Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: Erk u Liz
Kitba ta' Trevor Zahra
<>-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Jiehdu sehem:
GOVANN
MENA
ERKOLE
LIZ
ILJUN
HANZIR
HAJDRA
SULDAT
KELB CKEJKEN
CERBRU (Kelb Kbir
ATLAS
CENTAWR
BARRI
SEQER-1
GRUPP ISQRA
PERSUNI (1 - 4)
FOLLA (1- 4)
TIFEL
KOR / FOLLA
XENA 1 -- L-Iljun
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 1/A
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
==== OVERTURE ====
Govann u Mena reqdin fuq bank
GOVANN Din taghna tassew hajja mill-aghar. La ghandna x’nieklu, la fejn indabbru rasna u biex taghqad, bil-lejl norqdu hazin.
MENA Ga qomt? X’rega’ nqalaghlek?
GOVANN Hlomt holma kerha.
MENA Lanqas holm suret in-nies m’ghandek hila tohlom.
GOVANN Din tal-lum kienet kerha daqskemm kienet sabiha.
MENA Aktar jien ukoll noqghod naghti kasek! Tridx thallini bi kwieti hej, ghax ghadni bin-nghas.
GOVANN Tiftakar il-bierah meta waqafna quddiem dak il-hanut tal-videos u fuq TV rajna bicca mill-film ta’ Hercules? Hlomt li jien sirt Erkole.
MENA Mela allura mhux holma kerha kienet imma holma redikola...
GOVANN Hlomt li sirt zaghzugh gustuz, it-tfajliet kollha jigru warajja u jgebbdu fija u jien nisfida lill-irgiel kollha ghall-glied u b’daqqa ta’ ponn wahda tieghi kull ragel jispicca kkapuljat.
MENA Mela ghalhekk kienu jigru warajk it-tfajliet... ghall-hamburgers!
GOVANN Minghalik!! Kienu jigru warajja u jbusuni. Imbaghad stebaht u sibt ruhi hawn... hdejk!
MENA Mela ghax ma tergax torqod forsi terga' ssib ruhek ggant? (titgeddes biex torqod)
GOVANN Ghax dan Erkole kien ihobb tfajla tal-genn, jisimha LIZ. Biex jirbahha ried bilfors iwettaq tnax-il bicca xoghol.
MENA Mela ahna ahjar minnu ghax inqattghu l-jum kollu fil-ghazz.
GOVANN (Jimtedd hdejha fuq il-bank) U l-ewwel bicca xoghol li kellu kienet li joqtol iljun tal-biza'...
MENA U GOVANN JORQDU --- TOHROG LIZ
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 1/B
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
LIZ U jiena nahbat Liz... it-tfajla tal-genn li dan Erkole twebbel li jrid imhabbitha.
JOHROG ERKOLE
ERKOLE (Imur gharkobbtejh hdejha) Liz... Liz ta' qalbi... xemx ta' filghodu, kwiekeb ta' filghaxija, dawl fiddien tal-qamar...
LIZ U aghlaq halqek ja mignun. Dan kif dahhaltha f'rasek li se ggeghelni nhobbok billi toqghod tiggieled mal-mostri u l-gganti?
ERKOLE Ghax jien Erkole... the one and only l-aqwa u l-isbah..
Kanzunetta -1
Jien Mr. Erk
(Besame Muchio)
Jien Mr. Erk,
Guvni specjali,
Ghax ghandi sahha li zgur... ma ssibha mkien,
Jiena, eccezzjonali,
Tant kolossali,
Ta’ fama globali,
Genjali f’kull zmien.
Lest minn kull saram naqlaghkom,
Mill-biza’ nsalvakom,
Ha ssibu l-helsien;
Jekk hawn xi mostru bestjali,
Xi bhima brutali...
Ghalikom hawn jien!
Muzika....
Jien Mr. Erk,
Ma ssibux bhali,
Fost l-eroj kollha jien biss, meraviljuz...
Hajti... monumentali,
Ejja kantali
W semmaghli
Din l-ghanja ghax jiena famuz!
--------------------------------------------------------
LIZ Eh iva?? U tahseb li b’dawn il-ksuhat tieghek
se ggeghelni nsir inhobok??
