IT-TIFLA LI WAQGHET GO KTIEB

Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: It-tifla li waqgħet ġo ktieb


IT-TIFLA

LI WAQGHET 

GO KTIEB


adattament liberu minn

Trevor Zahra

tad-dramm

The Boy Who Fell into a Book

ta’ 

Alan Aychbourn


------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Jiehdu Sehem:


MARICA (tifla ta’ xi 10 snin):


VUCI tal-MISSIER / Narratur:


BLATSAMM (super-eroj):


MONIQUE (villian):


XIEREF (sieheb MONIQUE):


Sekwenza tac-Cess:


SULDAT Abjad:

Isqof Ahmar:

Gareth (Kvallier Ahmar):

Ir-REGINA l-Bajda:

Sekwenza tal-Hrejjef ta’ Grimm:


Rumplestiltskin:

In-NANNA/il-Lupu:

Little Red Riding Hood:

Sekwenza ta’ “Meta Jaqa’ c-Cpar”:


JOHN

HELEN

MARTHESE

FRANKIE

PAWLU

SALVINA

Sekwenza tal-Wublis:


Il-Papa’ Wubli:

Il-Mama’ Wubli:

Baby Wubli:


1 - Xena


Fil-kamra tas-sodda ta’ MARICA.

MARICA qed taqra gos-sodda:


MARICA “...... BLATSAMM, l-eroj qalbieni, beda jiggieled b’qawwa ta’ ljun feroci.  Vrumm.  Terrorista iehor jitfarrak ma’ l-art b’daqqa qawwija ta’ BLATSAMM.  Xuuum... Bang... Gemgha shiha ta’ qattiela jistabtu mal-hajt. Zriiiiin... sikkina tleqq tghaddi bhal sajjetta minn hdejn ras BLATSAMM, imma dan iwarrab fil-waqt u s-sikkina tehel go hajt tal-konkrit.  Ahhhhh.... BLATSAMM jahtaf hallieli iehor minn qaddu u jsabbtu ma’ l-art.  Ftit sekondi wara, l-art kollha tal-mahzen kienet miksijin bl-igsma tal-qattiela u t-terroristi.  Imma aktar u aktar gellieda baqghu gejjin jahbtu bil-qawwa kollha ghal BLATSAMM.  Il-kap taghhom, maghruf bhala s-Seqer l-Iswed, did-darba wahhalha f’rasu li jahtaf taht idejh darba ghal dejjem lil BLATSAMM.  Ried jirbahlu bil-kwantita’.  Ghalkemm BLATSAMM baqa’ jiggieled bi qlubija kbira, sa fl-ahhar l-ghedewwa tieghu inxethtu fuqu lkoll flimkien u nizzluh ma’ l-art.  Nofsu mitluf minn sensih, BLATSAMM ipprova jibqa’ jirrezisti, imma issa kien meghlub. Kaxkruh lejn bieb kbir tal-hadid u f’tebqa’ t’ghajn BLATSAMM sab ruhu msakkar fil-forn tal-funderija....”


MISSIER (vuci) MARICA!


MARICA Hawn, pa’!


MISSIER Jaqaw ghad ghandek id-dawl jixghel?


MARICA (titfi bil-heffa d-dawl tal-komdina)  Le... mitfi!


MISSIER Nittama li jibqa’ mitfi.  Taf li ga saru l-ghaxra u nofs, hux?  Ghidtlek kemm-il darba li jekk trid taqra, aqra fid-dawl tax-xemx.


MARICA Kollox sew, pa’.


MISSIER Oroqd.  Il-lejl it-tajjeb.


MARICA Il-lejl it-tajjeb.  (Tistenna ftit  u tissemma.  Meta jidhrilha li kollox ikkwieta terga’ tixghel id-dawl).


MISSIER (Minnufih)  MARICA!!


MARICA titfi d-dawl bil-heffa.


MISSIER Ma nghidlekx darba ohra!


MARICA Kont biss qieghda nara fejn hu s-swicc.


MISSIER Orqod.


MARICA tpoggi l-ktieb fuq il-komodina hdejn kotba ohrajn.


MARICA Kif jista’ jkun jirnexxili noroqd hekk... f’nofs ta’ storja.  Zgur mhux se jigini n-nghas qabel ma nara kif se jispicca BLATSAMM.  Ghandu mnejn se jmut maqbud go dak il-forn fejn idewbu l-hadid!  Nahseb lanqas nifs bizzejjed m’ghandu hemm gew.  Jista’ jmut fgat.   Jew inkella ghandhom mnejn jixeghlu l-forn u BLATSAMM jispicca rmied.  Jew inkella jimlew il-forn bl-ilma, jew bil-gass... jew b’xi haga ohra.   Min jaf?  Meta taqra ktieb... jekk ikun ktieb tajjeb...  tkun qisek inqbadt go nassa... mhux bhal meta tara film.  Film tarah fuq l-iscreen... 'il barra minnek innifsek; imma ktieb ikun qed isehh hawn, go mohhok u inti tkun donnok dhalt go fih.  Issir parti minnek u l-grajja thossha qed issehh tassew... tassew... tassew... tassew... tassew...


Torqod. Taqa’ mis-sodda.  Kollox jisparixxi u ssib ruhha go roqgha dawl.  Tqum fuq riglejha.


Hawn fejn gejt?  Dan x’post hu?


VUCI (minn god-dalm)  Ieqaf hemm u ara biss ticcaqlaq!


MARICA (mahsuda) Min int?


VUCI Ghidtlek ara biss ticcaqlaq.  Ghandi pistola .22 fil-kalzetta, ohra .38 fil-gakketta u l-.45 tinsab immirata lejk.  Jekk imqar iccaqlaq xaghra wahda minn rasek naghmel gharbiel.


MARICA Min inti?


VUCI Gholli jdejk 'il fuq u armi l-pistola ma’ l-art.


MARICA Ma nistax.


Vucu Ittellifnix sabri.  Jew taghmel li qed nghidlek jew inbattal hamsin balla fuqek.


MARICA Impossibbli naghmel li ghidtli!   Kif nista’ ngholli jdejja 'l fuq imbaghad narmi l-pistola.


VUCI (wara pawsa)  OK... mela l-ewwel armi l-pistola, imbaghad gholli jdejk 'l fuq.


MARICA U lanqas hekk ma nista’...


VUCI (b’rabja kbira)  Se navzak ghall-ahhar draba....


MARICA Mintix tara.  M’ghandix pistoli x’narmi..!

(tohrog dirghajha 'l barra)


VUCI Min int?  X’gejt taghmel hawn?


MARICA Jisimni MARICA Delicata u din hija l-kamra tas-sodda tieghi.


