ĦOLM TAL-MILIED?

Tgħid il-Milied x'kellu merfugħ għal Leli... jiem ta' ferħ jew aktar diżgrazzji, kif kienet dejjem tgħid in-nanna?

Il-wiċċ tax-xwejjaħ li Leli ra fil-mera tat-twaletta, il-pasturi li sejħu lil Liża, il-marda ta' Betti, il-ferħ tax-xiħ u x-xiħa, id-daqq taż-żaqq u l-qbiż ta' Nenu l-Grawwa... kollox jingħaqad fi sħab ta' ħolm stramb. Imma tgħid... ħolm jew mhux ħolm?