Niżżel ir-reċta sħiħa minn hawn: Pipa Tabakk
Trevor Zahra
Dramm kontra t-tipjip, ibbazat fuq wahda mill-istejjer tal-ktieb
“Hrejjef minnWied Peprina” ta’ l-istess awtur.
-------------------------------------------------------------------------------------------------------
Jiehdu Sehem:
Qanfuda (omm Qanfudinu)
Qanfudinu (qanfud zghir)
Qrempucu (gurdien, missier Qrempucellu)
Qrempucellu (gurdien zghir)
Il-Fenek l-Ahmar (missier Zarmugiga)
Zarmugiga (fenka zghira)
Pitirross
Nanna Kolina (nannakola)
Ragel (jigbor il-kappar)
KOR ta’ annimli Maltin (grieden, qniefed, gremxul, znazan, friefet, fniek, ecc)
-----------------------------------------------------------------
XENA – 1
-----------------------------------------------------------------
KOR Kanzunetta – 1
(She’ll be going round the mountain)
L-annimli jghixu hienja lkoll flimkien,
F’Wied Peprina ghandhom l-arja u l-helsien,
Qanfudinu w Qrempucellu,
Pirpirella w Pirpirellu
Hemm il-Fenek, il-Qremxula u l-Gurdien.
Trid tarahom meta jibdew jargumentaw,
Daqqa jidhku, daqqa jghajtu w jissaraw,
Flok li jaghmlu xi bravura
Spiss iwettqu xi praspura
Sewwa sew bhal din li se nirrakkuntaw.
Qrempucellu w Qanfudinu, zewg hbieb kbar
Passiggata marru ftit ’il boghod mid-dar,
Waqt li kienu fl-art minsuba
Qed jistriehu taht harruba,
Lemhu ragel qieghed jigbor il-kappar.
Hemmhekk qaghdu mistohbija jharsu lejh,
Xtaqu kieku setghu jersqu jpoggu hdejh,
Izda bezghu li jaqbadhom
Jew li forsi jmur jahraqhom
B’dik il-pipa li hu kellu bejn xofftejh.
--------------------------------------------------------
XENA tal-wied: Sigar tal-harrub, bajtar tax-xewk, hitan tas-sejjieh u sigar tal-kappar. Kollox goff biex l-annimali jidhru aktar ckejknin.
RAGEL tal-kappar b’kappell go rasu u pipa f’halqu, bil-barmil f’idu qed jigbor il-kappar. (NOTA: Gol-pipa poggu ftit terra u t-tifel jonfoh ’il barra bil-mod. It-terra taghti l- impressjoni li tiela’ d-duhhan.
Wara hajt tas-sejjieh jidher Qanfudinu qed josservah b’interess kbir. Wara ftit jidhol Qrempucellu li jmur magenb Qanfudinu.
----------------------------------------------------------
QANFUDINU Ixxx… ixkot Qrempucellu. Taghmilx hsejjes.
QREMPUCELLU L-ghaliex? X’gara?
QANFUDINU Hemm ara… dak ir-ragel.
QREMPUCELLU Dak x’inhu jaghmel?
QANFUDINU Qed jaqta’ l-kappar. Dak jigi kull flghaxija fil-wied. Dejjem joqghod jaqta’ l-kappar u jixhtu gol-barmil.
QREMPUCELLU Nghid jien, dak x’jambih?
QANFUDINU Min jista’ jghid. Il-bnedmin tghidx x’joghgobhom. Forsi joqoghdu jilaghbu bih.
QREMPUCELLU Jew igarawh lil xulxin.
QANFUDINU Jista’ jkun. Jew forsi jikluh!
QREMPUCELLU U ma tarax. Dak x’fih x’tiekol?
QANFUDINU Ma nafx jien. Imma l-bnedmin tant huma hlejjaq strambi li b’xejn ma niskanta.
QREMPUCELLU Qanfudinu, hares ftit. Dik x’inhi li ghandu go halqu?
QANFUDINU Dik isejhulha pipa.
QREMPUCELLU Pipa?? Imma dik ghalfejn juzawha?
QANFUDINU Dik joqoghdu jpejpuha.
