Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: Les Miserables
Trevor Zahra
Jiehdu sehem:
VALJEAN |
Habsi li aktar tard jikkonverti |
JAVERT |
Direttur tal-habs |
THENARDIER |
Lunkandier |
Mme. THENARDIER |
Martu |
MARIUS |
Zaghzugh |
ENJOLRAS |
Zaghzugh |
COURFEYRAC |
Zaghzugh |
PHILIPPE |
Zaghzugh |
FANTINE |
Mara zaghzugha |
EPONINE |
Tfajla fuq ruhha |
EPONINE ZGHIRA |
Bint it-Thenardiers |
COSETTE ZGHIRA |
Bint Fantine ckejkna |
COSETTE |
Bint Fantine meta tikber |
ISQOF |
|
SEFTURA |
Seftura ta’ l-Isqof |
FOLLA/SULDATI |
|
KOR |
|
ZEFFIENA |
|
XENA 1 - FIL-HABS
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Jiftah is-Separju fuq il-kanzunetta:
Kanzunetta 1 - TOHLOMX (The Work Song)
Tohlomx, tohlomx
Zomm harstek biss lejn l-art,
Hawn gew se ddum
Sakemm jidfnuk taht l-art;
Ix-xemx bla qalb;
F’dal-post qeghdin ninxtwew,
Tohlomx, tohlomx
Mhux post il-holm hawn gew.
Mulej, hanin
Dal-wahx ghejejt narah;
Tohlomx, tohlomx,
M’hawn hadd li jimpurtah;
U marti, zgur
Tkun tistennieni d-dar;
Tohlomx, tohlomx
Kulhadd insiek u mar.
Tohlomx, tohlomx
Tamietek la tibnix,
Mulej hanin
L-ghaliex ma tohodnix?
Tohlomx, tohlomx,Ilsir int dejjem tkun;
U bla ma ntbaht
Diga tinsab midfun.
JAVERT Gibuli quddiemi l-prigunier 24601. Ersaq 'l hawn. Jidher li ghalaqlek iz-zmien u issa se tibdielek il-parole. Nittama li taf dan xi jfisser.
VALJEAN Ifisser li ninsab hieles.
JAVERT Le! Ifisser biss li se jkollok il-biljett l-isfar tal-leave. Imma xorta se tibqa’ meqjus bhala halliel.
VALJEAN Kont biss sraqt hobza.
JAVERT Kont dhalt go dar privata.
VALJEAN Kont kissirt hgiega ta’ tieqa. Ohti kellha tarbija li kienet qed tmut. Konna lkoll qed immutu bil-guh.
JAVERT U terga’tmur bil-guh jekk ma titghallimx xi tfisser il-ligi.
VALJEAN Nahseb li naf xi tfisser! Qattajt 19-il sena shah ilsir tal-ligi.
JAVERT Hekk hu: 5 snin tas-serqa u l-bqija ta’ kemm-il darba ppruvajt tahrab. Nafek sewwa 24601.
VALJEAN Ismi huwa Valjean!
JAVERT U ismi huwa Javert. Qatt tinsieni 24601, ghax jien ma se ninsiek qatt!
Tohlomx, tohlomx,
Ilsir int dejjem tkun;
U bla ma ntbaht
Diga tinsab midfun.
Uh Uh Uh Uh... ecc
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 2 - GHAND L-ISQOF
L-isqof mal-mejda u s-seftura qed tnewwillu l-ikel. Ihabbat il-bieb.
SEFTURA X’kull wahda... mela issa hin in-nies. Hallihom ihabbtu kemm iridu.
ISQOF Le... Marie! Mur ara min gie....
SEFTURA (hi u sejra tiftah) Mhux dejjem l-istess; tallaba, nisa tat-triq, criecer... twajjeb wisq inti eccellenza...
JIDHOL VALJEAN
ISQOF Ghaddi ibni. Poggi hawn mal-mejda. Marie, mur giblu platt shun. (seftur tmur 'il gewwa)
VALJEAN Sewwa qalli Javert... ghalija mhemmx helsien. Hadd ma jrid jaghtini nitfa xoghol ghax fuq mohhi ghandi t-timbru ta’ habsi. Lill-klieb jistmawhom ahjar minni. Sid it-tverna tal-pjazza lanqas ried ihallini norqod fl-istalla mal-bhejjem tieghu.
