Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: Paqq-pumm Lejlet il-Milied
--------------------------------------------------------------------------
Trevor Zahra
--------------------------------------------------------------------------
recta bbazata fuq
BANG GOES CHRISTMAS
ta’ James Walter Blakely
--------------------------------------------------------------------------
Jiehdu Sehem:
Anton Pisani (neguzjant) |
|
Klara Pisani (martu) |
|
Melissa (binthom; ta’ 14-il sena) |
|
Albert (binhom; ta’ 12-il sena) |
|
Karmena Tabone(il-kugina ta’ Klara) |
|
Mandy (bintha; ta’ 14-il sena) |
|
Freddie (binha; ta’ 12-il sena) |
|
Is-Sur Pizzuto Manara (neguzjant) |
|
Is-Sinjura Pizzuto Manara (martu) |
|
Is-Sur Ferrante (neguzjant) |
|
Is-Sinjura Ferrante (martu) |
|
Gladys (seftura) |
|
Charlie (butler) |
|
Father Christmas / Tallab (l-istess persuna) |
|
Xena wahda:
Is-salott tal-familja Pisani. Xi sufanijiet. Sigra tal-Milied go rokna. Fuq tavolina hemm recipjent bil-karawett u bowl bil-punch. Fuq tavolina ohra vaska b'huta go fiha (huta tal-plastik), telefon u notebook. Kaxxa tissues fil-qrib. Xi tizjin tal-Milied.
RECTA F’ATT WIEHED
Malli jiftah is-separju, Albert u Melissa jkunu qed izejnu s-sigra. Klara u Anton idendlu xi tizjin iehor mas-saqaf. Klara tippanikja. Anton aktar indifferenti.
KLARA Hallejna kollox ghall-ahhar. Ara kemm ili nghidilkom jien biex dat-tizjin illestuh minn kmieni.
ANTON (kalm) U tibzax... tibzax. Kollox nilhqu llestu. Baqa’ saghtejn ohra.
KLARA Dazgur imma dawk ix-xjafek ta’ murtaletti tieghek ilek gimgha li xtrajthom.
ANTON (b’entuzjazmu) Eh, imma dawk mod iehor!
ALBERT (jersaq lejn missieru) Tassew li n-nannu kien dejjem jaghti l-murtaletti nhar il-Milied?
ANTON Mela x’inhu. Dejjem hekk niftakru. Nhar il-Milied filghodu, malli jdoqqu t-tmienja arah jitla’ fuq il-bejt u jtella’ nofs tuzzana murtaletti. U meta n-nannu marad, beda jtella’ l-murtaletti missieri. Kulhadd kien ikun jistenniehom.
MELISSA (tersaq hija wkoll hdejhom) U int bqajt izzomm it-tradizzjoni..!
ANTON Hekk hu. Ghalija l-Milied ma jkunx komplut minghajr dawk il-murtaletti mat-tokk tat-tmienja.
KLARA Periklu... dak li huma! Nittama li hallejthom fil-bitha.
ANTON Iva, fil-bitha qeghdin. Hemm kaxxa tal-kartun b’salib ahmar fuqha. Tmissuhomx. Insomma... wara kollox, murtaletti zghar kulma huma... xejn ta’ barra minn hawn.
KLARA (tibdel it-ton tad-diskursata) Ajma nhoss rasi se tinqasam bil-hsibijiet. Nittama li kollox imur tajjeb ghall-ikla tal-lejla.
ANTON Inti tassew tinkwieta zzejjed!
KLARA Ninkwieta, mela le! Dak ghax irrid li nhallu impressjoni tajba mal-mistednin. Is-Sur u s-Sinjura Ferrante jehtieg inzieghlu bihom.
ANTON Minn daqshekk veru. Biex tirnexxili dik il-bicca negozju kbira, is-Sur Ferrante jrid ikun. Minnu jiddependi kollox. U s-Sur Pizzuto-Manara jittama li jidhol bi shab mieghi.
KLARA Mela ghandi ragun nithasseb, hux tassew? Is-Sinjura Pizzuto-Manara mara high-class u rridu nuruha li nafu kif imorru l-affarijiet. Ara, ejja nergghu naghtu daqqa t’ghajn il-lista, biex inkunu certi li ma hallejna xejn barra.
(Iggib karta minn x’imkien u tibda taqra. Anton imur jintelaq fuq is-sufan b’nuqqas ta’ interess)
KLARA Il-Father Christmas?
ANTON OK... cempilna l-agenzija u ghandhom jibghatulna ragel fl-ghaxra u nofs. Wara kollox, din tal-Father Christmas naraha zejda.
KLARA Kif zejda?! Haga sabiha li jigi u jqassam ir-rigal hu.
ALBERT Ma setax libes il-papa’?
KLARA Int tindahalx u kompli fuq xoghlok. Ma tarax li ma jixraqx li missierek joqghod jitbellah. Dak irid ikompli mal-mistednin.
Mela.... (tkompli taqra mil-lista) is-seftura u l-Butler!
ANTON Suppost ikunu hawn daqs siegha ohra.
KLARA Iz-ziju Gorg! Nittama li ma jwaqqaghlniex wiccna l-art... hu u Karmena u t-tfal.
ANTON Klara, liz-ziju Gorg ukoll irridu nzieghlu bih. Jekk ma jislifnix dawk l-ghaxart elef lira li tlabtu, addio l-bicca negozju li qed nippjanaw.
KLARA Iva, imma ma nafx ghalfejn talabna biex igib mieghu lin-neputija u t-tfal.
ANTON