QREMPUCELLU X’jigifieri? X’wahda din… ara hiereg id-duhhan minnha.
QANFUDINU Dak apposta jaghmlu hekk, ghax id-duhhan il-bnedmin jikluh.
QREMPUCELLU Jieklu d-duhhan!! Mela mhix haga kbira li jieklu l-kappar ukoll!
IR-RAGEL JIEQAF. JITMATTAR, JIRRANGA XI AFFARIJIET LI FORSI JKOLLU MIEGHU. WAQT LI JAGHMEL DAN, INEHHI L-PIPA MINN HALQU U JPOGGIHA FUQ GEBLA.
JITLAQ U JINSA L-PIPA WARAJH.
Qanfudinu u Qrempucellu JOHORGU MINN WARA L-HAJT.
-----------------------------------------------------------------
XENA – 2
-----------------------------------------------------------------
QANFUDINU Ara, Qrempucellu… dak ir-ragel nesa l-pipa warajh.
QREMPUCELLU Imxi nilhquh ha naghtuhielu.
QANFUDINU Le, le ma naghtuh xejn. Dik inzommuha ghalina.
QREMPUCELLU Tassew. Hekk naghmlu. Kemm hi sabiha hux!
QANFUDINU Kos … jiena nahseb li jiehdu gost ipejpuha l-bnedmin.
QREMPUCELLU Hekk nahseb. Kieku mhux se jpejpuha, mhux hekk?
QANFUDINU Qrempucellu, qed nghid… min jaf kieku nippruvaw inpejpuha ftit?
QREMPUCELLU Qisek qrajtli mohhi.
QANFUDINU Ha nibda jien. (ipejjep). Mhux hazina tafx. Toghma ta’ weraq mahruq.
QREMPUCELLU Gibha ’l hawn ha nippruvaha jien. Hmmm…. toghma stramba. Imma forsi sakemm nidrawha.
WAQT LI Qanfudinu u Qrempucellu jpejpu, IL-KOR JOHROG IKANTA:
-----------------------------------------------------------------
XENA – 3
-----------------------------------------------------------------
KOR KANZUNETTA – 2
(My Bonnie Lies Over the Ocean)
Dil-pipa famuza li sabu
Mimlija b’tabakk tassew fin,
Kull draba li jpejpu ftit minnha
Ihossu li saru bnedmin.
Pejpu, pejpu
Izda attenti minn dak li gej,
Pepju, pejpu
Mohhkom hemm qieghed ghalxej’
Tkun l-akbar tagedja ghalina
Ghax qatt ma grat wahda bhal din,
Jekk kull annimal igib ruhu
Preciz bhalma jaghmlu l-bnedmin.
Pejpu, pejpu
Izda attenti minn dak li gej,
Pepju, pejpu
Mohhkom hemm qieghed ghalxej’
-----------------------------------------------------------------
XENA – 4
-----------------------------------------------------------------
TIDHOL ZARMUGIGA
ZAMUGIGA Hemm x’intom taghmlu?
QANFUDINU Qed inpejpu ftit.
QREMPUCELLU Dil-pipa ta’ wiehed ragel. Hallieha hawnhekk warajh.
QANFUDINU Aqta’ kemm hi tajba. Trid tpejjep ftit?
ZAMUGIGA Xejn m’ghandi x’naghmel! Imisskom tisthu. Missieri dejjem jghhid li t-tipjip jaghmel hafna hsara.
QANFUDINU U mur ’l hemm. Ara, ahna pejjipna u ma gralna xejn. Dak jghidlek hekk biex ibezzghek.
QREMPUCELLU Dak ir-ragel tal-kappar min jaf kemm ilu jpejjep u jidher f’sahhtu hafna.
QANFUDINU Il-bnedmin ipejpu u kollha kbar hafna. Akbar minna l-annimali.
QREMPUCELLU U jieklu l-kappar ukoll.
QANFUDINU (lil Zarmugiga) Inti missierek gieli pejjep?
ZAMUGIGA Le, qatt ma rajtu jpejjep.
QANFUDINU Mela allura kif jista’ jitkellem dwar it-tipjip? Kieku jduq din il-pipa zgur jibdel fehmtu.
