MINĊOTT ĦAJT ISWED

L-istess bħalek u bħali, ġol-fond ta' qalbha Marika kellha ħafna xewqat, imma qatt ma tat kashom iżżejjed, sakemm għodwa waħda, fil-ħanut tan-nanna Annie, daħlet mara b'ħarsa niffieda li talbitha minċott ħajt iswed.

Strutturalment, dan huwa wieħed mill-aktar kotba "strambi" ta' l-awtur; biżżejjed insemmu li l-istorja tibda b'erba' paġni neqsin...!