ISQOF Tinkwetax ibni. Il-fidwa tasal ghal kulhadd.
Seftura tidhol bl-ikel, tpoggih quddiem VALJEAN u terga’ tohrog
VALJEAN Minbarra ghalija. Meta kont il-habs, shabi kienu habsin bhali u konna nqisu 'l xulxin indaqs. Imma hawn sibt ruhi moghti bis-sieq minn kulhadd.
ISQOF U biex nurik li mhux kulhadd qed jaghtik bis-sieq, se mmur ingiblek qatra nbid tajba. U l-lejla tista’ tibqa’ torqod hawnhekk.
ISQOF Jidhol gewwa.
VALJEAN (ihares madwaru u jilmah xi haga tal-fidda. Iqum minn postu u johodha f’idejh). Fidda mastizz! Din tiswa ghaxar darbiet aktar mill-flus kollha li qlajt tul hajti. Issa l-waqt tieghi.
VALJEAN jixhet l-oggett go xkora li jkollu f’idu u jitlaq il-barra.
Wara ftit tidhol is-seftura. Tintebah li VALJEAN tela qu li ghosfrot ukoll il-fidda.
SEFTURA Eccellenza... eccellenza....!!!
JIDHOL L-ISQOF bi flixkun inbid u zerwg tazzi f’idu.
ISQOF X’inqala’ Marie?
SEFTURA Qed tara kif sewwa nghidlek jien. Hemm ara... il-kandlieri tal-fidda ghosru.
ISQOF Eh... Marie, Marie... int mara tassew twajba, imma jahasra ghadek ma fhimt xejn. Dawk kienu qeghdin hemm biex ahna nharsu lejhom u huma jharsu lejna. U ghidi ftit Marie, kemm se ndumu hekk inharsu lejn xulxin bla ma qatt niswew farka gid? Issa l- kandlieri xebghu hemm fil-ghazz u ddecidew li jibdew jghinu ftit l-umanita’. Sar il-hin, Marie. Mur strieh u halli kollox fi hsiebi.
SEFTURA (aside) Li kien ghalih jiftah biebu berah u jqassam gidu kollu f’saghtejn. Nispiccaw tajjeb imbaghad... ikollna mmorru nittallbu ahna wkoll. Imbaghad lilna min se jhenn ghalina, eh?
SEFTURA tidhol gewwa. Wara ftit ihabbatil-bieb. L-ISQOF iqum u jmur jiftah. Jidhlu zewg suldati b’VALJEAN arrestat.
SULDAT-1 Skuzana eccellenza li gejna niddisturbawk f’dal-hin skomdu. Imma dan il-.... qbadnieh jiggerra b’dawn l-oggetti prezzjuzi f’idejh. Qed jghid li tajthomlu inti.
ISQOF (lil Valjean) Poggi habib; u kemm kont mghaggel, x’wahda din, lanqas ilhaqt ghidtlek sahha. (idur fuq is-Suldati) Sinjuri, dan il-habib tieghi qalilkom il-verita’ kollha. Dawk tajthomli jien rigal. U mhux dawn biss imma (imur igib zewg gandlieti tal-fidda) tajtu dawn ukoll, imma bl-ghagla kien fiha nsiehom warajh. Sinjuri, intom tassew haqqhom kull tifhir ghax tafu twettqu dmirkom bl-akbar reqqa. Morru striehu u hallu lil dan il-habib tieghi joqghod ftit iehor hawn, mieghi.
SULDAT-2 Tajjeb mela, eccellenza. Basta kollox sewwa.
ISQOF Kollox sewwa. Il-lejl it-tajjeb.
SULDATI Il-lejl it-tajjeb. (JITILQU)
VALJEAN (wara ftit mumenti ta’ sikta u tensjoni) Ghaliex? Ghaliex?
ISQOF Ghax il-fidwa tasal ghal kulhadd. Habib issa inti hieles tassew. Il-Mulej fdiek mill-hazen. Eluf ta’ snin ilu, wiehed mid-dixxipli tieghu kien bieghu ghal ftit bicciet tal-fidda. Izda llum, il-Mulej ghamel mieghek bil-maqlub. Huwa xtara r-ruh tieghek permezz ta’ din il-fidda. Hudha. Uzaha tajjeb. U mil-lum ibda hajja gdida f’isem il-Mulej.