QREMPUCELLU Trid tipprova tpejjep ftit?
QANFUDINU Ipprova biex ta’ lanqas tkun taf x’toghma ghandha u tkun tista’ titkellem.
ZAMUGIGA Kollox sew. Imma se naghmel hekk biex nizgura ruhi li hija tassew hazina. Biex nikkuntentakom biss, eh!
Zarmugiga tpejjep.
QANFUDINU Hux kemm hi tajba?
ZAMUGIGA Din tghidulha tajba?! Din tinten seba’ pesti.
QREMPUCELLU Dak thossha hekk ghall-ewwel. Erga’ pprova.
ZAMUGIGA Ha nara (terga’ tiehu nifs).
Qanfudinu u Qrempucellu jkunu se johduhielha imma Zarmugiga tigbidha lura u tiehu nifs iehor.
ZAMUGIGA Tassew pipa hazina din.
Tpoggi hdejhom u jinfexxu jpejpu t-tlieta flimkien.
QREMPUCELLU Forsi ghalik ftit qawwija zzejjed ghax ghadek zghira.
ZAMUGIGA Jista’ jkun. (tehodhielhom lura b’entuzjazmu). Iva tassew. Hi ftit qawwija zzejjed ghalija. U kemm hi hazina! (din trid tinghad b’mod li turi li qed tiehu gost tpejjep.)
BLACK OUT
-----------------------------------------------------------------
XENA – 5
-----------------------------------------------------------------
Il-Fenek l-Ahmar qed jaqra ktieb go rokna. Il-Qanfuda qed tiknes. Qrempucu rieqed.
Jidhol il-Pitirross ecitat.
PITIRROSS X’wahda din! X’wahda din! X’ghadni kemm rajt b’ghajnejja!
QANFUDA X’gara Pitirross? Illum mhux sidrek biss ghandek ahmar imma anki wiccek. Dan x’inqala’?
PITIRROSS X’wahda din x’bicca gratilna!
QREMPUCU Dan kemm gej storbju. Lanqas naghsa bil-kwiet ma nista’ niehu.
FENEK Ghalfejn dan l-ghageb kollu? Ma tafx li meta jien: in-Nobbli Fenek l-Ahmar, inkun qed naqra, m’ghandek qatt ittellifni?! Anki l-ixkupa tal-Qanfuda drat thaxwex bil-mod meta nkun nistudja.
PITIRROSS Skuzawni hbieb, imma grat haga li tolqot lilkom ilkoll.
QANFUDA U ejja Pitirross. Aqlaghha. Kemm se ggibha bi kbira?!
PITIRROSS Ghadni kemm rajt lit-tfal taghkom qeghdin… qeghdin… qeghdin ipejpju!!!!
ILKOLL X’inhu?!
Kanzunetta -3
(Teddy Bears Picnic)
PITIRROSS Kif kont ghaddej qed intir ferhan
Ilmaht daqsxejn duhhan,
Inzilt biex nara kienx hemm xi nar
In-naha tal-kappar,
Ilmaht ’l uliedkom hemm mohbijin
Ipejpu bhalma jaghmlu l-bnedmin,
Tghidx kif skantajt
B’dak kollu li rajt,
X’kull wahda!
FENEK Ismaghni sewwa x’se nghidlek xbin,
Bilfors li rajt hazin,
It-tifla tieghi mhix bhal ta’ dawn
U zgur ma tasalx s’hawn….
QANFUDA Izd’ibni naf li hu mohh ir-rih
U zgur kastig li jiftakru ntih;
ILKOLL It-tfal daz-zmien
Inkwiet bla waqfien,
X’kull wahda!
FENEK Ma nistax ikun , Pitirross. Bil-fors hadt zball. Ghandek bzonn tordna nuccali. Lil binti Zarmugiga jien naf kif rabbejtha. Dik ghandha demm nobbli fil-vini taghha.
PITIRROSS Qed nghidilkom jien naf sewwa x’rajt. Kienu t-tlieta qed ipejpu l-pipa.