VUCI Kamra tas-sodda!!??  Kif... inti torqod hawn?


MARICA Iva.


VUCI Jaqaw inti xi eremit stramb?


MARICA (dubjuza)  Ta’ lanqas...  nahseb li hija l-kmara  tieghi.  Sa ftit ilu hekk kienet.  Insomma, wara kollox nista’ nistaqsi l-istess haga lilek.  Int x’gejt taghmel hawn... u min int?


Tidher tintxeghel lighter tas-sigaretti. Il-kamra tiddawwl u jitfacca BLATSAMM.


BLATSAMM Jien jghiduli BLATSAMM!


MARICA Kif... inti BLATSAMM?  Dak l-istess BLATSAMM tal-grajja?  BLATSAMM l-eroj!!!


BLATSAMM (bla sabar) Eh.. eh... BLATSAMM.  BLATSAMM!  U inti min ix-xjaten tkun?


MARICA Ga ghidtlek jiena Mar...


BLATSAMM Eh... Mariza Debrincat.  Tajjeb.  Imma ghadek m’ghidtlix x’int taghmel hawn.


MARICA MARICA Delicata!


BLATSAMM Orrajt... orrajt!  U x’int taghmel hawn?


MARICA Jiena kont biss qed nipprova... (thares madwarha). Imma dan x’post hu?


BLATSAMM Ma tafx?


MARICA Le ma nafx.


BLATSAMM M’ghidtlix li hija l-kamra tas-sodda tieghek?


MARICA Iva... imma mid-dehra m’ghadhiex hekk. Fejn qeghdin?


BLATSAMM Bhal issa ninsabu f’dak li, bil-lingwa tieghi nsejhulu:  “daharna mal-hajt!”  Post li fih ma tantx thoss bard, ghax jekk ifettlilhom jxeghluh, jien u inti nsiru BBQ.


MARICA (bi staghgib kbir) Il-forn tal-funderija!


BLATSAMM Imma mid-dehra did-darba se jippruvaw idewbu 'l-bnedmin minflok il-hadid.


MARICA U sakkrek hawnhekk is-Serqer l-Iswed, hux tassew?


BLATSAMM (mahsud) X’taf dwar is-Seqer l-Iswed?  Haffef, ghidli!


MARICA Naf mhux hazin.


BLATSAMM (B’theddid)  Dazgur... inti komplici mieghu!


MARICA Le.. le ..jiena smeplicement...


BLATSAMM Kif taf bis-Seqer l-Iswed?


MARICA Le... semplicement kont qed naqra l-ktieb.


BLATSAMM Xi ktieb hu?  Is-Seqer l-Iswed hareg xi ktieb?


MARICA Le... kif se naqbad nispjegalek???


BLATSAMM Hares 'l hawn.... jekk se toqghod gejja bil-misteri se tispicca hazin.  Qed nistenniek tghidli x’inti taghmel hawn gew.


MARICA Kollox sew.... nghidlek... imma zgur mintix se temminni....


BLATSAMM Ippruvani.  Jekk tghidli l-verita’ nemmnek.


MARICA (bil-heffa)  Jien kont fis-sodda qieghda naqra ktieb jismghu “BLATSAMM u l-Kaz tas-Seqer l-Iswed” u kont wasalt f’nofsu meta l-papa’ qalli biex nitfi d-dawl.  Bqajt wicci 'l fuq gos-sodda, fid-dlam, nahseb fuq l-istorja, meta f’salt wiehed hassejtni qisni qieghda naqa u sibt ruhi hawnhekk.


BLATSAMM Minix nemmnek!


MARICA Ghidtlek jien li mintx se temminni!


BLATSAMM Insomma, int min int mhux suppost li qieghda hawnhekk.  Naf li inti spissjata ghall-ahhar, imma xorta wahda hawn mhux postok.


MARICA Iva, naf li mhux suppst qieghda hawn... imma heqq... waqajt f’dal-post.


BLATSAMM Tajjeb mela fittex erga’ aqa’ lura!


MARICA Kif?  Tista’ tghidli kif?


BLATSAMM Hares 'l hawn.  Kieku nista’ kont nghinek, immajien  ghandi poblemi bizzejjed.  Ninsab imsakkar hawn gew u fi zmien tnejn u sebghin siegha, is-Seqer l-Iswed se jisplodi nofs il-pjaneta.  Il-probelma tieghek hija biss li tara kif tmur lura d-dar.  Jien irrid insalva d-dinja.  Qec tifhem?


MARICA Iva.. ga naf.


BLATSAMM X’jigifieri ga taf?


MARICA Ghax ga wasalt f’nofs il-ktieb.  Bicca serja hafna.


BLATSAMM Dazgur li serja. Isma’ 'l hawn.. allura x’hemm f’dal-ktieb?


MARICA Heqq, kollox.  Anki int.


BLATSAMM Jien qieghed fil-ktieb?


MARICA Iva.... dan kollu huwa ktieb.  U ahna t-tnejn qeghdin fih.


BLATSAMM (hosbien)  It-tnejn qeghdin fi ktieb.


MARICA Hekk hu.


BLATSAMM U allura qeghdin fl-istess ktieb?


MARICA Bhal issa, ta’ lanqas, hekk jidher.


BLATSAMM Jien acert li ghandek zball.  Mhux biss m’ahniex fl-istess ktieb imma lanqas nahseb li qeghdin fl-istess pjaneta.  F’inqas minn tnejn u sebghin siegha ohar l-pjaneta tisplodi, u jien ninsab imsakkar go dal-forn ma’ tifla mignuna.  Ghalfejn qed nahli l-hin mieghek?  Jien lanqas biss inhobbhom it-tfal.  Anzi nobghodhom!  Warrab min-nofs.  Warrab mill-forn tieghi.  Mill-pjaneta tieghi.  Kif se nohrog minn hawn gew??


MARICA Ara... jien u inti nistghu naslu fi ftehim!


BLATSAMM Eh iva!! Kif?


MARICA Jekk inti tghinni mmur lura d-dar jiena nghinek issolvi l-kaz tieghek.


BLATSAMM U kif se tghinni fil-kaz?


MARICA Ghax id-dar jiena ghandi l-ktieb u jekk nasal lura d-dar inkun nista’ naqrah u nkun naf x’se jigri.


BLATSAMM Kif tkun taf?


MARICA Inqabbez il-pagni biex insib it-tmiem.


BLATSAMM Tqabbez il-pagni?!


MARICA Hekk hu!


BLATSAMM Nixtieq kieku l-hajja kienet daqshekk semplici.  Kieku ibqa’ cert li lkoll nippruvaw inqabbzu l-pagni.


MARICA Imma jiena naf kif.