L-ISQOF iferra’ zewg tazzi nbid u jaghti wahda minnhom lil VALJEAN
VALJEAN Sinjur, qatt ma bsart li qalb dan id-dlam kolu se jitfacca ragg ta’ dawl. Iva, illum irrid nitwieled mil-gdid.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 3 - BARRA L-FABBRIKA
Nisa hergin mill-fabbrika. MARA-1 ghandha ittra f’idha li qed taqraha flimkien ma’ l-ohrajn. FANTINE qed tipprova tohdilha l-ittra minn idha imma mhix qed jirnexxxilha.
FANTINE Gibuha lil hawn dik l-ittra. M’ghandkom l-ebda dritt taqrawha.
MARA-2 Ghandna kull dritt inkunu nafu x’tip ta’ nisa ghandna jahdmu maghna fil-fabbrika.
MARA-3 Monsieur Madeleine dejjem jghid li fil-fabbrika jrid biss nisa ta’ l-unur.
MARA-4 Nisa tal-gieh.
MARA-5 F’dawn l-ahhar 8 snin, minn mindu Monsieur Madeleine gie fil-belt taghna u fetah din il-fabbrika, ilkoll hadna r-ruh.
MARA-6 Ghax il-fabbrika ghandha fama tajba.
FANTINE Ghidtilkom dik m’ghandkomx dritt taqrawha!
MARA-1 (lil FANTINE; bl-ittra f’idha) Ghandek ragun ma tridniex naqrawha. Mur obsor ghaliha li M’selle Fantine! Ghadha tarbija! Illegittima!
In-Nisa jduru madwarha xxukkjati u jghajtu kliem bhal:
NISA X’gharukaza! Se twaqqa’ l-fabbrika rispettabbli taghna fil-ghajb. Monsieur Madeleine jehtieg ikun jaf b’kollox. Ma jmissikx tisthi.
FANTINE (twerzaq u tipprova tiggranfa lil MARA-1) Aghtuni l-ittra lura.
JIDHLU VALJEAN u L-IMGHALLEM
VALJEAN X’inhu jigri hawn? Ghalfejn dan l-istorbju kollu?
MARA-1 Skuzana Monsieur, imma qed jigru certi affarijiet li inti jehtieg tkun taf bihom. (Tnewwillu l-ittra)
VALJEAN jaqra l-ittra.
VALJEAN Min hija Fantine?
NISA (jippuntaw subghajhom lejha) Dik!
VALJEAN (lil Fantine) Ersaq lil hawn. X’inhu dan kollu li hawn f’din l-ittra?
FANTINE Monsieur, iva... ma nichadx. Jien ghandi tarbija. Illum ghandha ??? snin. Missier it-tarbija kien weghedni li jizzewwigni... imma telaqni wahdi; bla saqaf u bla flus. Li kieku ghidt li kelli tarbija hadd ma kien ihaddimni.
VALJEAN Imma inti taf seww x’inhuma r-regolamenti tal-fabbrika tieghi.
FANTINE Iva, naf Monsieur. Qarriqt bik bhala Sid il-fabbrika u bhala s-Sindku tal-Belt. Ahfirli; imma kif stajt naqla’ l-ghixien tieghi jekk nghid il-verita’. Henn ghalija, Monsieur.
VALJEAN jigbed fil-genb lill-IMGHALLEM:
VALJEAN Bhala mghallem tal-fabbrika dil-bicca taqa’ f’idejk. Ara inti x’kastig l-ahjar li taghtiha. Imma tkunx ahrax izzejjed maghha.
(Idur lejn FANTINE) Insomma... din mhix bicca tieghi. Hawn l-imghallem u issa jara hu x’jaghmel bik. Il-lejl it-tajjeb.
VALJEAN JITLAQ
MGHALLEM (Lil Fantine, bil-herra) Ersaq lil hawn, ja bniedma ingrata.
FANTINE Henn ghalija Monsieur ????
MGHALLEM (lin-nisa l-ohra) Smajtuha x’qalet? Inhenn ghaliha. U inti hsibt xejn biex thenn ghalina meta dhalt tahdem maghna taparsi mara ta’ l-unur? Hennejt ghalina meta rriskjajt li ttebba’ l-gieh tal-fabbrika taghna?
