Kunċett kienet qasra u ħoxna u meta titkeffen go l-għonnella kienet tkun qisha pastur tal-presepju; pastur li għal xi raġuni jew oħra ma ħarigx sabiħ u mirqum kif kellu joħroġ.
Marinton kienet għadha mserdqa u fuq tagħha.
Jekk il-kappillan ilaqqa' pellegrinaġġ għall-Madonna tal-Mellieħa, jew jekk tal-Każin imorru d-dawra ta' Malta, Marinton kienet tkun minn ta' l-ewwel fil-lista.
Il-biċċa l-kbira ta' dawk l-istejjer, l-awtur kitibhom meta kien student fl-iskola sekondarja.