LUBIEN

Ġabra ta' novelli

"Trevor Żahra jinħass fl-aqwa tiegħu mill-ġdid, b'kitba konsistenti f'dik li hi stilistika, qawwija u maħsuba f'dik li hi teknika narrattiva, ċerta minnha nnifisha f'dik li hi koncezzjoni ta' kollox...
Għal Żahra kull storja hi għamla ta' esperjenza ġdida li fiha jista' jdaħħal il-motivi insistenti tat-tematika tiegħu: ir-relazzjoni ċerta daqskemm ambigwa ta' l-individwi, it-tiftixa ta' l-identità, ir-rabta intima ma' l-ambjent, il-ħtieġa ta' l-espressjoni personali, l-għarfien tal-kuntest storiku-kulturali partikulari, il-ħerqa biex jingħarfu ċerti valuri fundamentali, u fuq kollox ix-xewqa li kull esperjenza tingħaraf fl-awtentiċità tagħha."

Oliver Friggieri