitkellemu bil-liberta’ kolha.  X’qaltlek il-Markiza Dorimène.... accettatu r-rigal tieghi ?

 

KONTI                Nghidlek is-sewwa ghall-ewwel ma riditx taccettah....

 

JOURDAIN        Imma r-rigali l-ohra li bghattilha kollha accettathom.  Inhossni tlift ghaqli warajha.

 

KONTI                Iva, imma r-rigali l-ohra kienu...biex nghid hekk... rigali zghar meta tqabbilhom ma’ dak id-djamant ta’ l-ghageb li bghattilha.  Qaltli: ‘Ma nixtiqux jahseb li rrid napprofitta ruhi minnu !’

 

JOURDAIN        Ah.. x’nobbilta’ ta’ karattru. Ma habbejt lil hadd daqsha. U l-istedina ghall-pranzu tal-lejla accettatha wkoll?

 

KONTI                Iva... imma tinsiex xi ftehemna.  Se nigu jien u hi flimkien taparsi gharajjes.

 

JOURDAIN        Dazgur, dazgur... b’hekk il-mara tieghi ma tissuspetta xejn. Ghaziz habib, tassew inhossni obbligat lejk ta’ dan kollu li qed taghmel mieghi: tar-rigali li qed twassalli ghand il-mahbuba ta’ qalbi... u talli qed tipprova tqanqalha ghalija.  Tassew inhoss li jien  ghandi d-dejn mieghek u mhux int.

 

KONTI                Dan qed naghmlu bil-qalb u bil-ferha kollha.  Il-bierah stess kont qed nitkellem dwarek mal-kbarat fil-palazz tar-Re?

 

JOURDAIN        Tassew?

 

KONTI                Ghidtilhom li ghadni qatt ma ltqajt ma’ gentlom tal-klassi tieghek.

 

JOURDAIN        Tassew?  U huma x’qalulek... jafuni ?

 

KONTI                Dazgur li jafuk.  U lkoll qablu mieghi li gentlom tat-tip tieghek ghadhom qatt ma raw.

 

JOURDAIN        (jinzel ibuslu idu)  Grazzi habib... grazzi...

 

KONTI                U haga ohra qabel ninsa.  Il-lejla, la tigi l-Markiza Dorimène, qis li ma ssemmilha xejn dwar ir-rigali u d-djamant li bghattilha...

 

JOURDAIN        Hekk tahseb ?

 

KONTI                Dazgur.  Ma’ mara nobbli bhall-Markiza Dorimène mhux xieraq li toqghod issemmilha r-rigali li bghattilha.  Ibqa’ cert li aktar tiehu impressjoni tajba tieghek meta tara li ghalik dawk ir-rigali qishom xejn.  Jekk toqghod issemmihomlha timbarazzaha.

 

JOURDAIN        Ghandek ragun.  Inti tassew habib sincier.  Issa imxi... ha nixorbu ftit flimkien... imxi...

 

                            JOURDAIN u KONTI JITILQU

 

                            JOHORGU LUCILE, NICOLE U MADAME

 

MADAME          Inti thabbel rasek xejn, ruhi... ibqa’ dejjem ghidlu le.  Missierek ma jistax jaqbad u jzewgek lil min ifettillu.

 

LUCILE              Jien ma rrid nizzewweg lil hadd hlief lill-mahbub tieghi Cleonte.

 

NICOLE              U jien ma rrid nizzewweg lil hadd hlief lis-seftur ta’ Cleonte... is-sbejjah Covielle.

 

MADAME          U hekk isir!  Issa taraw!

 

NICOLE              Imma Monsieur Jourdain xejn  m’ghandu grazzja maghhom.

 

LUCILE              Id-darba l-ohra qalli li jrid izewwgini ma’ xi Konti jew Markiz; ghax skond ma qal  hu, Cleonte mhux hlief bin neguzjant.

 

MADAME          U int x’inti.... mhux bint neguzjant ukoll!?  Anzi jekk nigu ghal dan, inti aghar minn Cleonte, ghax inzertajt bint neguzjant bahnan! Imma did-darba minix se nhalliha tghaddi tieghu.... issa taraw.

 

NICOLE              Fejn tafu Covielle kemm huwa gentili u mohhu jilhaqlu! Monsieur Cleonte jahlef bih.

 

MADAME          Intom hallu f’idejja.