BLATSAMM Tahseb li jirnexxilek.


MARICA Certa.  Halli kollox f’idejja.


BLATSAMM Tahsibx li jiena minix imdorri bil-kotba tafx.... anzi jien ili nkun l-eroj tal-kotba.  Ga hargu erbgha u tletin ktieb dwari, imma soltu l-kotba johorgu wara li nkun solvejt il-kaz.  Li qed tghid inti huwa bil-maqlub.  Donnu xi hadd wasal qabli... xi Alla jew l-IRS.  Insomma... nahseb li mhemm xejn hazin billi nippruvaw.  Inti tahseb li jekk tmur lura d-dar tkun tista’ tikxef l-identita’ tas-Seqer l-Iswed?


MARICA Iva.. dazgur.


BLATSAMM Jekk inkun naf min hu zgur jirnexxli nwaqqfu.  Imma s-Seqer jahdem bhallikieku kien invizibbli.  Hadd ma jaf min hu.  Jista’ jkun ragel, jew mara, jew kelb.. jew jista’ jkun INT.  (ihares cass lejn MARICA) Le, ma jistax ikun int.


MARICA L-ghaliex?


BLATSAMM Ghax is-Seqer l-Iswed intelligenti!


MARICA Anki jiena intelligennti.


BLATSAMM Li kont intelligent ma kontx tispicca msakkra go forn li jdewweb il-hadid.  Ejja naraw jirnexxilniex insibu mod kif nohorgu...


MARICA Allura ftehmna?  Jekk nghinek trid tghinni!


BLATSAMM Imbaghad naraw..!


MARICA Ftehemna??


BLATSAMM (b’noifs qalb)  Kollox sew ftehemna.  (jiehdu b’idejn xulxin).

Issa warrab min-nofs ha nipprova nifqa’ l-bieb.


MARICA Imma dak il-bieb tal-hadid.


BLATSAMM Anki jiena tal-hadid.  Warrab!


(B’ghajta kbira jigri lejn id-dlam.  Hoss ta’ hadid u BLATSAMM

 jidhol lura jzapap u joghrok drieghu)


Ejja naraw insibux mod iehor kif nohorgu.


BLATSAMM jibda jdur 'l hawn u 'l hinn. MARICA tibqa’ fejn tkun... tahseb.


MARICA Forn li jdewweb il-hadid.... mela halli nahsbu ftit...


BLATSAMM Int se tghinni jew se toqghod hemm titkellem wahdek?


MARICA Minuta wahda. Tista’ taghtini ftit dik il-lighter li kellek?


BLATSAMM X’se tipprova taghmel?  Tahraq il-post? (jaghtihielha)


MARICA (tixghelha)  Turi tajjeb dil-lighter.


BLATSAMM Kont ghandni kif imlejtha bil-gass.


MARICA (tgholli d-dawl 'l fuq).  Iva... hemm hi!


BLATSAMM Xiex?  X’inti tara?


MARICA La darba dan buwa forn, bil-fors irid ikollu cumnija.


BLATSAMM Iva... kont qed nahseb l-istess haga.  Ghandek idea kif nistghu nitilghu hemm fuq?


MARICA Jekk tipprova terfaghni forsi illahhaq maghha.


BLATSAMM Affarik... tinsiex li hemm hajtek fin-nofs.  


MARICA U jekk naqa’ fuqek ikun hemm hajtek ukoll.


BLATSAMM Imma jiena maghmlu mill-azzar.  Ejja, mela itla’....


MARICA titla’ fuq dahar BLATSAMM u tixxabbat goc-cumnija.


BLATSAMM Bil-mod tafx...kemm se taghfas?


MARICA M’ghidtlix li inti ta’ l-azzar?


BLATSAMM Insomma.... propjament tal-landa!


MARICA OK!  Ilhaqtha!  Se nibda nixxabbat.


BLATSAMM Ej... u jiena???


MARICA Tibzax... issa nigi lura ghalik.


BLATSAMM Dik hi kollha.  Hallietni hawn. (Ihares lejn l-arlogg)  Disgha u sittin siegha ohra u lkoll insiru rmied.  Hej.... tifla... nista’ nkun naf fejn mort?


Jitfacca habel


MARICA (minn fuq)  Tista’ tixxabbat?


BLATSAMM Hekk nahseb.  Ma tafx li jien ghamilt zmien mal-comandoes?


MARICA Ejja, mela x’int tistenna?


BLATSAMM Isma’... dal-habel ma’ xiex irbattu?


MARICA Mal-gebel tac-cumnija.


BLATSAMM Sod xejn?


MARICA Insomma...


BLATSAMM (imbezza’)  Insomma...!


BLATSAMM jixxabbat u wara ftit huwa u MARICA jsibu ruhhom fil-berah.


BLATSAMM X’dehra hawn minn hawn fuq!


MARICA Tassew.


BLATSAMM Lejla mill-isbah... anzi l-kwiekeb jidhru!


MARICA Wara dak il-forn kollox jidher sabih.


BLATSAMM U thossok tiehu r-ruh b’din l-arja sajfa.  Thossok hieles u 'l boghod minn kull ghawg...


Sparar!


BLATSAMM Baxxi rasek!


Jinzlu catti ma’ l-art.


MARICA Issa x’se naghmlu?


BLATSAMM Ibqa’ catta ma’ l-art u halli f’idejja.


BLATSAMM jipprova jgholli kemxejn rasu 'l fuq imma jerga’ jinstama’ aktar sparar u jinzel bil-heffa kif kien.


BLATSAMM Issa x’se naghmlu?


MARICA X’int tistenna biex tisparalhom?


BLATSAMM Biex?


MARICA M’ghandekx il-pistola .45?


BLATSAMM Le!


MARICA Jew il- .38?


BLATSAMM Lanqas.


MARICA Jew il- .22?


BLATSAMM Haduhomli kollha meta sakkruni fil-forn.  Lanqas bicca sikkina m’ghandi.  Ara kif naghmlu:  nippruvaw nitkaxkru fuq zaqqna sa ma nsibu mezz kif ninzlu minn fuq dal-bejt.  Jekk se nibqghu hawnhekk se nispiccaw gharbiel.


Aktar sparar.  Jitkaxkru.


BLATSAMM Tibzax... jekk niftakar sewwa suppost li dalwaqt insibu t-tarag jew inkella xi ... skyyyyy liiiiiiight....


BLATSAMM jaqa’.


MARICA X’gara?  Fejn inti?


BLATSAMM Hawn isfel.


MARICA Weggajt?


BLATSAMM (jinbaram bl-ugigh) Mela nsejt li jien maghmul mit-titanium.  Ejja.. aqbez inti wkoll.


