STAMPAKELMA

Kif jixhed ismu,  dan il-ktieb joffri ġabra ta’ stampi u kliem, kollox miġbur skont is-suġġett: ġisimna, il-familja, ħwejjeġ, oġġetti fi kmamar differenti tad-dar u ħafna oħrajn.  Jiġbor fih ukoll stampi u ismijiet ta’ għasafar, annimali, ħut, fjuri, ħxejjex, ħwawar, siġar, frott, kif ukoll stampi dwar it-tradizzjonijiet Maltin. Fi tmiem il-ktieb hemm indiċi alfabetiku Malti-Ingliż, Ingliż-Malti, kif ukoll tagħrif ħafif dwar xi wħud mis-suġġetti magħżula. STAMPAKELMA huwa mfassal għat-tfal, imma joffri minjiera tad-deheb anki lill-għalliema u l-ġenituri. [