Kien x’kien, Neil ried jaqta’ l-kurżità.
It-triq ta’ fuq l-irdum kienet triq twila
fil-kampanja. Fuq ix-xellug kien hemm
l-irdum jagħti għall-baħar, waqt li fuq il-lemin
kien hemm l-għelieqi u l-irziezet.
Għan-niċċa ta’ San Nikola
kien hemm mixja ġmielha.
Kellu bilfors isegwi l-istruzzjonijiet li rċieva fuq il-mobile.