Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa

Meta missierha sar jaf li bintu qed tiltaqa’ baxx baxx ma’ Zanzu ta’ Pietru tal-Landier, kien qajjem infern sħiħ. Mhux biss għax hi kien għad kellha 17-il sena waqt li hu kellu 31; mhux biss għax huma kienu tal-flus waqt Zanzu kien biċċa karpintier it-tarzna u jagħmilha ta’ waiter u ta’ kulma jiġi għal idejh; mhux biss għax waħda minn ħutu kienet seftura ma’ l-Ingliżi, imma fuq kollox, l-akbar oġġezzjoni tiegħu kien Kalċidon, in-nannu ta’ Zanzu, li għalkemm kien ilu aktar minn 20 sena mejjet, kien għadu magħruf mar-raħal bħala l-akbar sakranazz li qatt rat id-dinja … dak li kien kisser ras il-kelb fl-istatwa ta’ Santu Rokku tal-pjazza, tajjar il-beritta tas-Surġent Demicoli lejlet il-festa ta’ Santa Marija u li kien jaf jiġbed nifsijiet twal ’il ġewwa, iross żaqqu u jbosslok kemm-il bassa tikkommissjonalu.

Dan il-ktieb kien ippubblikat f’Mejju 2008.Minn dakinhar sa Diċembru 2009, inbiegħu ’l fuq minn 3,000 kopja … rata ta’ 5 kotba kuljum.Bla dubju ta’ xejn, għal pajjiż ċkejken bħal Malta,  dan huwa rekord assolut u b’hekk IL-ĦAJJA SIGRIETA TAN-NANNA ĠENOVEFFA jista’ jitqies bħala l-bestseller tas-sena.Diġà qed tiġi stampata edizzjoni ġdida u aktar tard din is-sena, il-ktieb se jkun ippubblikat ukoll bl-Ingliż.

Dan il-ktieb ġie maqlub għall-Ingliż minn Rose Marie Caruana u maqlub għall-Franċiz minn Roland Viard..

[