QANFUDA Dak l-imgharraq ta’ ibni Qanfudinu kollu praspar. Din bicca serja.
QREMPUCU Serjissma. Il-vizzju tat-tipjip ga dahal sew fost il-bnedmin u qed jeqridhom. Ma jistax ikun inhalluh jidhol ukoll fostna l-annimali.
FENEK (lill-Pitirross) Imma inti cert li kien hemm binti maghhom?
PITIRROSS Cert fuq li cert.
FENEK Innittfilha mustacciha. Dak li naghmlilha!
QANFUDA U nghid jien dil-pipa mnejn gabuha?
PITIRROSS Ma nafx jien. Bilfors serquha ’l xi hadd.
QANFUDA Issa x’se naghjmlu?
FENEK Naghtuhom xebgha li jibqghu jiftakruha.
QREMPUCU Lil ibni Qrempucellu ndendlu minn dendu ma’ sigra.
QANFUDA U lil Qanfudinu nnittiflu x-xewk kollu u ngibu qisu hawha.
TIDHOL IN-NANNA KOLINA
-----------------------------------------------------------------
XENA – 6
-----------------------------------------------------------------
NANNAKOLINA Mhux hekk. Mhux hekk. Smajtkom titkellmu. Sewwa qed jghid il-Pitirross. Jien ukoll rajthom ’l uliedkom ipejpu. Ghandkom ragun tinkwetaw.
FENEK L-ebda annimal, go Wied Peprina kollu qatt ma ghamel haga bhal din. Kellhom ikunu propju t-tfal taghna. Immaginaw x’jigri kieku jidhol fostna dal-vizzju. Immaginaw il-baqar ipejpu. Min jaf il-halib kif inhu kollu mnigges. U jekk jibdew ipejpu n-nahal… kif ihassru l-ghasel kollu taghhom. U jekk xi hadd iwaqqa’ gamra nar qalb il-huxlief u jqabbad kullimkien!! Tragedja hbieb. Tragedja.
QANFUDA Ghidilna x’ghandna naghmlu Nanna Kolina. Int mohhok jilhaqlek hafna.
QREMPUCU Iva, jahasra, Nanna Kolina. Aghtina parir… jekk joghgbok.
NANNAKOLINA It-tfal taghkom jehtiegu lezzjoni li jibqghu jiftakruha.
FENEK Jien ga naf x’ghandi naghmel. Naghtiha xebgha filghodu u ohra filghaxija.
Kanzunetta – 4
(Lanca gejja u ohra sejra)
NANNAKOLINA Biex it-tfal lezzjoni jiehdu
Mhemmx ghalfejn inkwiet w ghajat,
Lanqas mhemm ghalfejn kastigi
Lanqas ghandhom bzonn ta’ swat.
QANFUDA Parir aghtina
Nanna Kolina
Ghax rasi nhossha ga xpakkat.
NANNAKOLINA It-tfal jikbru biss bl-imhabba
U bl-ezempju taghna l-kbar
’Kk jizbaljaw jehtieg naghdruhom
Ftakru biss li ghadhom zghar.
QREMPUCU Imma dil-bicca
Jehtieg tispicca
Tassew ma nafx x’inhu l-ahjar.
NANNAKOLINA Mela isimghuni sewwa
Biex ma nitilfux wisq zmien,
Hallu l-bicca kollha f’idi
Issa niehu hsiebhom jien.
L-OHRAJN Ghax jew bis-sewwa
Jew b’naqra dnewwa
Jehieg li nfittxu nsibu t-tmiem.
-----------------------
NANNAKOLINA Issa qisu li ma tghidulhom xejn. Turuhomx li tafu b’dak li ghamlu. Imbaghad meta jorqdu hallu l-bicca f’idejja.
FENEK Ma nafx jien. Jidhirli li xebgha filghodu u ohra filghaxija tkun ahjar. Meta kont ghadni zarmug u kont naghmel xi hmerija daqs nitfa, missieri kien idendilni minn widnejja mas-sigra tat-tin.
QREMPUCU Ghalhekk ghandek widnejk twal mela.
L-ohrajn jiddiehku bih.
PITIRROSS Ixx, isktu. Ghandu jkun resqin lil hawn.
