Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: Il-Ġrajja tal-Ġungla
mill-ktieb ta’
Rudyard Kipling
u l-film animat ta’
The Jungle Book
adattament bil-Malti ta’
Trevor Zahra
Jiehdu Sehem
Mowgli (tifel)
Bagira (pantera)
Kaa (serp)
Balu (Ors)
Xierkann (Tigra)
Ir-Re Lui (Orongutang)
Il-Kurunell Hati (Iljunfant)
Erba’ Vultures
Tifla
Grupp ta’ Iljunfanti
Grupp ta’ Xadini
-----------------------------------------------------------------------------------
XENA 1
Full stage
PURTIERA SEWDA
TLIET sigriet fin-nofs fuq il-parti ta’ wara
________________________________________________________
Overture flimkien ma’ zfin. Wara ftit, maz-zeffiena jinghaqad MOWGLI. Waqt li l-muzika tkompli sotto voce u z-zifna tizviluppa f’ moviment hafif, jitfacca BAGIRA.
BAGIRA Kulhadd kuntent! Hemm arahom, jizfnu u jaqbzu bla hsieb ta’ xejn. Sa ftti ilu jien ukoll kont bhalhom; imma... xi trid taghmel... sibt ruhi f’bicca nkwiet li xejn ma kelli bzonnha.
Jiena Bagira... kif tistghu taraw: pantera. Kont jien li sibt lil dak it-tfajjel meta kien ghadu tarbija, abbundunat hawn fil-gungla. Gietni hniena minnu u mort hadt ghand il-lupi biex irabbuh huma. Dawn laqghuh bil-ferha u tawhl-isem ta’ Mowgli. Kollox mexa harir... propju sa ftit jiem ilu. Sirna nafu li fl-inhawi taghna wasal Xerkann.... it-tigra... annimal kiefer li joqtol kull bniedem li jara. Issa Mowgli kiber, u l-Lupi ddecedew li l-gungla m’ghadhiex tghodd aktar ghal Mowgli. Qaluli jehtieg jibda jghix mal-bnedmin bhalu.
Baghat ghalija l-Lupu l-Kbir u qalli: “Bagira... int kont li gibtu u int jehtieg tiehdu lura fil-villagg!”
Dik hi kollha. Lanqas ftit tal-karita’ ma tista’ taghmel. Xehtuli dil-bicca xoghol fuq spallejja u telquni. Mowgli zgur qatt mhu se jaccetta li jitlaq mill-gungla; u fuq kollox.... lil Mowgli nqisu bhallikieku ibni stess. Ma nafx kif se ninfired minnu.
Zeffiena jitilqu u MOWGLI jibqa’ wahdu.
Jintebah b’BAGIRA.
MOWGLI Hawn Bagira? Fejn se mmorru nilaghbu llum?
BAGIRA Illum? Hmmm iva... illum kont qed nahseb li naqbdu t-triq biex immorru f’post ’il boghod hafna.
MOWGLI (Eccitat bil-ferh) Fejn hemm l-ghadira l-kbira?
BAGIRA Aktar ’il boghod...
MOWGLI Naqsmu l-pjanura tal-qasab ?
BAGIRA U nibqghu sejrin aktar ’il boghod. Post tassew sabih... ghalik. Post tal-holm!
MOWGLI Mela zgur qatt ghadna ma morna f’dal-post!
BAGIRA Le... qatt ghadna ma morna.
MOWGLI Hux x’gost! Ara meta nigu lura kemm se jkolli x’nirrakkuntalhom lil-lupi ?
BAGIRA (Imbarazzat) Hmmm... iva... dazgur, dazgur ... meta tigi lira!
MOWGLI Xi gralek, Bagira? Donnok xejn m’inti f’sikktek! Ara issa mhux l-ewwel webbiltni, imbaghad jerga’ jibdielek, tafx!
BAGIRA Le... le.. m’ghandi xejn. Ara ejja ma nitilfux aktar zmien...
Jidhol KAA s-serp.
Tinstama’ ftit muzika minn “Trust in Me”
-----------------------------------------------------------------------------------
Xena 1- A
________________________________________________________
KAA Ara ’l min qed nara dalghodu. Is-ssssliem ghalihom. Kif inti Mowgli?
MOWGLI Jien u Bagira se mmorru vjagg f’post ’il boghod.
KAA Posssst ’il boghod? Dan fejn sssssejrin Bagira ?
