Ħadd ma Jista

Dan ir-rakkkont mhux dwar Granċella ... dik li kienet timxi b’lura u trabbi l-friefet il-lejl.   Din hija storja dwar l-erba’ wliedha.  Insomma ... aktar dwar Fulda, iż-żgħira nett!  U aktar importanti minn Fulda hija bintha: Rampa.  Għax issa għaddew ħafna snin u dawn l-erba’ aħwa lkoll qabżu s-sittin sena. Imma Granċella se tidħol xi ftit ukoll.  U anki żewġha Franġello ...  għalkemm dan donnu se jmut qabel ma jitwieled.  Iżda fuq kollox din hija storja dwar l-epidemija li kienet ħakmet lil Kartaksan, b’attakki ta’ ... ta’ ... ta’ .. ta’  ... Aaaaaaaċċċċù.

Skużawni ... ma nistax inkomp.....!