-----------------------------------------------------------------
XENA – 7
-----------------------------------------------------------------
JIDHLU Qanfudinu, Qrempucellu u Zarmugiga
FENEK (lil bintu) Fejn kont Zarmugiga?
ZAMUGIGA Kont ma’ Qanfudinu u Qrempucellu.
QANFUDA (lil binha) U inti fejn kont, Qanfudinu?
QANFUDINU Ma’ Qrempucellu u Zarmugiga.
QREMPUCU (lil ibnu) U inti kemm domt, Qrempucellu?
QREMPUCELLU Ghax kont ma’ Zarmugiga u Qanfudinu.
PITIRROSS (lil shabu l-kbar) Jigifieru kienu t-tlieta flimkien.
In-NannaKolina tkellem lill-Pitirross f’widintu u dan jitlaq jigri ’l barra.
QANFUDINU Kemm ghandi nghas!
QREMPUCELLU (minn taht l-ilsien) Zgur b’dik il-pipa li pejjipna.
QANFUDINU Ixxx, iskot li ma jisimghukx!
ZAMUGIGA Anki jien ghandi n-nghas.
FENEK Skond ma kien jghid il-buz-buz-nannu tieghi, l-gharef Mustaccun, l-ahjar rimedju ghan-nghas huwa l-irqad.
QREMPUCU Orqdu mela. L-irqad jaghmlilkom tajjeb.
Qanfudinu, Qrempucellu u Zarmugiga jimteddu ha jorqdu.
QANFUDA Orqdu u striehu. Hekk… bravi, bravi... m’hawnx ghalikom.
FENEK (lin-NannaKolina) Raqdu. Issa x’se naghmlu? Nahseb issa l-waqt li naghtuhom xebgha kif inhuma reqdin.
JIDHOL IL-PITIRROSS B’BOTT F’IDU
PITIRROSS Hawn ara Nanna Kolina. Gibtlek kull m’ghidtli.
Waqt din il-Kanzunetta li gejja, in-Nanna Kolina, il-Qanfuda, il-Fenek u Qrempucu, igemmdu wicc it-tfal li jkunu reqdin.
Kanzunetta – 5
(Yellow Submarine)
NANNAKOLINA Ha mgemmduhom waqt li lkoll reqdin
Waqt li lkoll reqdin,
Waqt li lkoll reqdin,
Ha mgemmduhom waqt li lkoll reqdin
Waqt li lkoll reqdin,
Waqt li lkoll reqdin.
Kif se jibqghu imbellhin,
Malli jqumu… x’wahda din!
Jaraw wicchom iswed dlam,
Qishom waqghu gol-qatran.
ILKOLL Ha mgemmduhom waqt li lkoll reqdin
Waqt li lkoll reqdin… ecc.
QANFUDA Kemm hu sewwa dan il-gmied,
Saru qishom tliet fahmiet,
QREMPUCU Qrempucellu, kif gibnieh
X’qatgha kbir’hemm lest’ghalih!
ILKOLL Ha mgemmduhom waqt li lkoll reqdin
Waqt li lkoll reqdin… ecc.
---------------------------------------
QREMPUCU Tghid dellikniehom bizzejjed?
NANNAKOLINA Tajjeb hekk. Issa imxu ha nhalluhom wahidhom.
QANFUDA U kemm jidhru reqdin fil-fond!
FENEK Dazgur. Dik l-imgharrqa pipa stordiethom.
JITILQU LKOLL.
DAWL JITBAXXA U FTIT MUZIKA.
WARA FTIT JIBDEW JISTENBHU.
-----------------------------------------------------------------
XENA – 8
-----------------------------------------------------------------
ZARMUGIGA Hekk ahjar. X’raqda rqadt.
QANFUDINU (jistenbah) Ajma. Ghandi rasi ghadha tugaghni!
ZAMUGIGA (thares cass lejh) X’wahad din, Qanfudinu… wiccek kif sar iswed!!
JISTEBAH Qrempucellu.
QREMPUCELLU Hiii… xi kruha ta’ wicc ghandkom. Kif inhu iswed!
