In-Novelli ta’ Trevor Zahra

Hemm kittieba li bhallikieku mhuwiex bizzejjed ghalihom li jinghalqu fi hdan generu wiehed, u jfittxu li jfissru ruhhom f’forom differenti li jvarjaw hafna minn xulxin. Ghalihom il-letteratura hi r-rizultat ahhari ta’ htigiet li huma dejjem l-istess, hi liema hi s-sura li jiehdu fil-livell ta’ l-espressjoni. Aktarx ukoll li kittieba ta’ din ix-xehta jkunu prolifici; il-htiega ta’ l-esperimentazzjoni teknika tant tkun saret haga wahda mal-htiega tal-kitba nnifisha, li jispiccaw jiktbu hafna, u sikwit bl-istess konsistenza u fiducja fihom infushom u fil-mezz letterarju maghzul. Trevor Zahra huwa wiehed mill-ewlenin f’din il-kategorija, u jista’ jitqies prezenti f’ghadd ta’ generi li fihom jinhass komdu, kwazi ferhan bil-ferh ta’ kittieb gdid li ghadu qieghed jiskopri l-ghodod tieghu. Is-sehem ewlieni ta’ Zahra, naturalment, jibqa’ l-kitba ghat-tfal, il-letteratura li titlob specjalizzazzjoni wisq akbar minn dik li aktarx jinhaseb meta tissemma. Huwa mela vojt kbir li kien ilu jinhass ghal zmien twil, zewwaq ix-xoghlijiet tieghu b’suriet ta’ kitba u b’motivi l-aktar wiesgha, nizel fil-fond tal-psikologija tat-tfal li huwa ghex maghhom ghal snin shah bhala ghalliem professjonali li l-letteratura jista’ jqisha bhala estensjoni awtomatika tax-xoghol attwali fl-iskola. Qajla jista’ jinghad bizzejjed dwar il-kontribut storiku kbir ta’ Zahra f’dan il-qasam. Huwa bhallikieku holoq il-generu fil-letteratura Maltija, welldu u rabbieh b’sens qawwi ta’ dmir u kontinwazzjoni li tinfirex fuq medda mdaqqsa ta’ snin. Huma snin ta’ zvilupp u maturazzjoni, ta’ addattament u ta’ tigdid minn xoghol ghal iehor. Dan is-sehem tieghu, fi hdan il-kwadru letterarju Malti, huwa wiehed mill-fenomeni l-aktar interessanti u importanti matul it-tieni nofs tas-seklu ghoxrin. Poeta, rumanzier, drammaturgu, saggista: Zahra huwa essenzjalment in-narratur iddedikat, ir-rakkontatur li l-istejjer inixxu minn gewwa fih bhal gelgul li ma jiqafx. Huwa l-ghalliem li joffri d-divertiment u huwa wkoll l-artist li jinseg kollox bi hjut ta’ moralità li tingharaf minnufih bla ma qatt m’hi imposta jew imbuttata zzejjed biex titla’ fil-wicc ta’ l-istrutturi narrattivi tieghu. Ghalhekk in-novella hi generu li fih huwa jsib lilu nnifsu fil-milja tieghu, kwazi aktar milli fir-rumanz, u sewwa sew ghaliex toffrilu l-possibbiltà doppja li jintrabat ma’ tema wahda daqskemm li jinhall minnha u jghaddi minnufih ghal xi haga ohra. Il-bibljografija tieghu f’dan il-qasam hi vasta gmielha, u tixhed kulma nghad qabel dwar it-tip ta’ kittieb li hu, eklettiku, imzewwaq, sperimentali, kurjuz li jiskopri terreni godda waqt li jissokta dejjem fit-toroq mibdija qabel. In-novellier jinhass fid-dramm tieghu, jinhass fir-rumanz u sahansitra fil-poezija, li sikwit tiehu l-bixra ta’ storja jew awtobijografija tas-sentimenti. Ghal Zahra kull storja hi ghamla ta’ esperjenza gdida li fiha jista’ jdahhal il-motivi insistenti tat-tematika tieghu: ir-relazzjoni certa daqskemm ambigwa bejn l-individwi, it-tiftixa ta’ l-identità, ir-rabta intima ma’ l-ambjent, il-htiega ta’ l-epressjoni persunali, l-gharfien ta’ kuntest storiku-kulturali partikulari, il-herqa biex jingharfu certi valuri fundamentali, u fuq kollox ix-xewqa li kull esperjenza tingharaf fl-awtenticità taghha. Forsi f’dan kollu tingharaf il-qalba tematika kollha tieghu mifruxa matul medda ta’ zmien li issa hi twila bizzejjed, u valida tassew fiha nnifisha, biex isseddqu bhala wiehed mill-kittieba ewlenin ta’ Malta matul l-istorja letterarja kollha. Lubien jidhol ghal kollox f’dan il-kwadru generali. Trevor Zahra jinhass fl-aqwa tieghu mill-gdid, b’kitba