Paqq-pumm Lejlet il-Milied

--------------------------------------------------------------------------

Trevor Zahra

--------------------------------------------------------------------------

recta bbazata fuq

BANG GOES CHRISTMAS

ta’ James Walter Blakely

--------------------------------------------------------------------------

 

Jiehdu Sehem:

 

Anton Pisani (neguzjant)     

 

Klara Pisani (martu) 

 

Melissa (binthom; ta’ 14-il sena)     

 

Albert (binhom; ta’ 12-il sena)         

 

Karmena Tabone(il-kugina ta’ Klara)

 

Mandy (bintha; ta’ 14-il sena)

 

Freddie (binha; ta’ 12-il sena)

 

Is-Sur Pizzuto Manara (neguzjant)

 

Is-Sinjura Pizzuto Manara (martu)

 

Is-Sur Ferrante (neguzjant)

 

Is-Sinjura Ferrante (martu)

 

Gladys (seftura)

 

Charlie (butler)

 

Father Christmas / Tallab

(l-istess persuna)

 

 

Xena wahda:

Is-salott tal-familja Pisani.  Xi sufanijiet.  Sigra tal-Milied go rokna.  Fuq tavolina hemm recipjent bil-karawett u bowl bil-punch.  Fuq tavolina ohra vaska b'huta go fiha (huta tal-plastik), telefon u notebook.  Kaxxa tissues fil-qrib.  Xi tizjin tal-Milied.

 

          RECTA  F’ATT  WIEHED

 

                              Malli jiftah is-separju, Albert u Melissa jkunu qed izejnu s-sigra.  Klara u Anton idendlu xi tizjin iehor mas-saqaf.  Klara tippanikja.  Anton aktar indifferenti.

 

KLARA                      Hallejna kollox ghall-ahhar.  Ara kemm ili nghidilkom jien biex dat-tizjin illestuh minn kmieni.

 

ANTON                      (kalm) U tibzax... tibzax.  Kollox nilhqu llestu.  Baqa’ saghtejn ohra.

 

KLARA                      Dazgur imma dawk ix-xjafek ta’ murtaletti tieghek ilek gimgha li xtrajthom.

 

ANTON                      (b’entuzjazmu) Eh, imma dawk mod iehor!

 

ALBERT                    (jersaq lejn missieru)  Tassew li n-nannu kien dejjem jaghti l-murtaletti nhar il-Milied?

 

ANTON                      Mela x’inhu.  Dejjem hekk niftakru.  Nhar il-Milied filghodu, malli jdoqqu t-tmienja arah jitla’ fuq il-bejt u jtella’ nofs tuzzana murtaletti.  U meta n-nannu marad, beda jtella’ l-murtaletti missieri.  Kulhadd kien ikun jistenniehom.

 

MELISSA                  (tersaq hija wkoll hdejhom)  U int bqajt izzomm it-tradizzjoni..!

 

ANTON                      Hekk hu.  Ghalija l-Milied ma jkunx komplut minghajr dawk il-murtaletti mat-tokk tat-tmienja.

 

KLARA                      Periklu... dak li huma!  Nittama li hallejthom fil-bitha.

 

ANTON                      Iva, fil-bitha qeghdin.  Hemm kaxxa tal-kartun b’salib ahmar fuqha.  Tmissuhomx.  Insomma... wara kollox, murtaletti zghar kulma huma... xejn ta’ barra minn hawn.

 

KLARA                      (tibdel it-ton tad-diskursata) Ajma nhoss rasi se tinqasam bil-hsibijiet.  Nittama li kollox imur tajjeb ghall-ikla tal-lejla.

 

ANTON                      Inti tassew tinkwieta zzejjed!

 

KLARA                      Ninkwieta, mela le!  Dak ghax irrid li nhallu impressjoni tajba mal-mistednin.  Is-Sur u s-Sinjura Ferrante jehtieg inzieghlu bihom. 

 

ANTON                      Minn daqshekk veru.  Biex tirnexxili dik il-bicca negozju kbira, is-Sur Ferrante jrid ikun.  Minnu jiddependi kollox.  U s-Sur Pizzuto-Manara jittama li jidhol bi shab mieghi.

 

KLARA                      Mela ghandi ragun nithasseb, hux tassew?  Is-Sinjura Pizzuto-Manara mara high-class u rridu nuruha li nafu kif imorru l-affarijiet.  Ara, ejja nergghu naghtu daqqa t’ghajn il-lista, biex inkunu certi li ma hallejna xejn barra.

                                  (Iggib karta minn x’imkien u tibda taqra.  Anton imur jintelaq fuq is-sufan b’nuqqas ta’ interess)

 

KLARA                      Il-Father Christmas?

 

ANTON                      OK... cempilna l-agenzija u ghandhom jibghatulna ragel fl-ghaxra u nofs.  Wara kollox, din tal-Father Christmas naraha  zejda.

 

KLARA                      Kif zejda?!  Haga sabiha li jigi u jqassam ir-rigal hu.

 

ALBERT                    Ma setax libes il-papa’?

 

KLARA                      Int tindahalx u kompli fuq xoghlok.  Ma tarax li ma jixraqx li missierek joqghod jitbellah.  Dak irid ikompli mal-mistednin.

                                  Mela.... (tkompli taqra mil-lista) is-seftura u l-Butler!

 

ANTON                      Suppost ikunu hawn daqs siegha ohra.

 

KLARA                      Iz-ziju Gorg!  Nittama li ma jwaqqaghlniex wiccna l-art... hu u Karmena u t-tfal.

 

ANTON                      Klara, liz-ziju Gorg ukoll irridu nzieghlu bih.  Jekk ma jislifnix dawk l-ghaxart elef lira li tlabtu, addio l-bicca negozju li qed nippjanaw.

 

KLARA                      Iva, imma ma nafx ghalfejn talabna biex igib mieghu lin-neputija u t-tfal.

 

ANTON