 

                            JITILQU

 

                            JIDHLU CLEONTE U COVIELLE

 

CLEONTE          Lucile ta’ qalbi... fejn inti...?

 

COVIELLE        Ghaziza Nicole... fejn mort tistahbali ?

 

CLEONTE          Lucile...

 

COVIELLE        Nicole....

 

                            JIDHLU LUCILE U NICOLE U JMORRU JGHANNQUHOM

 

LUCILE              Ghaziz Cleonte... hawn x’gejt taghmel?  Mela ma tafx li jekk missieri jarak, tqum wahda kbira ?

 

CLEONTE          Naf iva... imma jehtieg inkellmek mill-aktar fis.  Hemm bzonn tkun taf  b’dak li  se naghmlu l-lejla.  Covielle ghandu pjan tassew tajjeb.  Ghidilha Covielle.

 

COVIELLE        (lil Lucile)  Imma l-ewwel nett irridu l-permess tieghek biex nidhku dahka kbira b’ Monsieur Jourdain u bis-sahha ta’ din ic-cajta int jirnexxilek tizzeweg lil Monsieur Cleonte u jien lill-ghaziza tieghi Nicole...

 

NICOLE              Covielle ta’ qalbi.

 

LUCILE              Ghandkom il-permess tieghi kollu.  Imma issa rridu nafu x’bi hsiebkom taghmlu....

 

                            L-ERBGHA LI HUMA JERSQU JPESPSU F’WIDNEJN XULXIN U JIDDIEHKU WAQT LI TIDHOL IL-MUZIKA U JITBAXXA D-DAWL GHAL BLACKOUT

 

                            JIXGHEL KOLLOX

                            QADDEJJA 2 u 3 JIDHLU FLIMKIEN MAL-KONTI U L-MARKIZA.

 

QADDEJ-2          Stennew hawnhekk, jekk joghgobkom.....

 

QADDEJ-3          .... Jekk joghgobkom..

 

QADDEJ-2          Halli mmur navza lill- Monsieur Jourdain bil-wasla taghkom.

 

QADDEJ-3          .... bil-wasla taghkom !

 

KONTI                Ghidulu m’ghandux ghagla.

 

                            QADDEJJA 2 u 3 JITILQU

 

MARKIZA          Ghandi seba’ mitt sena sa ma nara min huwa dan il-famuz Monsieur Jourdain.

 

KONTI                Tarah biss bizzejjed biex thoss qalbek se tinqasam bid-dahk.

 

MARKIZA          Ma jaqbilx inkompli naqsam qalbi aktar... bizzejjed hawn xi hadd li ga qed jaqsamhieli.  (Titfissidlu)

 

KONTI                (Jghannaqha) Ghaziza tieghi...

 

MARKIZA          L-aktar b’dawk ir-rigali li qed tibghatli.

 

KONTI                Jisthoqqlok aktar minn hekk.  Wisq aktar.

 

MARKIZA          Aktar minn dak id-djamant li tajtni l-bierah!!!???

 

KONTI                Dak mhu xejn!  M’hawn l-ebda djamant, fid-dinja kollha, li jizboq il-gmiel ta’ ghajnejk.

 

MARKIZA          Ghaziz ta’qalbi.  Imma mhux sewwa tonfoq dawk il-flejjes kollha fuqi.  Ara kemm rigali ilek taghtini.

 

                            JIDHOL JOURDAIN

 

JOURDAIN        (Jersaq quddiem il-Markiza jaghmel sensiela ta’ inkini)

                            Merhba bik nobbli Markiza u nizzikhajr mill-qiegh nett ta’ qalbi talli ghogbok tixhet fuqi unur kbir bhal dan u tigi zzejjen id-dar fqajra tieghi bil-prezenza radjenti u illustrissima tieghek... unur li se jibqa’ stampat hawn go qalbi ghall-eternita’.

 

KONTI                (lill-Markiza)  Kif tista’ tara, il-habib taghna Monsieur Jourdain huwa l-apice tal-gentilezza.

 

MARKIZA          Huwa pjacir u unur ghalina li nilqghu l-istednina tieghek, twajjeb Monsieur.

 

JOURDAIN        Nittama li l-ikel u d-divertiment li hejjejna jkun kollu ghall-gosti tieghek.  U la qed insemmu d-divertiment jaqbel li qabel ma nghaddu ghall-pranzu nisimghu ftit tal-muzika.