MARICA Kollox  sew... ara gejja!


MARICA taqbez.


BLATSAMM Prosit.  Issa ejja nfittxu nohorgu 'l barra minn hawn.


MARICA Minn liema naha?


BLATSAMM Kullimkien jghodd;  l-aqwa li nohorgu.


Malli jaqbdu se jaghtu pass titfacca MONIQUE, tfajla helwa, b’harsa kattiva u bi xkubetta awtomatika f’idha.


MONIQUE Ah, Monsieur BLATSAMM.... sorpriza tassew sabiha!  


MARICA (minn taht l-ilsien)  Din MONIQUE, l-agenta numru wiehed tas-Seqer l-Iswed.  L-aktar wahda kiefra minnhom ilkoll.


MONIQUE (lil BLATSAMM)  Jien u inti ghandna hafna hwejjeg x’niddiskutu.


BLATSAMM Lilek m’ghandi xejn xi nghidlek, MONIQUE.  Warrabli min-nofs ha nghaddi.


MONIQUE Ma nahsibx li inti f’puzizzjoni li tordnali nwarrablek.  Mintix se tintroducini mal-habiba ckejkna tieghek?


BLATSAMM Din hija Marija....


MARICA MARICA.


BLATSAMM Din daqsxejn ta’ tifla u m’ghandha x’taqsam xejn mieghek.  Halliha tghaddi.


MONIQUE Ma nahsibhiex bhalek Monsieur BLATSAMM.  Kull habiba tieghek hija wkoll habiba taghna.


BLATSAMM (minn taht)  Haffef tifla... ahrab.


MARICA U inti?


BLATSAMM Isma’ milli ghidtlek.  Ahrab.


MARICA titlaq tigri lejn naha minnhom, imma minnufih jitfacca XIEREF u jahtafha.


MONIQUE Non, non, s’il vous plaît.  Ninsisti li tibqa’ maghna.


MARICA (lil MONIQUE)  Nafek sewwa lilek.... assassina, viljakka u halliela.  L-agenta numru wiehed tal-kiefer Seqer l-Iswed.


MONIQUE Insejt issemmi li jiena wkoll imbroljuna, halliela tal-banek u nispecjalizza fit-tortura.  Biex inservik... ckejkna Mariella.


MARICA MARICA!


BLATSAMM Halliha tmur, MONIQUE.  Bizzejjed ga inti mixlija bi tnejn u erbghin att kriminali.  Trid izzid lil din it-tifla mal-lista.  Jekk trid taghmel l-arja aghmilha mieghi... mhux ma’ tifla.  Halliha.


MONIQUE Hélas, ce n’est pas possible... is-Seqer l-Iswed jinsab fuq ix-xwiek biex jiltaqa’ maghkom it-tnejn.


BLATSAMM Eh iva??


MARICA Kif!!?  Se niltaqghu mas-Seqer l-Iswed?


MONIQUE Unur kbir mhux hekk?   Pero’ hemm biss sfornuna wahda.  Peress li s-Seqer l-Iswed jehtieg li jibqa’ mistur, allura wara li  tiltaqghu mieghu ikollkom bil-fors tmutu.  Je regrette... imma dawk huma r-regoli.  Issa haffu... il-karozza qed tistenniena.

(lil XIEREF... b’xi lingwi stramba): Pristo beggini, XIEREF!


XIEREF Beggini pristo.


MONIQUE Ghaddi Monsieur.... tassew se noghxa narak tmut.


BLATSAMM Inti tassew tal-genn, MONIQUE. Fakkarni biex xi darba nizzewgek...!


MONIQUE tinfexx f’dahkam mqanzha.  F’salt wiehed MARICA tizgicca, tirfes sieq XIEREF u waqt li MONIQUE tkun distratta, BLATSAMM itajrilha l-ixkubetta minn idha u johodhiela.


MONIQUE Sacré.  Zommuhom...  zommuhom.


BLATSAMM Prosit... m’hawn ghalik Marina.


MARICA MARICA!


XIEREF jipprova jzommhom.  Glieda bejn BLATSAMM u XIEREF.  BLATSAMM taqaghlu l-ixkubetta minn idu.  XIEREF u BLATSAMM ikomplu l-glieda gol-kwinti.

MONIQUE u MARICA jigru ghaliha.  

MONIQUE tilhaqaha qabel MARICA.


MONIQUE Ah, non, non, non.... it-tfal zghar m’ghandhom qatt jilaghbu bl-ixkubetti.


MARICA tigdmilha idha, tohdilha l-ixkubetta u timmiraha lejha.


MONIQUE Ah... mon Dieu.


MARICA Ersaq lura ghax nispara.


MONIQUE Donnez-le-moi.  Aghtihieli... isa.


MARICA Jekk jista’ jkun jien ma rridx inwegga’ lil hadd... imma tersaq lil hawn nispara.


MONIQUE (tersaq lejn MARICA bil-lajma).  Fittex aghtihieli.


MARICA Qed inwissik... ersaq lura.


MONIQUE Donnez moi.  


MARICA Non... ridt nghid “LE”


MONIQUE Jew taghtihieli jew tisparali... m’ghandekx ghazla ohra.  U inti taf li mintix se tisparali.  Mela newwilha lilhawn.


Fil-pront jitfacca BLATSAMM li jiehu l-ixkubetta minn id MARICA.


BLATSAMM Kollox sew.  Aghtiha lili.  Jekk hemm bzonn nisparalha jiena.

(lil MONIQUE)  Issa fittex dabbar rasek... taf li jien ma nahsibhiex darbtejn biex nispara.

Mur... u ghid lil sidek is-Seqer li fallejt.  Mur.


MONIQUE (bi hdura)  Kollox sew... u lilek tfajla(lil MARICA)  minix se nisniek.  Tibzax, ghad nergghu niltaqghu u naghmlu l-kontijet.  Je reviens.

MONIQUE titlaq.


BLATSAMM (lil MONIQUE li ga tkun  telqet)  Imma jien minix se nhallik.  (lil MARICA)  Inti kollox sew?


MARICA Hekk nahseb.


BLATSAMM Mela ejja nfittxu nitilqu minn hawn.  Fejn tahbat id-dar tieghek?


MARICA Ma nafx.


BLATSAMM Tajba l-bicca!  Kif ma tafx?! Ok mela... meeny-meeny-miney- mow.... (bl-addocc) Lil hemm!


MARICA Cert?


BLATSAMM Le, cert minix, imma d-dar tieghek nahseb jaqbel tkun fid-direzzjoni opposta ta’ MONIQUE.  Imxi warajja.


Jitilqu 'l barra.

Sound F/X u Dwal.

Insibu ruhna f’ambjent gdid Kollox jindika li ninsabu fuq Chess Board!