BAGIRA Hmmm... se mmorru.. se mmorru..... se mmorru f’post ’il boghod.
KAA (Lil Bagira waqt li jaqbad driegh Mowgli) Tridx thalli lil Mowgli fi hssssiebi ? Jien naf x’ghandi naghmel bih.
BAGIRA (Jahtaf lil Mowgli) Dazgur li taf x’ghandek taghmel bih.
MOWGLI Ghax ma tigix maghna, Kaa ?
BAGIRA Ma jigi xejn!!! Kaa ghandu x’jaghmel hafna.
KAA Nahseb aktar insib x’naghmel kieku kellu nigi passssss maghkom.
MOWGLI (lil Kaa -- irrabbjat) Inti jaqaw tridni nqaxxrek haj? Inti oqoghod hawn. Ahna ghandna bizzejjed x’naghmlu. Ejja Mowgli tlaqna.
Bagira u Mowgli Jitilqlu
KAA Ma nafx ghaliex lili kulhadd jahseb hazin fija. Aktar ma jiena sincier, onest, gentili u grazzjusssss... aktar naqla’ fuq wicci. Morru morru ma gara xejn. Imma ma ndumux ma nergghu niltaqghu.
KAA jitlaq. MUZIKA.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 2 Tinzel il-purtiera tan-nofs
Jinzlu wkoll ZEWG sigriet quddiemha
______________________________________________________________________
Jidhlu BAGIRA u MOWGLI
BAGIRA Jaqbel nieqfu nistriehu hawnhekk ghal-lejl.
MOWGLI Ghadek m’ghidtlix fejn se mmorru ?
BAGIRA M’hemmx xi nghidlek. Issa la naslu tara b’ghajnejk : post mill-isbah. Adattat ghalik. U issa hallini ghax inhossni ghejejt.
(jitkebbeb u jibda diehel fin-nghas)
MOWGLI Qed tixjieh Baggy-Boy! Jien ghadni nhossni niflah nimxi lejl shih...
BAGIRA (nofsu rieqed) Hmmm... norqod lejl shih.
MOWGLI U ma niqafx qabel ma naslu f’dak il-post tal-holm...
BAGIRA (jhewden) Post tal-holm....
MOWGLI Ga qed nimmaginah quddiemi... b’ghajnejja maghluqin.
BAGIRA ...ghajnejja maghluqin.
MOWGLI (ihares lejn Bagira) Hemm hu... raqad! Imma jiena m’ghandix nghas. Ej’ Bagira... mela inti hekk... taqbad u torqod qisek annimal. Hmmm skuzani, mhux biex noffendik! (Bagira jibqa’ rieqed). X’taghmel? Nahseb li jaqbel nipprova norqod jien ukoll. (Jitkebbeb hdejn Bagira. Wara ftit jidhol jaghlaq ghajnejh u jorqod).
Jidhol KAA
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 2- A
______________________________________________________________________
KAA Hmmm... ssssibthom sa fl-ahhar. Mela sewwa smajt. Lil Mowgli se jiehdu lura fil-villagg tal-bnedmin. Imma ghalfejn dil-battikata kollha. Jien nista’ niffrankahielhom. Tifel bhal dan... tari.. delizzjuzzzz...
Jersaq lejh, imma MOWGLI li jkun ghadu ma dahalx sew fin-nghas, jistenbah b’hasda.
MOWGLI X’gara.. hawn x’inti taghmel ?
KAA Kont ghaddej minn hawn... u... u... gejt nara hux kollox sew. Skuzani li qajjimtek. Orqod... erga’ orqod.
MOWGLI Nahseb li aktar ghandi guh milli nghas. Fil-fatt qed ninnota li llum ma tantx kilt. Forsi bl-eccitament tal-vjagg.
KAA Imma meta jidhol il-lejl, kulhadd suppost li jorqod.
MOWGLI Mela kif inti ghadek imqajjem ?
KAA (Kaa jidhak b’malizzja). Tassew tifel spirituzzzzz! Imma jiena serp u ahna s-sriep inbatu bl-inssssomnja. Ara Mowgli, ha noqghod hawn hdejk.... u nkantalek bil-vuci helwa tieghi, u tara kif malajr jaqbdek nghas tant hlejju li thossok miexi fuq is-shab.
MOWGLI Inti? Ha-ha-ha... mela inti taf tkanta? X’kull wahda wkoll!
