Tgħid il-Milied x’kellu merfugħ għal Leli … jiem ta’ ferħ jew aktar diżgrazzji,
kif kienet dejjem tgħid in-nanna? Il-wiċċ tax-xwejjaħ li Leli ra fil-mera tat-twaletta, il-pasturi li sejħu lil Liża, il-marda ta’ Betti, il-ferħ tax-xiħ u x-xiħa, id-daqq taż-żaqq u l-qbiż ta’ Nenu l-Grawwa … kollox jingħaqad fi sħaba ta’ ħolm stramb. Imma tgħid … ħolm jew mhux ħolm?