Trevor Żahra

Awtur u Illustrator

Suċċessi Internazzjonali

Ir-rumanzett "Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Genoveffa" ppubblikat bl-Ingliż, Franciż, Russu u Norveġiż.
“Vespri” ippubblikat bl-Ingliż, Franċiż u Armen.

Esperjenza

Bejn kotba ċkejknin għat-tfal u oħrajn għall-kbar, ippubblika 'l fuq minn 140 ktieb.

Dwar Trevor Żahra

Trevor Żahra twieled iż-Żejtun fl-1947. Ta’ età żgħira beda jikteb il-poeżija u stejjer għat-tfal. Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu: Il-Pulena tad-Deheb ... avventura għat-tfal. Minn dakinhar lil hawn kompla jikteb u jippubblika kważi kull sena, u llum, bejn kotba ċkejknin għat-tfal, rumanzi u novelli għall-kbar, huwa ppubblika ’l fuq minn 140 ktieb. Huwa kien għalliem tal-Malti u tal-Arti u għalhekk Żahra jillustra l-kotba tiegħu huwa stess. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal 18-il darba u rċieva diversi premjijiet prestiġjużi fosthom il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-2004, bħala rikonoxximent tal-kontribut tiegħu fil-qasam tal-letteratura għat-tfal

  • "Żahra jaf id-differenza bejn popolarità u popoliżmu, bejn intelliġenza u intellettwaliżmu, bejn sentiment u sentimentaliżu."

    Dr Mario Cassar dwar Provenz

  • "Trevor Żahra jinħass fl-aqwa tiegħu mill-ġdid, b'kitba konsistenti f'dik li hi stilistika, qawwija u maħsuba f'dik li hija teknika narrattiva, ċerta minnha nnifsha f�dik li hija konċezzjoni ta' kollox..."

    Dr Oliver Friġġieri dwar Lubien

Xogħol Reċenti

Żraben
Rumanzett għat-Tfal

Il-Misteru tas-Sur Spir
Min qatlu lis-Sur Spir?

Sjesta
Ġabra ta' novelli għall-kbar, li jimxu fuq l-istil ta' "Sempreviva", "Vespri", ...eċċ