KAA Iskot, ghax tqajjem lil Bagira, miskin... u dak ara kemm ilu jimxi. Ghandu bzonn lejl mistrieh.
MOWGLI Kanta... kanta... ha naraw ftit x’vuci ghandek.
Waqt il-kanzunetta, MOWGLI jaqbdu nghas, jittewweb, jitmattar...ecc. Imma ma’ tmiem il-kanzunetta, meta KAA jkun se jinxtehet fuqu biex jieklu, MOWGLI jiccaqlaq, jaqa’ fuq BAGIRA, dan iqum b’hasda u KAA jispicca taht nett mghaffeg.
Kanzunetta - 1 (serp)
(Trust in Me)
Hawn jien hdejk,
Fejn riglejk,
Halli n-nghas
Jersaq lejk;
Tahseb xejn,
M’hawnx inkwiet,
X’telqa thoss,
F’dan is-skiet;
Kollox jinhall quddiemek,
Ma tafx sew fejn tinsab,
Thossok stordut, helu, helu qed teghreq gos-shab.
Hawn jien hdejk,
Nosservak,
Minn kull gwaj,
Niskansak.
----------------------------------------------------
Thoss zanzin
Go widnejk,
Orqod, strieh,
Hawn jien hdejk....
BAGIRA (Iqum mahsud bla ma jaf sewwa sew x’inhu jigri)
Hawn x’inhu jigri ? Wasla Xerkann? Hawn xi Haina? Xi Hanzir Selvagg ?
KAA Ajma... farraktuli s-sinsla ta’ dahri ?
BAGIRA (lil Kaa) Hawn x’inti taghmel ?
MOWGLI Kien qed ikantali biex norqod.
BAGIRA Eh iva.. (lil Kaa) X’kont qed tkantalu ?
KAA Hennejt ghalih.. ghax.. ghax ma kellux nghas. U miskin... kellu l-guh.
BAGIRA Hmmm... jien akatr nahseb li inti kellek il-guh.
KAA Ajma dahri. Nahseb li caqlaqtuli l-ilma ta’ widnejja ghax qed nara kollox idur bija.
BAGIRA U jekk se tibqa’ hawnhekk ftit iehor mhux l-ilma ta’ widnejk biss se ncaqlaqlek, imma qalbek ukoll.
KAA Kollox sew.. kollox sew... arani sejjer. (Lil Mowgli) Nawguralek li tkun kuntent fil-villagg tal-bnedmin. Ajma l-mudullun tas-sinsla !
KAA JITLAQ IZAPPAP.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 2- B
______________________________________________________________________
MOWGLI (lil Bagira... irrabjat) X’inhi din tal-villagg tal-bnedmin ?
BAGIRA (ikkonfondut) U ma tafx int Kaa kemm ihawwad. Tafx li dak kien se jipprova jieklok hux ?
MOWGLI Eh iva, ihawwad? Mela dak hu dan il-post sabih... post tal-holm li trid tohodni fih.
BAGIRA Mowgli, ismaghni sewwa. Fil-gungla ghadu kemm gie lura Xerkann....it-tigra... u dak ma jistax ghall-bnedmin. Ma nghidlekx kemm-il wiehed qatel. Qaluli li... li.. ga sarjaf bik.
MOWGLI Jien minix se nibza’ minn bicca tigra !
BAGIRA Bicca tigra!! Dazgur!! Qed tghid hekk ghax ghadek qatt ma rajtu. Xerkann huwa l-aktar annimali kattiv u feroci li qatt deher. Hadd mhu kapaci jiqaflu. L-uniku post fejn ma jsibekx huwa biss fil-vilagg tal-bnedmin.
MOWGLI Imma jien rrid nibqa’ hawn .... maghkom.
BAGIRA Mowgli, inti taf kemm inhobbuk. Imma wara kollox inti bniedem... u qed tikber.. postok m’ghadux aktar maghna.
MOWGLI Ma jimpurtanix. Jiena minix se niccaqlaq minn hawn.
BAGIRA (jibda jitlef sabru) Mowgli. Ikollok tisma’ minni. Il-Lupu l-Kbir iridek tmur fil-villagg.
MOWGLI Imma jien hawn irrid nibqa’. Arani tlaqt lura.
BAGIRA Mowgli... ejja ’l hawn.
Jitilqu jigru wara xulxin.