                            (Icapcap idejh)  Muzika... haffu!

 

                            JIDHLU ZEFFIENA , MUZICISTI u KANTANTA

 

                            KANZUNETTA Nru 2  --- ZIFNA

 

                            MA’ TMIEM IZ-ZIFNA JIDHLU QADDEJJA 1 u 3

 

QADDEJ-1          Monsieur, hawn sinjur li qed jghid li huwa l-Konti Julien.  Jixtieq ikellmek.

 

QADDEJ-3          Monsieur, hawn sinjur li qed jghid li huwa .......

 

JOURDAIN        Issa!?  M’ghidtulux li bhal issa ghandi l-mistednin?

 

QADDEJ-1          Ghidtlu Monsieur, imma qal li ghandu messagg urgenti ghalik.

 

QADDEJ-3          Urgenti ghalik !

 

JOURDAIN        (Lill-Konti)  Qatt smajt bih dan il-Konti Julien?

 

KONTI                Ma jidhirlix... forsi minn xi belt imbieghda.

 

JOURDAIN        Insomma...  naraw xi nqala’.  Ghidulu jghaddi.

 

                            JIDHOL COVIELLE B’ILBIES NOBBLI.

 

COVIELLE        Ah.... Monsieur Jourdain... kemm qed nifrah li qed nerga’ narak wara dawn is-snin kollha!

 

JOURDAIN        Tassew?  Skuzani... ma nistax niftakar li qatt kellna konoxxenza ta’ xulxin.

 

COVIELLE        Dazgur... meta ltqajna l-ahhar konna ghadna t-tnejn ckejknin hafna.  Imma l-papa’ tieghek u tieghi kienu t-tnejn hbieb kbar.  Il-familja tieghi kienet siefret lejn Kostantinopli snin ilu.

 

JOURDAIN        Jista’ jkun... ghax il-papa’ tieghi kellu hafna hbieb influwenti.  Hallini nintroducik man-nobbli Markiza Dorimène u mal-habib kbir tieghi l-Konti Dorante.

                            (isellmu ’l xulxin)

 

KONTI                (lil Markiza) Afli dan jixbah mija fil-mija lil Covielle, il-qaddej ta’ Cleonte.

 

COVIELLE        (Aside, lill-Konti)  Ixxx.. iskot... Dazgur li jiena Covielle.  Imma ghal issa jiena l-Konti Julien.  Issa taraw xi praspura ghandna fil-komma.

 

MARKIZA          Ghandi pjacir nobbli Konti Julien.

 

COVIELLE        (Lil Jourdain)  Gejt apposta minhabba s-sbejha bintek.

 

JOURDAIN        Binti?  Isma’ x’kull wahda!  Binti fiex tidhol?

 

COVIELLE        Ghandek ragun. Halli nibdielek kollox mill-bidu nett.  Wiehed mill-akbar hbieb tieghi f’Kostantinopli huwa Sahib Muxtafa’ Es-Sid, it-tifel il-kbir tal-Gran Sultan Tork....

 

JOURDAIN        Tassew?

 

COVIELLE        Fil-fatt ghamilna dan il-vjagg flimkien.  Bin il-Gran Sultan wahhalha f’rasu li jrid jizzewweg tfajla minn din il-belt.  Ftit jiem ilu ra lis-sbejha bintek hierga mid-dar u nista’ nassigurak li tilef rasu warajha.  Ilu ma jorqod tliet iljieli.  Talabni bil-hniena biex nitkixxiflu min hija.. u jien... malli sirt naf li din it-tfajla mhi hadd hlief bintek l-ghaziza... ghidtlu jhalli l-bicca f’idejja peress li jien habib antik tal-familja.

 

JOURDAIN        (lill-Konti u l-Markiza... kollu ferh u eccitament)  It-tifel tal-Gran Sultan Tork irid jizzewweg lil binti!!  Din qatt ma kont nobsorha f’mitt sena.

 

COVIELLE        Bhala rikonoxximent tal-kunsens tieghek, lilek lest li jahtrek Makukicci...

 

JOURDAIN        Makukicci???

 

COVIELLE        Makukicci tfisser nobbli ta’ l-oghla grad... nghidu ahna bhal.... hmmm...

 

KONTI                Bhal Konti ?

 

COVIELLE        Le... oghla minn hekk...

