“Trevor Żahra jinħass fl-aqwa tiegħu mill-ġdid, b’kitba konsistenti f’dik li hi stilistika, qawwija u maħsuba f’dik li i teknika narrattiva, ċerta minnha nnifisha f’dik li hi konċessjoni ta’ kollox … Għal Żahra kull storja hi għamla ta’ esperjenza ġdida li fiha jista’ jdaħħal il-motivi insistenti tat-tematika tiegħu: ir-relazzjoni ċerta daqskemm ambigwa tal-individwi, it-tiftixa tal-identità, ir-rabta intima mal-ambjent, il-ħtieġa tal-espressjoni personali, l-għarfien tal-kuntest storiku-kulturali partikulari, il-ħerqa biex jingħarfu ċerti valuri fundamentali, u fuq kollox, ix-xewqa li kull espressjoni tingħaraf fl-awtentiċità tagħha.”

Oliver Friggieri