TQASQIS fih f’erba’ partijiet: Fl-ewwel taqsima tiltaqgħu ma’ Matt, tfajjel ta’ disa’ snin, li jirrakkonta l-praspar tal-familja tiegħu ... ta’ ommu, missieru, ħutu u ta’ Giotto, il-qattus. Fit-tieni taqsima hemm poeżiji dwar il-grammatika Maltija; grammatika mimlija umoriżmu, botti u ċajt. Fit-tielet taqsima għandkom ftit poeżiji qosra li jmissu d-dinja tal-fantasija. U għal min isib xi kliem kemxejn tqil, hemm ukoll ir-raba’ taqsima fejn issibu ftit tagħrif grammatikali. Iżda attenti ... għax ma nafx kemm dan it-tagħrif jista’ verament jiswielkom ta’ għajnuna. L-isem TQASQIS jirreferi għall-istampi ta’ dan il-ktieb, li Trevor Żahra ħadimhom permezz ta’ tqasqis u tqattigħ ta’ karti. Imma barra minn hekk, il-ktieb huwa mimli “tqasqis” kull kollox u fuq kulħadd. [