 

MARKIZA          Jew Markiz ?

 

COVIELLE        Oghla, oghla...

 

KONTI                Forsi Duka ?

 

COVIELLE        Ejja nghidu xi haga bejn Duka u bejn Princep.

 

JOURDAIN        Imma din ix-xorti hija zzejjed ghalija.  Jehtieg infittex ngharraf b’kollox lil marti.

 

COVIELLE        Martek, naturalment issir awtomatikament Makukicca.  Allura lill-Princep nista’ nghidlu li inti taccettah bhal zewg bintek ?

 

JOURDAIN        Naccettah?  B’idejja t-tnejn miftuhin berah.

 

COVIELLE        Allura nahseb li ahjar immur nghdilu jidhol.

 

JOURDAIN        Kif... trid tghidli li Bin il-Gran Sultan ilu daz-zmien kollu wara l-bieb, jistenna?  Mur fittex ghidlu jidhol... haffef... haffef !

 

                            COVIELLE JITLAQ

 

JOURDAIN        Habat tajjeb li intom inzertajtu hawn mieghi.  (Lill-Markiza)  Ghaziza Markiza, issa, la darba se nilhaq Makukicci, nittama li l-kumpanija tieghi tkun tista’ taghmillek unur akbar.

 

                            JIDHOL MILL-GDID COVIELLE SEGWIT MINN CLEONTE LIEBES TA’ TORK NOBBLI.

 

COVIELLE        Il-Princep Sahib Muxtafa’ Es-Sid, bin il-Gran Sultan Mahfus bin Maghkus El-kabir.

 

CLEONTE          (Jaghmel inkin u tislima torka) Akkam krok soler onk alla mustafa’ gidela varihi...

 

JOURDAIN        (lil Covielle)  X’qalli ? X’qalli ?

 

COVIELLE        Qallek:  Ir-raggi tax-xemx isaltnu go din id-dar u l-ferh jissawwab fuqek bhall-ilma gieri.

 

JOURDAIN        Ah... l-ilsien Tork kemm huwa lingwa sabiha!!  Fittex ghidlu li jiena nilqa’ bil-ferha il-proposta tieghu li jiehu lil binti b’martu.

 

COVIELLE        (lil Cleonte)  Marbaba sahem am krikki al kordoban tellem, markibi harba salem.

 

CLEONTE          Faranga faran, palanga palan, sirka sirki sarka, barka, birka, berka... solanka solen... amaga...

 

COVIELLE        Qallek: “Grazzi hafna!”  Issa nahseb li ahjar issejjah lil bintek biex tfittex tlaqqaghha ma’ l-gharus gdid taghha.

 

KONTI                U nahseb li dak li ghandu jsir ahjar ifittex isir minnufih.

 

COVIELLE        Dazgur,  wara l-bieb hemm ukoll in-nutar biex jekk kulhadd jaqbel, infittxu niffinalizzaw il-bicca kollha u naghmlu l-kuntratt taz-zwieg.

 

JOURDAIN        Hekk hu!  Hekk hu!  Xorti bhal din ta’ min jahtafha.  (Icapcap idejh u jidhlu Qaddej 2 u 3)

                            Morru fittxu ghidu lil Madame u lil Lucille jigu hawn... issa.

 

QADDEJ-2          Kollox sew Monsieur.

 

QADDEJ-3          Kol....

 

                            QADDEJ 2  JAHTAF LIL QADDEJ 3 U JSODDLU HALQU. JITILQU

 

CLEONTE          Bradam mahber, argatas felum ahmates.

 

COVIELLE        Qallek:  Il-Gran-Sultan missieru jibghatlek il-barka tieghu kollha u jalla s-sigra tieghek taghmel frott is-sena kollha, il-bhejjem jimlewk bil-frieh u n-nisa tieghek ikunu dejjem fidili lejk.

 

JOURDAIN        (lill-Konti u lill-Markiza)  Smajtuha din.... il-Gran Sultan jibghat iselli ghalija.  Dazgur, issa jien u hu se nkunu ta’ gewwa.  Kif se jkun jigi minni?  Hatni?  Nibda nghid: “Iva.. mela... ghax hatni l-Gran Sultan... hekk qalli l-ahhar li ltqajna.”