ZARM u QANF Anki inti!
ZAMUGIGA X’wahda din! Dan biex gralna hekk? Zgur b’dik il-pipa li pejjipna. Issa x’se naghmlu?
QANFUDINU X’kull wahda wkoll. La tarani ommi toqtolni.
QREMPUCELLU U lili missieri l-ewwel jaghtini xebgha, imbaghad joqtolni wara.
QANFUDINU Iva…. kollu tort ta’ dik l-imgharrqa pipa. Imma x’fettlilna qghadna npejpu hux? Issa ara xi gralna.
QREMPUCELLU X’se naghmlu Qanfudinu? Jiena ma rridx li missieri jarani hekk.
Jinfaqghu jibku.
Tidhol in-Nanna Kolina.
NANNAKOLINA X’gara dal-biki kollu. Ghalfejn tas-swied il-qalb?
QREMPUCELLU Mhux swied il-qalb, Nanna Kolina, imma swied il-wicc!
QANFUDINU Irqadna u meta qomna sibna li wiccna sar iswed. Ara xi kruha.
NANNAKOLINA (thares cass lejho u tiflihom) Ha nara ftit. Bicca kurjuza tassew, din. Soltu taf min jigrilu hekk? Dawk l-annimali mqarbin li jiehdu xi haga li mhix taghhom… jew li jfettlilhom ipejpu. Imma ma jistax ikun. Naf li intom annimali bravi hafna u qatt ma taslu taghmlu hwejjeg bhal dawn.
QANFUDINU Dazgur dazgur.
QREMPUCELLU Imma, ejja nghidu li xi hadd ifettillu jaghmel kif qed tghid int, allura dan x’ghandu jaghmel biex wiccu ma jibqax iswed?
NANNAKOLINA Heqq… l-ewwel nett irid jistqarr dnubu, ghax inkella wiccu xorta jerga’ jiswied, anki jekk jahslu.
ZAMUGIGA Iva, iva, Nanna Kolina, sewwa qed tghid. Kollu tort taghna. Ahna sraqna l-pipa li nesa warajh dak ir-ragel tal-kappar u qghadna npejpuha. (tibki)
NANNAKOLINA Isma’… isma’.. x’kull wahda qed nisma’! (lil Qanfudinu u Qrempucellu) Tassew dan li qed tghidli Zarmugiga?
QANFUDINU Iva, Nanna Kolina. Ahfrilna. Kollu tort taghna. Anzi tort tieghi l-aktar, ghax jiena hajjarthom.
NANNAKOLINA Ghamiltu bicca tassew bla ghaqal. Ma tafux it-tipjip kemm hsara jaghmel? Ghall-ewwel tahseb li ma jkun ghamillek xejn. Thossok kuntent ghax tahseb li ghamilt xi bravura. Imma biz-zmien sahhtek tibda sejra lura. Ma tafux il-bnedmin kemm mard u hsarat qed igibu fuqhom bit-tipjip?
Kanzunetta – 6
(La Spagnola)
NANNAKOLINA Isimghu sew x’se nghidilkom
Biex wicckom jerga’ jibjad,
Jehtieg tweghduni minn qalbkom
Ma taghmlux aktar bluhat.
Zommu ’l bogod dejjem minn kull tipjip
B’hekk tiskansaw salt tigrib,
Hafna bnedmin qed ibattlu l-but
Tort ta’ dal-vizzju mishut.
L-OHRAJN B’qalbna kollha
Ahna zgur inweghduk,
Serrah rasek, zgur ma npejpux,
Pipa ohra zgur ma mmissux.
Kelma soda
Ahna qeghdin naghtuk,
Mhux se nwettqu dawn il-bluhat
Basta wiccna jerga’ jibjad.
NANNAKOLINA Tridu tweghduni haga ohra
Li ’l dak ir-ragel tfittxuh,
Il-pipa l’intom hadtulu
Qisu li tergghu taghtuh.
Ghax is-serq huwa difett mill-kbar
Vizzju fost l-ehzen u l-aghar,
Tridu tidraw anki f’din l-eta’
Kollox taghmluh bl-onesta’.