NISA Kecciha, Monsieur; kecciha.
FANTINE Le jahasra... ghandi tifla x’nitma’!
MGHALLEM Dawk ukoll ghandhom it-tfal x’jitimghu. Imma kollha tfal ta’ l-unur.... legittmi. Familja minghajr misthija.
NISA Kecciha, Monsieur; kecciha.
MGHALLEM Minn ghada stess il-bibien tal-fabbrika ta’ Monsieur Madeleine, ghalik huma maghluqin. Jekk biss tirfes l-ghatba insejjah lill-ispettur u jkaxkrek fejn jisthoqqilhom imorru n-nisa tal-qatgha tieghek.
KULHADD jinfexx jidhal biha u jitilqu 'l gewwa.
FANTINE tibqa’ wahidha:
Kanzunetta 2 - HLOMT (I Dreamed a Dream)
FANTINE Fl-imghoddi hlomt qawsalla holm
U l-hajja b’salt weghdiet mimlija,
Hlomt li l-imhabba ma tmut qatt
U li xi hadd se jhenn ghalija.
Kont ghadni zghira w ma nibzax
U l-holm li hlomt ghasartu w hlejtu,
Ma kelli nhallas l-ebda prezz
Ma kienx hemm kant li qatt m’ghannejtu.
Imma t-tigri gew bil-lej’
U carrtuli t-tamiet kollha
Milli bnejt ma fadal xej’
U bidluli l-holm f’duhhan.
Qaghad hawn magenbi tul sajf shih
Imlieli qalbi b’kull sbuhija,
’Mma l-weraq kollu tar mar-rih
U hadu mieghu min jaf fejn.
Bil-lejl bin-nhar jien nohlom bih
Li ghad xi darba jigi lura,
Izd’ hawn mewg li qatt ma jistrieh
U holm li qatt ma jiehu sura.
Fl-imghoddi hlomt li l-hajja tkun
Tant differenti minn dik t’issa,
- Nibki s-snin li nohlom domt,
Kif gheb fix-xejn,
Il-holm li hlomt!
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 4 - FIT-TRIQ
Nies ghaddejjin jippassiggaw. FANTINE tersaq fuq uhud minnhom u tbeghelhom l-affarijiet li jkollha fuqha; ez (a) il-glekk (b) ix-xall,
(c) xi gizirana (d) brazzuletta.
Meta ma jibqghaliex aktar xi tbiegh tholl xagharha, twessa’ l-iskoll tal-libsa u toqghod tistenna lill-irgiel ghaddejjin.
JERSQU fuqha RAGEL-1 u RAGEL 2.
RAGEL-1 jahtafha mill-polz t’dha:
RAGEL-1 (lil RAGEL-2, b’ton ta’ timjil) Xi tghidli ghal din id-Dukessa? Tidher ta’ demm nobbli!
RAGEL-2 Oh... X’inti tghid Maurice!!! Din hija Principessa. Mintix tara d-demm ikhal fuq haddejha?
FANTINE Demm nobbli m’ghandix... imma xorta ghandi demm sensittiv bhal taghkom gol-vini tieghi.
RAGEL-1 U spirituza wkoll il-Principessa taghna! Skuzana li m’gharafniex mill-ewwel in-nobbilta’ u l-intelligenza tieghek!
FANTINE Halluni. Gejtu biex tinsultawni, wkoll!?
RAGEL-2 (b’ton insolenti) Mintix qed tippretendi nifirxulek tapit ahmar, hux?
FANTINE (lil Ragel-1 li jkun ghadu qed izommha minn idha) Ghidtlek hallini.
RAGEL-1 Inti mhux taqla’ l-flus trid? Ahna lesti naghtuk xi haga... jekk... jekk.... iggib ruhek sewwa maghna.
FANTINE Ma rridx ikolli x’naqsam ma’ nies bhalkom.
RAGEL-2 Eh... se toqghod taghzel ukoll, il-Principessa!
RAGEL-1 Imxi qed nghidlek... qabel ma nkaxkrek minn xaghrek.
FANTINE Halluni.... halluni....