 

                            JIDHLU MADAME, LUCILE U NICOLE

 

JOURDAIN        (lil martu) Ghaziza Makukicca tieghi, illum nizlet xita ta’ barka fuq id-dar taghna.  Hawn ara, il-Princep-ma-nafx-x’jismu, bin il-Gran Sultan Tork, irid jizzewweg lil Lucile taghna.  Ersaq ’l hawn binti.... ersaq tisthix minnu.... ara kemm hu simpatku.

 

LUCILE              (lil Cleonte, b’teghmiza) Ghandi pjacir.

 

CLEONTE          Asfala mabruk al xkelta mahas!

 

COVIELLE        Qallek:  It-teptip tal-kwiekeb u d-dija kollha tal-qamar jinhallu fix-xejn hdejn il-gmiel t’ghajnejk.

 

JOURDAIN        (lil martu) Qed tara, ghaziza tieghi, x’xorti messitna.  Xi tghid eh?

 

MADAME          (sarkastika) Jekk inti trid izewwighulha jiena miniex se mmur kontra x-xewqa tieghek.

 

JOURDAIN        Brava.. brava..  sa fl-ahhar qed titghallem.  U inti xi tghid, Lucile, hanini?

 

LUCILE              Insomma....inti  tassew tixtieqni  nizzewgu ?

 

JOURDAIN        Dazgur.  Anzi, bhala missierek li naf x’inhuwa tajjeb ghalik jien nordnalek  nilqghu bhala zewgek.

 

LUCILE              Mela allura jkolli nbaxxi rasi u naccetta.

 

JOURDAIN        Brava... brava... (lill-Konti u lill-Markiza)  Qeghdin taraw x’kontroll ghandi fuq il-familja tieghi!  Mela nistghu nsejhu lin-nutar u naghmlu l-kuntratt.

 

COVIELLE        Monsieur, jiena nixtieq nitolbok favur.  Meta rajt lil Nicole... ma nafx x’hassejt. Nistqarr li nlift warajha.  Nitolbok taghtiha l-permess tieghek biex tkun marti.

 

JOURDAIN        Imma...nobbli Konti Julien, Nicole hija biss daqsxejn ta’ qaddejja.  Inti jixraqlek xebba nobbli.

 

COVIELLE        Tibzax, il-Princep qalli li lest jaghtiha t-titolu ta’ Skarfana...

 

JOURDAIN        Jigifieri...?

 

COVIELLE        Tip ta’ Barunissa.

 

JOURDAIN        Eh.. hekk mod iehor.  Mela ghandkom il-kunsens tieghi kollu.

 

NICOLE              Jien naccetta wkoll... ghaziz “Konti” tieghi. (tmur tghannqu)

 

JOURDAIN        (icapcap)  Mela fittxu sejhu lin-nutar.

 

KONTI                U la darba se jkun hawn in--nutar,  jien u l-Markiza qed nithajru naghmlu wkoll il-kuntratt taz-zwieg taghna.  Hux tassew ghaziza tieghi?

 

MARKIZA          Hekk hu.

 

JOURDAIN        (Jigbed lill-Konti fil-genb)  Naturalment... bic-cajt hux hekk... biex marti ma tissuspettax li jien u l-Markiza ninhabbu???

 

KONTI                Dazgur... dazgur...

 

JOURDAIN        Afli li inti tassew mohhok jilhaqlek.

                            (B’lehen gholi) U wara l-kuntratt ta’ dawn it-tliet zwigijiet immorru ghall-pranzu.

                            (Lil martu) Qed tara ghaziza marti, kif  bil-ghaqal ta’ mohhi rnexxielna nidhlu fil-qalba ta’ l-aristokrazija.

 

MADAME          Ghaziz tieghi, jiena certa li m’hawnx mara ohra li ghandha ragel bhalek.

 

                            JIDHOL IN-NUTAR

 

NUTAR              In-nutar hawn!  Fejn huma l-gharajjes?

 

JOURDAIN        Mela l-ewwel il-kuntratt imbaghad kulhadd ghall-ikel!

 

CLEONTE          Kalamar onki, onka anka.

 

COVIELLE        Li tfisser:  “Kull min jipprova jitla’ ’l fuq izzejjed, jiehu tisbita kbira!”

 

                            ==========  S e p a r j u ==========

 

                                                  CURTAIN CALL

 

                                                  Kanzunetta Nru 3

 

-------------------------------------------------------------------------------------------------------