L-istejjer tas-soltu jkunu stejjer bravi. Jibdew mill-ewwel paġna u jibqgħu sejrin sa l-aħħar.

L-istejjer tas-soltu jkollhom bidu wieħed u tmiem wieħed.

Imma din mhix hekk. Din storja mqarba.

Il-Fenek ma jafx x’se jaqbad jagħmel! Ma jafx x’għandu jagħżel!

Trid tkun int li tagħżel x’se jiġri. L-istorja fiha ħafna triqat u int se tagħżel minn liema triqat tixtieq tgħaddi. Id-destin ta’ l-imsejken Fenek f’idejk!