L-IRGIEL JATTAKKAWHA. FANTINE tigref wicc Ragel-1
RAGEL-1 (Jghatti wiccu bl-ugigh) Ajma... ja xitan li int. Ma nistriehx qabel ma nfarraklek ghadmek kollu.
JIDHOL JAVERT ma’ ZEWG SULDATI.
JAVERT Hawn x’inhu jigri?
RAGEL-1 Il-Bambin baghtek, Sur Spettur... ara x’ghamlitli dik ix-xitan.
JAVERT minnufih jaghmel sinjal lis-suldati biex jarrestawha.
RAGEL-2 Hawn jiena stess xhud, Sinjur. Attakkatu qisha kelb feroci.
FANTINE Mhux tassew Sinjur.... huma daru ghalija.
JAVERT U inti x’kont qed taghmel hawn barra f’dal-hin? B’dak l-ilbies fuqek?
RAGEL-1 Ma tistax timmagina, Sur Spettur! Kulhadd jafhom in-nisa tal-qatgha taghha.
JAVERT Tibzax.... dil-belt fi hsiebi nnaddafha min-nies tat-tip tieghek.
JAVERT u s-Suldati jixhtuha ma’ l-art u jibdew jaghtuha bis-sieq u jsawtuha.
JAVERT Nahlef li kemm indum jiena Spettur ta’ dil-Belt kull min jipprova jikser difru mal-ligi jispicca hazin.
RAGEL-1 M’hawnx ghalik Sur Spettur. Nies bhalek irridu ahna.
FANTINE Ajma.... ajma se toqtluni....
JIDHOL VALJEAN.
VALJEAN Ieqfu! X’intom taghmel, hemm?
JAVERT (jersaq fuqu bil-herra). U min tippretendi li int, biex twaqqaf il-gustizza mill-qadi ta’ dmirha.
SULDAT-1 (jersaq malajr fuq JAVERT) Dak Monsieur Madeleine, is-Sindku tal-Belt.
JAVERT (lil VALJEAN... imbarazzat) Hmmm... skuzani Sur Sindku... jiena wasalt fil-Belt propju dalghodu. Jiena l-Ispettur il-gdid, Monsieur Javert.
VALJEAN Javert!!!
JAVERT Dik il-mara cercura attakkat lil dak is-Sinjur.
RAGEL-1 Ara x’girfa ghamlitli f’wicci Sur Sindku.
VALJEAN U inti x’kont qed taghmel titkellem maghha?
RAGEL-2 Habibi kien ghaddej ghall-affari tieghu.
FANTINE (bla sahha) Mhux tassew, Monsieur Madeleine.... kienu huma li attakkawni.
JAVERT (lil VALJEAN) Nisa tal-qatgha taghha dejjem hekk jghidu. Halliha f’idejja Sur Sindku ha nkaxkara lejn ic-cella. Hemm zgur hadd ma jattakkaha aktar.
FANTINE Le, le... ghandi tifla ta’ ???? snin. Jekk tixhtuni l-habs, binti tmut bil-guh.
JAVERT Dak messek rajtu qabel. (lis-Suldati) Kaxkruha lejn il-habs.
VALJEAN Ieqfu. Halluha f’idejja’. Dik kura fi sptar ghandha bzonn u mhux habs.
JAVERT Imma Sur Sindku... kisret il-ligi!
VALJEAN Kollox sew. Smajtkom! Morru u hallu kollox f’idejja.
JAVERT Imma...
VALJEAN (b’lehen gholi) MORRU!
KULHADD JIMXI 'L BARRA. JAVERT JIEQAF NOFS TRIQ U LIL SULDAT-2, jghidlu minn taht l-ilsien:
JAVERT X’ghidtli li jismu s-Sindku?
SULDAT-2 Monsieur Madeleine!
JAVERT Hmmm.... Monsieur Madeleine; imma wiccu mhux gdid ghalija. U lanqas lehnu! Donnu qed ifakkarni f’xi hadd li kont naf snin twal ilu. Hmmm.... Monsieur Madeleine!
JITLQU 'L GEWWA.
VALJEAN jersaq lejn FANTINE. Jitbaxxa hdejha u jerfghalha rasha go hogru.
FANTINE Qed tara fiex gibtni! Issa tard wisq biex tghinni....