BLATSAMM u MARICA jidhlu wara ftit u jharsu skantati madwarhom.


2 - Xena


BLATSAMM Hawn fejn il-mniefah gejna?


MARICA Lili qed tistaqsi?  Din hija l-istorja tieghek.. wara kollox!


BLATSAMM Imma dal-post jien qatt ma rajtu qabel.  Dan kif sibna ruhna hawn?


MARICA Qisna ghaddejna minn go hajt, imma kienx hajt komuni.  Ma dehrlix li rajt hitan.


BLATSAMM X’inti thawwad... ghaddejna minn hajt li ma kienx hemm!!!


MARICA Jien ghidtlek qisu kien hemm hajt.


BLATSAMM M’hawnx ghalik... min jaf kieku inti ssir tifla li qisha qieghda hawn imma mhix?  Kieku jiena nkun nista’ nkompli bl-istorja tieghi.  (ihares lejnl-arlogg)  Fadlilna biss sebgha u sittin siegha ghat-tmiem tad-dinja u ahna qed nahlu l-hin nghaddu mil-hitan li ma jezistux.


MARICA Mhux tort tieghi.


BLATSAMM Bhal issa kull ma jigri kollu tort tieghek.


MARICA Eh iva?  Li ma kontx jien kieku inti ghadek maqful f’dak il-forn.


BLATSAMM B’xi mod kien jirnexxili nahrab zgur.  Insejt li jiena maghmul mill-granit?


MARICA U li ma kontx jien MONIQUE zgur kienet tisparalna!


BLATSAMM Dik s’issa qatt ma rnexxielha tirbahli.


MARICA U li kieku ma kontx jien...


BLATSAMM Li kieku ma kontx int ma konniex inkunu qeghdin hawn nippruvaw naqtghu fejn il-marelli qeghdin.


MARICA Insomma... issa ghalxejn noqoghdu nargumentaw.


BLATSAMM Min qed jargumenta?


MARICA Ahna.


BLATSAMM B’daqshekk m’ahniex nargumentaw.


MARICA Iva... qeghdin.


BLATSAMM Le, m’ahniex.


MARICA Uff.. din tassew bla sens.  Ma rridx nargumenta.


BLATSAMM Ghadek kemm kont qed tghid li qed targumenta!


MARICA Hares 'l hawn jien nahseb ahjar inkompli sejrin....


BLATSAMM Kif nistghu nkomplu sejrin jekk lanqas biss nafu fejn ahna.


MARICA Mela x’tissuggerixxi.... nibqghu weqfin hawn iccassati?


BLATSAMM Ahjara milli noqoghdu nduru cirku tond... ghax la ma nistghux nimxu f’linja dritta hekk se jigrilna.


MARICA Ta’ lanqas inkunu sejrin x’imkien.  Imma jekk nibqghu hawn...


BLATSAMM Qed terga’ targumeta...!


MARICA Ghandek ragun. (Pawsa)  Min jaf kieku  naraw insibux lil xi hadd li nistghu nistaqsuh fejn ahna?


BLATSAMM L-unika persuna li nistghu niltaqghu maghha hija MONIQUE.  U ma nahsibx li int jaqbillek.  Dik ma tantx hi mara li tinsa malajr u lilek kapaci toqtlok b’sitta w tletin mod differenti... u l-ebda wahda minnhom mhi sabiha.


MARICA Tahseb li se tibqa’ ssegwina?


BLATSAMM M’ghandi l-ebda dubju.  Niftakar, f’ “Il-Kaz tal-Pirana l-Velenuza.....


MARICA Mela akatar x’aktar jaqblilna nklomplu mixjin.  Ejja tlaqna.


Jidhol is-SULDAT l-Abjad bil-ghagla.  Jintebah bihom.


BLATSAMM Dan x’jahbat? (ilesti l-ixkunetta)  Ieqaf fejn int.


SULDAT (ecitat) X’inhuwa dmirkom hawn, nobbli sinjuri?


BLATSAMM Mela ma smajtnix x’ghidtlek?  Ieqaf hemmhekk.


SULDAT (bla ma jaghti kasu) 

It-telfa tal-battalja tinsab riesqa.  

Lil hemm, sinjuri... l-ehrex tat-taqtigha!


MARICA Battalja?


SULDAT Il-ghala mintomx fil-kaxxi propji taghkom?

Nitlobkom... ibqghu zommu l-post sa l-ahhar!


BLATSAMM Nibqghu fejn?


SULDAT It-telfa tal-battalja tinsab riesqa,

U taqa’ fuqkom comb jekk postna nwarrbu!

BLATSAMM Dan min jahbat?  X’inhu jghid?


SULDAT Isqof, Kastell u tliet SULDATi ttiehdu,

Qed nibzghu li r-REGINA fil-periklu, 

’Kk tintilef hi, ma jkunx hem tama ghalina.


MARICA Jien ma nistax nifhem x’inhu jghid.


BLATSAMM Nahseb li ahjar nisparalu u nehilsuha.


SULDAT (F’salt wiehed)  Attenti minn warajkom!  (jimbuttahom go rokna).


BLATSAMM Inti se tghidilna xi tkun....?


SULDAT Sinjuri hbieb, nitlobkom, isktu... isktu!


Wara ftit jidhol l-ISQOF L-AHMAR. Dan qed jaqra ktieb, mitluf fi hsibijietu.  Jimxi f’linja diagonali u jkanta minn taht l-ilsien.  Ma jaghtix kashom u jibqa’ sejjer ghan-naha l-ohra.


SULDAT (baxx baxx)  Dak huwa l-Isqof l-Ahmar... terrur taghna.


BLATSAMM X’qal?


MARICA u SULDAT Ixxx!


SULDAT Izda l-periklu ghadda zbrixx minn fuqna, 

Ghall-grazzja t’Alla xejn ma ntebahx bina.


BLATSAMM Dak min kien?  Hawn kulhadd donnu mignun!


SULDAT Dak l-Isqof ahrax, tar-Re l-Ahmar, huwa.

F’din il-battalja qawwi wisq u kiefer


MARICA L-Isqof tar-Re l-Ahmar...


BLATSAMM Jaqaw xi boqqa brodu, dan?


SULDAT Hames hajjiet qatlilna tul il-glieda.

U nahlef hajjiet aktar sejjer jahsad...


BLATSAMM Seriel killer jaghmilha ta’ Isqof.  Din qatt ma smajtha!


SULDAT Izd’ hemm bil-wisq aghar minnu fuq il-wesgha,

Il-KAVALLIER rikkieb inissel biza’,

Hames suldati qatel b’idu l-wahda

U z-ziemel dawru 'l hawn... ghan-naha taghna.


