IS-SEBA' TRONĠIET MEWWIIJA

Ħrafa fantastika ta' 'l fuq minn 500 paġna, li bħala l-punt tat-tluq tagħha tieħu l-ħrafa folkloristika li ġġib l-istess isem.

Vira, ħuha Toninu u Barbanġ il-qattus, isibu ruħhom trasportati fid-dinja tal-ħrejjef fejn jitaqgħu ma' diversi karattri mill-kotba ta' l-awtur.

Fost ħwejjeġ oħra, il-ħrafa tittratta t-tema ta' l-identita' nazzjonali.

"Hu prattikament impossibbli tidentifika l-ġeneru tar-rumanz ġdid ta' Żahra.
"Is-Seba' Tronġiet Mewwija" mhuwiex rumanz wieħed; fil-fatt għandu riħa ta' ħafna stejjer.
L-eklettizmu letterarju ta' l-awtur jidher ċar daqs il-kristall mis-suriet differenti ta' narrattiva li jagħżel biex idomm sensiela ta' episodji li appuntu għax jiżvolġu f'epoki distakkati minn xulxin jitolbu strateġija stilistika differenti."

Mario Cassar