QREMPUĊU F'BELT IL-ĠOBON

Qrempuċu, il-ġurdien qalbieni ta' Wied Peprina, xaba' jgħix fil-għaks. Il-bard tax-xitwa għamel bih u l-ġuħ beda jagħfsu. Deherlu li hemm bżonn jibda ħajja ġdida xi mkien ieħor.

U miegħu kaxkar lil ibnu Qrempuċellu biex it-tnejn flimkien jiffaċċjaw avventura wara l-oħra sa ma jiksbu dak li ħolmu bih.

U kisbu aktar milli ħolmu.