ERKOLE Dazgur...l-allat hekk qaluli...
LIZ Tajjeb mela, mur ghidilhom li jien minix ghall-bejgh. Caw.
(Titlaq 'il gewwa waqt li ERK jitlaq warajha)
ERKOLE Liz... Liz... fjura tal-muntanji... fwieha ta' Mejju...
____________________________________________________________________
Xena 1/C
____________________________________________________________________
JOHROG IL-KOR
KOR 'Il boghod, qalb il-muntanji,
Go ghar daqsiex, mudlam,
Kien jghix iljun tal-biza’,
Qalil, kattiv, setghan.
Il-gilda hoxna tieghu
Maghquda daqs l-azzar,
Xejn ma kien jist’ghaliha,
La vlegeg, lanqas nar.
Nies qatel minghajr hniena,
Bl-ghexieren, bil-mijiet,
Kien battal hafna rhula,
Kien zvojta bosta bliet.
Erkole! Eroj taghna,
Ejj’inti ha ssalvana!
JOHROG ERKOLE
ERKOLE OK, OK... I’m a coming... I’m a coming ! Hawn xi ferh ta’ qattus li qed jaghtikom xi daqsxejn fstidju? No problems guys, Erk is here. Just a little squeeze and... freeze! S’issa jiena ga qtil merhla gniedes, 50 iljunfant u 20 serp. U dik il-habta kelli biss 7 snin. Mur gib lil ta’ l-RSPCA...eh!
WAQT LI GHADU JITKELLEM JITFACCA L-ILJUN
Allura fejn hu dan il-Puss-in-Boots imqareb, eh? Pero’... harsu ’l hawn: jekk se noqtlilkom dan l-iljun ftakru li, la se jkolkom aktar cikkulata Lion, la te ta’ Ljun u lanqas tkunu tistghu taraw “The Lion King”.
____________________________________________________________________
Xena 1/D
____________________________________________________________________
ILJUN JGHAJJAT WAHDA KBIRA
ERKOLE Cool it Puss, cool it. Ma nafx jekk hux veru... imma ghadhom kemm qaluli li inti tghidx kemm thobbu l-laham tal-bnedmin. Tassew?
ILJUN (Jaghmel “iva” b’rasu)
ERKOLE U allura thobb xejn tmexmex xi koxxa maghquda ta’ xi guvni gustuz bhali, eh?
ILJUN (“Iva” dejjem aktar ecitat)
ERKOLE Jew xi dixx kbir kollu spare-ribs....?
ILJUN (Iva.. iva... ma jiflahx izomm bil-hsieb ta’ l-ikel)
ERKOLE Imbaghad 20 bicca peppered stake...
ILJUN (Iljun joghrok zaqqu bil-guh... laghbu niezel!)
ERKOLE Fillet medium-rare
ILJUN (Bhal qabel)
ERKOLE Crown of Lamb
ILJUN (Ma’ l-art iferfer idejh u saqajh fl-arja)
ERKOLE Chateau Brion!!
ILJUN (Ma’ l-art mitluf minn sensih)
ERKOLE (Lill-udjenza) You see guys... nothing to it. Easy as that.
Ifaqqa’ sebghu u jieqaf kburi b’sieq wahda fuq l-iljun.
GOVANN (Iqum... b’lehen solenni) U wara li qatel l-iljun, Erkoli taha ghall-business. Fetah sensiela ta’ hwienet u semmiehom: “Burger Lion King!”
XENA 2 -- Il-Hanzir Selvagg
-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------Xena 2/A
____________________________________________________________________
TOHROG LIZ
LIZ Hasibni se ninhall warajh. Hasibni se mmur nintelaq f'riglejh u nimlieh bil-bews. NO WAY MAN! Wara kollox dan x'jigifieri joqghod joqtol l-annimal bl-addocc?? Jien l-iljuni nhobbhom! U l-mostri wkoll! U fi hsiebi norganizza marc ta' protesta ghall-harsien ta' l-annimali strambi kollha. Imbaghad ikun jaf Liz min hi!
TITLAQ 'IL GEWWA -- JOHORGU MENA U GOVANN
GOVANN&nbs