Malli Mario fetaħ il-bieb ta’ barra biex bħas-soltu jmur għall-gazzetta, jilmaħ pakkett ċkejken fil-kaxxa tal-ittri.

Għal mument waqaf iħares lejh. Kien jaf li l-posta qatt ma kienet tasal qabel il-ħdax.

Bilfors xi ħadd kien xeħithulu kmieni filgħodu jew mal-lejl.

Deffes idu fil-kaxxa u ġibed il-pakkett ’il fuq.

Imma hekk kif ir-raġġ dawl li kien dieħel mill-bieb imbexxaq waqa’ fuq dak il-pakkett, Mario ħass qalbu tieqaf…"