L-OHRAJN B’qalbna kollha
Ahna zgur inweghduk… ecc
------------------------------------------
NANNAKOLINA Tajjeb, mela issa li ghandkom taghmlu huwa dan: Malli jidlam u jitla’ l-qamar morru hdejn l-ghadira u waqt li tinzlu tinhaslu go l-ilma ibdew ghidu:
Qamar abjad kollok dija
Warrab minna dis-swidija,
Inweghduk, ma npejpu qatt
U ma niehdu xejn ta’ hadd.
L-OHRAJN Iva, iva… hekk naghmlu.
ZAMUGIGA Grazzi hafna, Nanna Kolina. U… haga ohra. Ara ma taqbizlekx xi kelma quddiem missieri.
QREMPUCELLU Iva, Nanna Kolina. Tugzaniex.
NANNAKOLINA Jekk intom izzommu kelmtkom mieghi, jiena nzomm kelmti maghkom.
L-OHRAJN. Grazzi… grazzi….
NANNAKOLINA Issa fittxu morru lejn l-ghadira ghax daqt jidlam.
BLACK OUT
-----------------------------------------------------------------
XENA – 8
-----------------------------------------------------------------
Jidhol ir-RAGEL TAL-KAPPAR
RAGEL Imma tghid fejn hallejtha? Zgur hawn tliftha. Ili jumejn infittixha dik l-imbierka pipa. L-ahhar li gejt naqta’ l-kappar hawn kienet. Imma tghid fejn hi?
JIDHLU Qanfudinu, Qrempucellu u Zarmugiga wicchom nadif. Qanfudinu bil-pipa f’idu.
QANFUDINU Hemm hu r-ragel tal-kappar, ara.
QREMPUCELLU Zgur qed ifittex il-pipa.
ZAMUGIGA Imxu naghtuhielu.
QANFUDINU Skuzi Sur… Sur Bniedem. Nahseb li din tieghek.
RAGEL Ara jahasra… il-pipa tieghi. Kemm ili nfittixha. Grazzi hbieb talli sibtuhieli.
QANFUDINU Thobb hafna tpejjep?
ZAMUGIGA Thossu jaghmillek tajjeb it-tipjip?
QREMPUCELLU Ma thossokx ahjar kieku ma tpejjep xejn?
RAGEL Nghidilkom is-sewwa, f’dawn il-jumejn li kont ili minghajr il-pipa ma pejjipt xejn. U filghodu ma qabditnix soghla.
ZAMUGIGA Mela allura mhux ahjar ma tpejjep xejn?
RAGEL Fil-fatt hekk kont qed nghid bejni u bejn ruhi. Lanqas haqq kemm flus nonfoq fit-tabakk. M’hawnx ghalikom. Issa dil-pipa nordomha fil-hamrija biex tibqa’ hawn, mifduna go Wied Peprina.
L-OHRAJN Prosit. M’hawnx ghalik. ICAPCPULU.
Kanzunetta – 7
(She’ll be going round the mountain)
FLIMKIEN Kemm hu sewwa kieku kien ma jpejjep hadd
U duhhan imnigges ma nibilghu qatt,
F’paci aktar zgur noqoghdu
RAGEL BISS Minghajr soghla kull filghodu
FLIMKIEN F’sahhtu aktar, ibqghu certi, jkun hadd.
JOHORGU L-OHRAJN KOLLHA U JKOMPLU JKANTAW
Dat-tipjip, oh xi rvina dat-tipjip,
Minflok fwejjah, kemm irwejjah hziena jgib
Flok li tghix kuntent u hieni
3 itfal biss Taf tispicca b’wicc sewdieni
Dat-tipjip igibilna mitt salib.
NANNAKOLINA Ghalhekk hbieb, li smajtu llum ibqghu ftakruh,
Biex dal-vizzju, ’il boghod minnkom izzommuh,
It-tipjip mard igib f’darna,
Lilna w anki ’l ta’ madwarna,
Ghalhekk nahdmu biex minn fostna neqirduh.
-----------------------------------
RAGEL U flok tpejpu l-pipa, oqoghdu kulu l-kappar.
--------------- TMIEM ---------------