konsistenti f’dik li hi stilistika, qawwija u mahsuba f’dik li hi teknika narrattiva, certa minnha nnifisha f’dik li hi koncezzjoni ta’ kollox. Zahra issa ma jinhassx aktar bhala l-esperimentatur izda bhala l-konkwistatur ta’ l-ghodod letterarji tieghu, u t-tematika titwassal bla ebda tbatija sa l-ahhar punti ta’ l-izvilupp mixtieq taghha. L-ambjent Malti huwa mistharreg skond sensiela ta’ ghalixijiet karatteristici. Il-generazzjonijiet huma mlaqqghin u kkuntrastati flimkien. L-istorja recenti tinhass ittektek fuq il-bieb tal-prezent donnha biex tispjega u ticcara kulma l-prezent ma jhallihx jidher sewwa ghaliex ghadu kmieni. Il-karattri huma dejjem sodi, kemm meta l-awtur jirrakkonta fl-ewwel persuna, u kemm meta huwa jinqata’ minnhom, u jsir narratur distakkat, donnu kritiku sottili u dejjem hanin taghhom stess. Dan kollu jixhed il-htiega li tinstab it-triq tan-nofs bejn il-kitba ghat-tfal u l-kitba ghall-adulti, sigriet li Zahra donnu jhollu minghajr tbatija kbira, ghaliex sikwit il-kitba ghat-tfal tista’ tinqara bl-istess gost mill-adulti u l-kuntrarju. Maz-zmien donnu gara li Zahra wasal sal-punt li jara lill-adulti kollha fi stat ta’ tfulija dejjiema, dejjem fittiexa matul vjagg emozzjonali u intellettwali twil. Matul it-tnax-il novella ta’ Lubien hemm ghazla tassew wiesgha ta’ karattri, li whud minnhom jixxiebhu waqt li ohrajn jinqatghu minn xulxin ghal kollox. Huma lkoll ittrattati bi mhabba ghaliex donnhom kollha ghandhom l-istorja spiritwali taghhom imhawla fil-hamrija ta’ l-awtur, li rahom u osservahom b’rispett, b’sens kritiku li huwa istruttiv. L-awtur ta’ Is-Surmast, li llum huwa digà wiehed mill-klassici tal-letteratura Maltija, huwa dejjem is-sieheb, qatt id-dominatur, tal-persunaggi tieghu. Kulma hu Malti u kulma hu uman jithalltu sakemm jinsgu tila ezistenzjali wahda, kumplessa fiha nnifisha, semplici biex tkun apprezzata, attraenti biex ma tgerrixx lill-qarrejja. In-nannu Pawlu (Ghabex), Dun Pawl (Is-Sigra taz-Zebbug), Salvinu (Bocca tal-Hgieg), Nikol (Hanut tal-Helu), Kristin (L-Inkwatru) huma biss ftit mill-karattri li jiffullaw biex jiksbu spazju, attenzjoni u apprezzament f’Lubien. Donnhom ilkoll huma hbieb qodma tas-subkonxju taghna, qisna ltqajna maghhom digà xi mkien, qatt daqshekk mill-qrib, u qatt taht il-lenti gharriexa ta’ awtur li jixtieq itellaghhom ghal-livell ta’ miti ta’ socjetà shiha. B’din il-gabra Trevor Zahra jissokta jizviluppa t-tradizzjoni tan-novella Maltija, fidil kif inhu dejjem lejn kulma sar qablu; huwa jissokta, fuq kollox, jelabora t-teknika u t-tematika persunali tieghu, u jasal biex jaghmel passi kbar godda f’direzzjoni li hi maghrufa minn xoghlijiet tieghu ohrajn. Din il-konsistenza hi dejjem il-prova li f’Zahra hemm identità letterarja wahda, kemm meta jindirizza generazzjonijiet differenti, u kemm meta jhaddem generi letterarji diversi, ilkoll mahsubin ghal udjenza adulta li, mill-gdid, hi mifhuma fid-dawl ta’ verità psikologika ewlenija: f’kull adult hemm dejjem tifel jew tifla ixjeh mill-prezent. Il-faciltà li biha Zahra jhaddem il-Malti mhux biss terga’ tipprovdi mudell ta’ kitba mill-ahjar, izda tissokta turi li t-tematika m’hi mtahhta ghal ebda artificjozità teknika. Il-hsieb isir kelma, waqt li l-kelma tezisti sewwasew ghaliex hi hsieb; il-letterarjetà tat-testi tieghu hi haga wahda mal-qofol tal-vizjoni tieghu. Il-metodu tar-rakkontar tieghu huwa mzewwaq ukoll, mhux biss minn novella ghal ohra, izda wkoll fi hdan l-istess novella. L-oservazzjoni, in-narrazzjoni, il-kumment, it-tiftix ghall-kontenut psikologiku huma lkoll ingredjenti li jipproducu haga wahda, maghquda fiha nnifisha. Oliver Friggieri