VALJEAN Jien? X’inti tghid Sinjura!?
FANTINE Mhux inti kont li hallejthom ikeccuni mill-fabbrika tieghek, minhabba t-tarbija tieghi. Issa ara fiex kelli nsib ruhi! Imma issa tard wisq. Sahhti spiccat.
VALJEAN Issa qed naghrafek. Fantine. Skuzani... ma kontx naf li keccewk. Ma ridthomx ikeccuk...
FANTINE Se mmut bla ma nilhaq nara lil binti Cosette.
VALJEAN Fejn tinsab bintek?
FANTINE ’Il boghod. Qed tghix ma’ koppja fil-belt ta’ Montfermeil. Nitolbok... ha zomm din l-ittra f’idejk. Din il-kitba taghtik id-dritt tigbor lil Cosette daqs lil kieku kienet bintek. Mur u hudha lura...
VALJEAN Tibzax... halli kollox fi hsiebi. Lil bintek terga’ taraha zgur.
FANTINE Le... lil binti qatt ma jiena se nerga’ naraha. Sinjur... kun inti ghaliha l-missier li qatt ma kellha. Ghaziza Cosette... tieghi... ghaziza Cosette... Cosette... (tmut).
VALJEAN Fantine... Fantine..
JIDHOL JAVERT.
JAVERT (lilu nnifsu) Jiena wicc ma ninsieh qatt. Gharaftu! Hu kollu kemm hu.
VALJEAN Minflok hennejtu ghaliha... qtiltuha.
JAVERT Sur Sindku... qatlitha l-hajja skandaluza li kienet qed tghix. Kull min jikser difru mal-ligi fl-ahhar mill-ahhar jithallas. L-id twila tal-ligi sa fl-ahhar tilhaq lill-hatjin kollha. L-istess bhalma gralu certu habsi li kiser il-parole tieghu tmien snin ilu. Kienu certu halliel, habsi maghruf bhala 24601. Ilna tmien snin infittxuh. Imma issa sa fl-ahhar qbadnieh....
VALJEAN (mahsud) X’inhu? Qbadtuh?
JAVERT Iva... u ghada stess se jitressaq quddiem il-qorti.
VALJEAN Imma kif intom certi li hu?
JAVERT Ghax jien ghamilt snin twal kummissarju tal-habs. Gharaftu.
VALJEAN (lilu nnifsu) Le, ma jistax ikun. Dak innocenti. Ma nistax nibqa’ sieket aktar.
Kanzunetta 3 - Min Jien? (Who Am I?)
VALJEAN Min jien, jien?
Kif nista’ lil dal-bniedem ninjorah
W ghal hajtu kollha f’habs nikkundannah?
Bis-salib tieghi fuq spallejh
U t-telgha tiela’ gharrkobbtejh...
U min jien, jien?
F’dal-habi w giri nhossni iss’ghejet
Kif nista’ nemmen qatt li veru nfdejt?
Ma rridx li ismi sa ma mmut
Ikun il-komplici u x-xhud,
Wisq ahjar maqbud!
Inkella paci vera qatt ma nsib,
Go ruhi qatt ma nsib serhan mill-gdid;
Lil Alla ruhi tajtha jien
Dal-patt ghamiltu ilu zmien
Kien hu li mlieni bil-kuragg
-- Biex b’rieda nkompli l-vjagg
Min jien, jien?
Min jien, jien?
Jien Jean Valjean!
Javert, tithasseb mhemmx ghalfejn
L-akkuzat ma jahti xejn
Min jien, jien?
tnejn-erbgha-sitta-zero-wiehed
JAVERT Waqajt fin-nassa tieghi! Mela sewwa hsibt malli lmahtek quddiemi. Inti tinsab taht arrest Sur Sindku.
VALJEAN Iva... kollox sew, imma l-ewwel irrid niehu hsieb nigbor lil bint dik l-imsejkna... lil Cosette.
JAVERT Issa mhemmx aktar skuzi. Int se tigi mieghi issa stess.
VALJEAN Le. L-ewwel Cosette! (Jitlaq jigri 'l barra)
JAVERT Suldati... suldati.. haffu.. isaw.