BLATSAMM KAVALLIER?


SULDAT Is-sliem naghtikom hbieb, ma nstax nibqa’,

Ghax ir-REGINA zgur tehtieg l-ghajnuna,

Jekk ma rridux li hija wkoll tintilef!

Il-Mulej maghkom hbieb, komplu fi triqtkom...

Forsi b’miraklu tasal il-vittorja!


SULDAT jitlaq.


BLATSAMM Dak tilef ir-roti kollha ta’ mohhu....


MARICA (tahseb) Samm...


BLATSAMM Ejja naraw fejn se mmorru ghax qed inhossni se niggennen jien ukoll.


MARICA Samm, nahseb naf fejn qeghdin.


BLATSAMM Anki jien naf.  F’manikomju!


MARICA Le, le, ghandek zball.  Nahseb li nbidlilna l-ktieb...


BLATSAMM Bdilna l-ktieb?  Issa x’ergajt ivvintajt?


MARICA Hmmm.... ma nahsibx li ghadna qeghdin fil-ktieb BLATSAMM u l-Kaz tas-Seqer l-Iswed, imma qisna dhalna go xi haga ohra.


BLATSAMM Jien ma nafx x’inti thawwad.  Irridek taghtini biss twegiba wahda u cara: Ghandek idea fejn qeghdin?


MARICA Nahseb li naf.


BLATSAMM Fejn?


MARICA Dhalna go: Pass Pass Kif Tilghab ic-Cess!


BLATSAMM Pass Pass Kif Tilghab ic-Cess!


MARICA Iva.  Mid-dehra meta poggejt il-ktieb tieghek fuq il-komodina, bla ma naf poggejtu magenb Pass Pass Kif Tilghab ic-Cess.  U issa mill-ktieb tieghek ghaddejna ghal go dan.


BLATSAMM Imma dan kif ?


MARICA Ma nafx.


BLATSAMM Mela issa gejna ahjar min qabel.  Jiena BLATSAMM, is-super-eroj li suppost irrid nikxef l-identita’ tas-Seqer l-Iswed, fadalli biss (ihares lejn l-arlogg) sitta u sittin siegha sa ma d-dinja tisplodi, u spicajt hawnhekk go ktieb tac-Cess inhabbat wicci mal-kavallieri u l-isqfijiet homor.  Ara x’qed jghidlek , jekk id-dinja tisplodi jkun kollu htija tieghek.


MARICA Skuzani.


BLATSAMM Issa mhemmx x’taghmel. Ahjar ikomplu sejrin forsi naslu x’imkien.  Ftakar li xi mkien warajna ghandna lil MONIQUE u quddiemna hemm il-kavallier u l-isqof.  Nahseb ahjar bqajna go dak il-forn.


MARICA Taf x’qed nghid. L-isqof  ma tax kasna ghax x’aktarx hasibna suldati.  Jekk nimxu bhas-suldati tac-cess nahseb li ma jigrilna xejn.


BLATSAMM Din isbah!  U kif jimxu das-suldati tac-cess?


MARICA Kaxxa wahda kull darba.  Ma kontx taf?


BLATSAMM Kif trdni nkun naf?  Jien qatt ma mxejt go kaxxi!  Ejja, ibda int l-ewwel, ha naraw.


Issa nimmaginae li l-plak huwa chess board, imqassam fi 30 kaxxa, hamsa mimdudin (A-E) u sitta 'l isfel (1-6).  Fil-bidu MARICA qieghda fuq il-kaxxa B1 u BLATSAMM fuq C1.


MARICA (timxi 'l qiddiem ghal B2)  Mela... wiehed..


BLATSAMM (jimxi 'l qiddiem ghal C2) Wiehed... hekk se ndumu sejrin ghomor.


MARICA (lejn B3)  Ibqa’ miexi... tnejn.


BLATSAMM Is-SULDATi tac-cess ghandhom hajja twila xejn? (jimxi f’direzzjoni diagonali lejn D3) Tnejn!


MARICA Le, le, timxix diagonali.  Dejjem dritt.  Is-suldati jimxu diagonali meta jkunu se jieklu xi haga.


BLATSAMM Jieklu xi haga?  Mela dawn jimxu waqt li jkunu qed jieklu?


MARICA Issa ma nistax noqghod nispjegalek.  Inti imxi dejjem dritt.


BLATSAMM Kif tghid inti sinjorina.  Kif kien jghid missieri:  “Jekk issib ruhek f’manikomju l-ahjar haga hi li taghmilha ta’ mignun”.  Kemm ghad fadlilna kaxxi x’nimxu?


MARICA B’kollox hemm erbgha u sittin wahda...


BLATSAMM Sa dak iz-zmien nilhaq nohrog bil-pensjoni!


MARICA Imma ahna rridu nimxu biss tmien kaxxi.  Nahseb li dalwaqt naslu sal....


Hoss ta’ ziemel jizher.  Il-KAVALLIER l-Ahmar jitfacca fuq kaxxa A6.  Kollox ahmar, riekeb fuq ziemel, wiccu mghotti bil-viziera u xabla kbira f’idu.


KAVALLIER Xi tkunu intom, li hekk taghlquli triqti?

SULDATi dghajfa u bla l-ebda siwi!


BLATSAMM (lil MARICA)  Tghid nisparalu?


MARICA Le, iskot.  Nahseb li ghalissa mohhna mistrieh.


BLATSAMM Hekk tahseb?


MARICA Minn fejn qieghed ma jista’ jaghmlilna xejn.  Iz-ziemel tieghu ma jistax jimxi bhalna.  Dak jimxi biss tliet kaxxi weqfin u wahda mimduda.


BLATSAMM Int ghadek ma xbajtx tipprova tghaddi z-zmien bija?


MARICA Jew inkella kaxxa wahda wieqfa u tlieta mimdudin.  Qed tifhem?


BLATSAMM Sa l-inqas dettal!


KAVALLIER Imisskom timxi intom, nobbli ckejkna!


BLATSAMM Issa x’se naghmlu?


MARICA Jaqbel nahsbuha sewwa u nippruvaw inqarrqu bih.


BLATSAMM Isma’ hej... dik ix-xabla li ghandu f’idu xejn ma qed nafdaha.  U jiena ghandi xkubetta awtomatika. Se nisparalu!


MARICA Stenn. Jien se nimxi pass 'il quddiem, imma int ibqa’ fejn inti.


BLATSAMM Minuta, minuta.. ghax issa donni bdejt nifhem xi haga.  Inti ghidt li z-ziemel jimxi tlieta mimduda u wahda dritta.  Mela jekk inti imxi wahda 'l quddiem ikun jista’ jahtfek.