Jidhol Xerkann
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 2- C
______________________________________________________________________
XERKANN Hmmm.... mela sewwa qaluli. (ixammem b’makakkerija) Tinxtamm sewwa riha tieghu. Shuna... tiftahlek l-aptit... tfuh! Ferh ta’ bniedem tari baqta! Mhux soltu li hawn... fil-gungla... jkun hawn ferh ta’ bniedem... wahdu. Okkazjoni unika. Xerkann ma tantx ihobb jitlifhom okkazjonijiet bhal dawn!
(Jibdel it-ton ta’ lehnu... Rabja) M’hawnx aghar mill-bnedmin. Jigu ghalina bl-armi qerrieda taghhom u jonsbuna. Mhux biex jieklu u jkunu jistghu jghixu. Jeqirduni ghall-gost... biex jiehdu l-gilda taghna... jew l-avolju... jew l-ghadam.
Imma jiena.. il-kbir Xerkann... naf kif nithallas minnhom.
(jerga’ jintilef ixammem).
Hmmm.. x’riha dik... qed inhoss laghabi niezel! Jehtieg infittex insibu.... u malli nsibu....!!!!
JITLAQ
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 3 Titla’ l-PURTIERA TAN-NOFS.
Il-palk issa jidher bit-TLITT sigtiet ta’ wara u t-TNEJN ta’ quddiem.
______________________________________________________________________
MOWGLI kokka fl-art. Wara ftit iqum u jibda jippassigga bla hegga ta’ xejn.
MOWGLI U jien kont nahseb li Bagira habib tieghi. Dik hi l-hbiberija kollha...irid jehles minni. U l-Lupu l-Kbir ukoll. Basta kienu lkoll jghiduli li jien wiehed minnhom. Ma gara xejn...naf infendi ghal rasi.
Jidhol Balù jkanta minn taht l-ilsien
BALÙ Oj... oj... (ihares lejn Mowgli) Dan x’jahbat? Qatt ghadni ma rajt ors bla suf!
MOWGLI Inti minn qallek li jien ors ?
BALÙ Oj... oj! Dan ferh ta’ bniedem. Hawn x’giebek ’il din-naha? Ma’ min qieghed ?
MOWGLI Wahdi. Lili hadd ma jridni.
BALÙ X’jigifieri wahdek? Isma’ tfajjel... jaqaw ghandek xi haga qed tinkwetak?
MOWGLI U kieku stess. Lili hadd ma jista’ jghinni.
BALÙ Ara x’kull wahda wkoll! Taf xejn li jien qatt ma habbilt rasi b’xejn?
MOWGLI Jekk ma jkollokx problemi bil-fors ma thabbilx rasek.
BALÙ Le... mhux hekk trid tghid. Jien ma jista’ qatt ikolli problemi. Hawn fil-gungla nsib dak kollu li jkolli bzonn. U jekk xi haga ma nsibhiex ikun ifisser li m’ghandix bzonnha. U la darba m’ghandix bzonnha m’hemmx ghalfejn ninkwietha dwarha. Qed tifhem issa?
MOWGLI Leqq.
BALÙ Ha-ha-ha... il-bnedmin tassew idumu ma jifhmu! Ara, qabel xejn, inti x’jismek tfajjel?
MOWGLI Jien Mowgli.
BALÙ U jiena Balù.
MOWGLI Kieku mqar nista’ nibqa’ nghix hawn mieghek.
BALÙ Mela le... bil-qalb kollha. Mieghi ma jkun jonqsok xejn.
MOWGLI Bagira jrid johodni fil-villagg dal-bnedmin.
BALÙ Fil-villagg tal-bnedmin. Dan ghaliex?
Jidhol BAGIRA.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------
Xena 3 - A
______________________________________________________________________
BAGIRA Ghax hemm postu!
BALÙ Ara Bagira! Kif inti Baggy-Baby?
BAGIRA Mowgli qieghed mieghi u se niehdu lura fil-villagg tal-bnedmin.
BALÙ Imma jahasra l-bnedmin jahluh. Jaghmluh ragel !
BAGIRA (lil Balù) Ma tafx li f’dawn l-inhawi rega’ wasal Xerkann.
BALÙ Allura billi wasal Xerkann. Mowgli se jibqa’ jghix hawn, mieghi.
BAGIRA Eh iva... u kif tahseb li se jirnexxilu jghix ?
BALÙ &n