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
XENA 5 - FIT-TVERNA
Mme. THENARDIER qed tahdem. Wara ftit tidhol COSETTE
Mme.THENARDIER Hawn hi, waslet il-Mademoiselle. Meta se tibghatli aktar flus ommok, ghid? L-ghaxar franki li baghtitli l-ahhar tghidx kemm ilhom li spiccaw. Tippretendinix nitimghek ic-canga, wkoll?! Eh... tort taghna! Qatt ma messna twikkejna bik. Kien l-akbar zball ta’ hajjitna... tarax... jekk tohrog bhal ommok.. ikun tassew fik ghaxqa!
TIDHOL EPONINE.
Mme.THENARDIER Ara, Eponine, ruhi; ersaq lil hawn ha narak sewwa. Kif thossok ruhi? Ghogbok it-tuffieh bil-krema?
EPONINE Iva, mama’.
Mme.THENARDIER Dazgur li ghogbok. Issa rridu nhaffu tafx, ruhi, ghax dalwaqt jibdew jaslu n-nies u rridek izzanzan il-libsa l-gdida. Xi tghid eh? Min jaf kemm se tkun tixraqlek? (tiftakar f’Cosette li tkun ghadha mrekkna dil-genb)
Int ghadek hawn? Mur fittex imla l-bramel bl-ilma mill-bir.
COSETTE Jekk joghgbok, Madame... mhux mill-bir; daqskemm ikun hemm dlam!
Mme.THENARDIER Int se tisma’ minni, jew se ggeghelni ninsa kif inkun helwa u qalbi tajba. Mur. (Terga’ ddur fuq Eponine) Ejja, Eponine, ruhi ghax ahna ghad irridu lelstu hafna affarijiet.
Mme.THENARDIER u EPONINE jitilqu.
Tibqa’ COSETTE wahidha.
Kanzunetta 4 - Kastell fis-Smewwiet (Castle on a Cloud?)
COSETTE Naf b’kastell sbejjah fis-smewwiet
Li fil-holm tieghi nghammar fih
Bla ma nikinsu jkun nadif
Dal-kastell tieghi fis-smewwiet.
Hemm gugarelli kbar u zghar,
Jilaghbu bihom gzuz ta’ tfal,
Minghajr aghjat u minghajr glied,
F’dal-kastell tieghi fis-smewwiet.
Hemm mara helwa b’ghajnejn sbieh
Maghha thaddanni minnufih,
Tghannili ghanja mill-ohla nett;
U tghid “Tibzax, inhobbok jien, Cosette!”
F’dal-post ma jitlef hadd it-triq
F’dal-post mhemmx biki w mhemmx ilfiq
Mhemmx swied ta’ qalb u mhemmx inkwiet
F’dal-kastell tieghi fis-smewwiet.
COSETTE TITLAQ
JIBDEW DEHLIN SALT NIES.
THENARDIER JOHROG JILQAGHHOM.
WARA FTIT TIDHOL UKOLL COSETTE ISSERVIHOM.
THENARDIER Ghaddu sinjuri, ghaddu (aside:) Nirra’ x-xjaten igorruhom. X’se ngibilkom illum? Eh.. indunajt jien. Flixkun inbid minn dawk li jkolli nwarrbin, hux tassew?
KLIJENT-1 Kieku kollha mwarrbin ikunu, tassew... imma kollha toghma wahda.
KLIJENT-2 (lil Klijent-1) Af li dal-post tassew sejjer mill-hazin ghall-aghar. Kieku qatt issib qatra suret in-nies.
KLIJENT-3 Imma Monsieur Thenardier ma tantx jidher li sejjer ghall-aghar. Minn fuq daharna rnexxielu jisloh kemxa gmielha.
KLIJENT-4 Mhux minn fuq daharna biss. Jien taf x’kont smajt? Meta kien suldat fil-battalja ta’ Waterloo, jghidu li kien idur is-suldati mejtin u jisirqilhom kull ma jkollhom fuqhom.
KLIJENT-5 Iva... din smajtha anki jien. Apna l-Francizi l-battalja tlifnieha... imma Monsieur Thenardier, rebahha sewwa ’kk ikolli nghid!
JIDHOL KLIJENT GDID (b’xi bagalja f’idu)
THENARDIER Ghaddi sinjur, qatt ma rajtek ’il dawn in-nahiet. Oqghod komdu.&n