MARICA Iva.. hekk hu, imma mbaghad tkun tista’ tahtaf lilu int.  Ghalhekk ghidtlek biex tibqa’ fejn int.  Il-kavallier mhux se jissogra hajtu ghal daqsxejn ta’ sudati bhali.  Huwa jiswa wisq aktar minni.


KAVALLIER Imisskom timxu intom... qed jistenna.


MARICA OK.. arani se nimxi.  (Jimxi lejn B4).


Il-KAVALLIER jidher konfuz u z-ziemel jizher.


BLATSAMM Nahseb ghandek ragun.  Xejn ma ha gost biha b’dil-mossa.


MARICA Issa jekk jahtaf lili, inti tahtaf lilu u jekk jaghmel il-moss l-ohra nahtfu jien.


BLATSAMM Qed nghid, inti intellienti aktar milli kont nahseb.


MARICA (lill-KAVALLIER)  Imiss lilek nobbli KAVALLIER!


Minn warajhom jitfacca l-Isqof l-Ahmar fuq C1.


BLATSAMM Qo-Qow!  Mid-dehra l-Kleru se jibda jiccaqlaq.


Isqof (lil MARICA u BLATSAMM)  Il-mossa taghkom.


KAVALLIER (lil MARICA u BLATSAMM)  Il-mossa taghkom.


MARICA Tajjeb, mela jien se nimxi kaxxa ohra. B’hekk inkompli nissikkah.


MARICA timxi lejn B5.  Iz-ziemel jidher aktar ecitat.

F’salt wiehed il-KAVALLIER jaqbez minn A6 ghal C5


BLATSAMM Issa x’inhu jigri?


MARICA Thabbilx rasek.  Ahna ninsabu safe.  Inti attenti ghal dak l-isqof.  Jien se nimxi kaxxa ohra.


BLATSAMM Nittama li taf x’inti taghmel!


MARICA Halli f’idejja. Tlaqna.   (minn B5 timxi ghal B6)


BLATSAMM Isma’ hej.... dan l-ghaliex jien bqajt imsammar hawn wahdi, go nofs battalji b’kavallier fuq naha wahda u isqof in-naha l-ohra?


L-Isqof jimxi minn C1 ghal D2


MARICA Samm... attent mill-Isqof.


BLATSAMM idur u jsib l-isqof ma’ wiccu.


BLATSAMM Bongornu Eminenza... jew Sinjura... ma nafx b’dik il-libsa kif suppost nindirizzak.  (lil MARICA)  Hej int...dan l-Isqof donnu lest biex jiekol il-merhla kollha.


MARICA M’ghandekx ghax tinkwieta.  Imxi biss kaxxa wahda 'l quddiem.


BLATSAMM Imma hekk se nigi vicin tal-KAVALLIER.


MARICA M’hemmx x’taghmel.


BLATSAMM Insomma.. ta’ l-anqas iz-zwiemel vegitarjani. (Jimxi minn C3 ghal C4)  Ok.. mission accomplished!


Il-KAVALLIER jimxi minn C5 ghal A4 u jifexx jidhak.


KAVALLIER Issa jmiss lilek.


MARICA Issa sew!  Nahseb li se jikolni.  Skuzani Samm.


BLATSAMM Jien xbajt wieqaf hawnhekk.  Se jimxi wahda 'l quddiem.


MARICA Le, le Samm, ma jaqbillekx.


BLATSAMM jimxi minn C4 ghal C5


BLATSAMM OK Sur KAVALLIER.  Issa jmiss lilek.


Isqof Sinjur nahseb ghandek zball.  Issa jmiss lili.  (jimxi minn D2 ghal E3)


KAVALLIER Il-mossa taghkom.


Isqof Il-mossa taghkom.


MARICA Issa tassew qeghdin daharna mal-hajt.


BLATSAMM Daharna mal-hajt xejn.  Issa wasal il-waqt li nuza din (juri l-ixkubetta).  Messni wzajtha qabel u hlisnieha.  (Lill-isqof)  Skuzani eminenza, imma wiccek dejjaqni.

Jipprova jisparalu imma l-ixkubetta ccekcek fil-vojt.


BLATSAMM Xi gralha din?  Suppost mimlija balal.


Jerga’ jipprova jispara fuq il-KAVALLIER... imma ghalxejn.


MARICA Samm... dik l-ixkubetta tahdem biss fil-ktieb tieghek.  Fid-dinja tieghek.  Fic-Cess l-ixkubetti ma jezistux!


BLATSAMM Mela x’se naghmlu?


Isqof Il-mossa taghkom... qed nistennew.


BLATSAMM Le taghkom.


KAVALLIER Le.... il-mossa taghkom.


BLATSAMM Taghkom.


Isqof Taghkom.


KAVALLIER Taghkom.


Minn C1 tidhol ir-REGINA L-BAJDA


REGINA (lill-Isqof) Nahseb li l-moss tieghi, Eminenza,

U wasal it-tmiem tieghek darba ghal dejjem.


L-Isqof jaqa’ ma’ l-art.


BLATSAMM Wow-wow.. x’daqxejn ta’tfajla dik.  Din aktar qalila mill-mara li kelli.


REGINA (lill-KAVALLIER)

Il-mossa tieghek nobbli kavvallier,

Imma qis sewwa qabel taghti l-pass,

Dawn is-suldati, minni ghandhom kenn,

Jekk biss tipprova timxi pass lil hawn,

Hazin jahbatlek u bhal dak (ghall isqof)  tinemm;

Mela jekk nobbli w’ghaqli txtieq tkun

Triq wahda hemm... tirtira dlonk bl-unur.


Iz-ziemel tal-KAVALLIER jizher u jirtira minn A4 ghal B2. 

Ir-REGINA timxi minn E3 ghal D4.


REGINA Mil-gdid il-mossa tieghek, KAVALLIER.


Il-KAVALLIER ihares madwaru, jahsibha ftit u jirtira ghal D1 u jidhol 'il gewwa.


BLATSAMM Hmmm.. eh... Eccellenza.. jiena u Martina...


MARICA MARICA!


BLATSAMM Ninsabu grati hafna lejk.  Qatt ma rajt tfajla tal-genn daqsek. Li kieku mhux ghax id-dinja se tisplodi fi zmien (ihares lejn l-arlogg) hamsa u sittin siegha ohra, kieku kont nistaqsik jekk tridx...


REGINA (lil MARICA)  Taf tghidli, x’inhu jgedwed das-suldat?

Ma nista’ nifhem xejn minn kliemu tqil.


MARICA Qed jizzikhajr tal-kuragg kbir li wrejt,

Ghax bhalek qatt ma dehret fuq wicc l-art!

Nixtiequ biss bil-hegga nistaqsuk,

Jekk tafx turina t-triq lejn l-artijiet

Lil hinn minn din l-battalja; boghod minn hawn

Biex id-dar tieghi forsi nerga’ nsib.


REGINA Lil hinn minn dil-battalja xejn ma ssib,

La lejn il-Lvant u lanqas il-punent.

La t-Tramuntana w lanqas Nofs in-Nhar

L-art tal-battalja biss naf nghid fejn hi.

'Il boghod minn hawn il-bahh u it-telfien!


BLATSAMM Issa jiena ma qed nifhem xejn.


MARICA (lil BLATSAMM)  M’hemmx x’tifhem.  Ir-REGINA ma taf xejn aktar hlief il-board tac-cess.


REGINA U issa se nhallikom ghax il-hoss

Tal-glieda jidher qed jehrax bil-kbir,

U mal-fruntiera nahseb hemm l-inkwiet

Jehtiegu l-qawwa tieghi bla dwmien.

Is-sliem sinjuri... kurgg!  Kuragg! Kuragg!


Regna titlaq.


BLATSAMM Bye.. Bye... Tassew tal-genn, man!  Issa x’se naghmlu.


MARICA Mid-dehra telqu jiggieldu lejn naha ohra.  Nimxu 'l hawn jew 'l hemm xorta wahda.  Inti tahseb li MONIQUE ghadha ssegwina.


BLATSAMM M’ghandix dubju.  Nixtieqha tiltaqa’ ftti ma’ dik ir-REGINA.  Tkun glieda interessanti!  Imxi.


BLATSAMM u MARICA Jitilqu.

Wara ftit titfacca MONIQUE, bil-viziera tal-KAVALLIER f’idha.  Thares ftit lejha b’sodisfazzjon u titlaq lejn in-naha ta’ BLATSAMM u MARICA.

Dwal jinbidlu u x-xena ssir dik ta’ FORESTA

Tpespis ta’ ghasafar.


Xena 3


BLATSAMM Din hija l-kamra tas-sodda tieghek?


MARICA Ma niftakarx li ghandi sigar fil-kamra.


BLATSAMM Donnha foresta.


MARICA Iva... imma tghid liema foresta?


BLATSAMM Stenna ftit... x’kotba ghandek li fihom jissemmew il-foresti?


MARICA Ma nistax niftakar.


BLATSAMM Ipprova gib quddiem ghajnejk il-kotba kollha li ghandek.


MARICA Mela ma tafx li  ghandi aktar minn sittin ktieb!


BLATSAMM Prosit... allura trid tghidli li se jkollna noqoghdu nghaddu minnhom kollha waqt li ghat-tmiem tad-dinja fadal biss (ihares lejn l-arlogg)  erbgha u hamsin siegha.  Erbgha u hamsin siegha???  Dan l-arlogg x’inhu jigrilu?  Ftit ilu kienu tnejn u sittin!


MARICA Imma fuq il-komodina ma nahsibx ghandi aktar minn sitt jew tmienja.


BLATSAMM Allura mhux difficli tiftakar f’liema wiehed jissemmew il-foresti!


MARICA Int qatt ippruvajt tiftakar x’kotba ghandek fuq l-ixkaffi?


BLATSAMM Jien m’ghandix kotba... u lanqas xkaffi... jekk nigu ghal dan!


Ftit lil hemm minnhom jitfacca Rumplestiltskin, jizfen ferhan.


RUMPLE. Se niehu t-tarbija tar-Re u r-REGINA

Ghax l-imhatra rbahtilhom f’qasir zmien;

Hadd mhu se jaqta’ x’inhu ismi

Ghax Rumplestitskin jien.


Jitlaq jizfen 'l gewwa.


MARICA Mela dik hi kollha!


BLATSAMM Xiex?


MARICA Dhalna fil-ktieb tal- “Hrejjef ta’ Grimm”.


BLATSAMM Stenna ftit... inti ghidt “Hrejjef”.  Fil-plural?  Jigifieri hemm aktar minn wahda?


MARICA Kemm trid!  Sleeping Beauty, Cinderella, Snow White, The Frog Prince....


BLATSAMM Kif.... allura se jkollna nduruhom kollha?


MARICA Nittama li le.


BLATSAMM Issa x’se naghmlu?


MARICA Nimxu.  Jekk nibqghu hawn zgur ma nsibuha qatt it-triq lejn il-kamra tieghi.


BLATSAMM Nimxu mela.  (jibdew jimxu)  Imma jien qatt ma naf li mxejt bl-addocc bla ma nkun naf fejn sejjer...


Waqt li jkunu mexjin.


...u  dil-foresta ma tispicca qatt.


MARICA Il-foresti tal-hrejjef kollha jkunu kbar hafna.


BLATSAMM Jista’ jkunu li ergajna qed iduru cirku tond.


MARICA L-importanti hu li nibqghu nimxu. 


BLATSAMM Jidhirli li dik is-sigra ga rajnieha darba ohra.  U ghandu jkun xejritli.


MARICA Ieqaf ftit... qed tara bhali?  Dik t’hemm donnha dwejra... gos-sigar!


BLATSAMM Tajjeb, mela wasalna xi mkien.


MARICA Imxi naraw hemmx xi hadd li jaf jurina t-triq.


Jimxu lejha


BLATSAMM Issa inti mur habbat u jiena noqghod ghassa hawn bl-ixkubetta f’idi.


MARICA Samm, l-ixkubetta tieghek lanqas hawn mhi se tahdem.


BLATSAMM Mur...

MARICA tersaq lejn il-bieb u thabbat.  Isibu miftuh.


MARICA Il-bieb miftuh.


BLATSAMM (jersaq lejha)  Mela nistghu nidhlu. Imma jekk hemm xi platti bil-poridge fuq il-mejda, qis li ma tmisshomx.


MARICA U int toqghod bil-qieghda fuq l-ebda siggu.


Jidhlu nkiss inkiss.  Jissemmghu.


BLATSAMM Ma jidher li hawn hadd.


MARICA (tghajjat) Skuzi.  Il-bieb miftuh.  Min hawn?


BLATSAMM Forsi n-nani ghadhom ghax-xoghol.  Ahjar immorru naraw nilhqux lil Rumplestilskin forsi jurina t-triq.


MARICA Tghid hawn xi ikel hawn?


BLATSAMM Mela ghalxejn wissejtek.


MARICA Imma jien ghandi l-guh.


BLATSAMM Ghandek mnejn jekk tieklu, tickien f’daqqa jew tikber tas-saqaf.


MARICA Dik f’Alice in Wonderland qieghda, u l-ktieb ta’ Alice mhux qieghed ma